|
9.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 5/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Diċembru 2007
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fid-Danimarka fl-2006
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6695)
(It-test bid-Daniż biss huwa awtentiku)
(2008/28/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3) u 3a(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Seħħew tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur fid-Danimarka fl-2006. Il-feġġ ta’ din il-marda ppreżenta periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. |
|
(2) |
Għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda u biex tingħata għajnuna għall-eradikazzjoni tagħha kemm jista’ jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi fin-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru skond il-miżuri ta’ emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda, kif inhu previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/310/KE tas-27 ta’ April 2007 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza tat-tjur fid-Danimarka, fl-2006 (2) ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda biex tiġi miġġielda t-tifqigħa. |
|
(4) |
Skond din id-Deċiżjoni, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas fuq il-bażi tat-talba magħmula mid-Danimarka fl-24 ta’ Ġunju 2007 u d-dokumenti ta’ evidenza kif stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-iffinanzjar mill-Komunità ta’ miżuri ta’ emerġenza u tal-kampanja biex jiġi miġġieled ċertu mard ta’ l-annimali skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3). |
|
(5) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fuq, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur fid-Danimarka fl-2006 issa għandu jiġi ffissat. |
|
(6) |
Ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru mill-Kummissjoni f’konformità mar-regoli veterinarji Komunitarji u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-appoġġ finanzjarju Komunitarju ifissru l-ammont kollu li tressaq ma jistax jiġi rikonoxxut bħala wieħed eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja. |
|
(7) |
Il-kummenti tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet finali ġew ikkomunikati lid-Danimarka f’ittra bid-data tad-9 ta’ Ottubru 2007. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-Komunità għan-nefqa marbuta ma’ l-influwenza tat-tjur fid-Danimarka fl-2006 skond id-Deċiżjoni 2007/310/KE hija ffissata għal EUR 329 862,70.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka.
Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).