21.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/31


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/47

tal-20 ta’ Jannar 2020

dwar miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2020) 344)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(3) u (4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tal-għasafar, li tinkludi t-tjur jew għasafar oħra tat-trobbija. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fl-għasafar jagħtu lok għal żewġ forom tal-marda li jvarjaw fil-virulenza tagħhom. Il-forma b’patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma b’patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta’ mwiet fil-parti l-kbira tal-ispeċijiet tat-tjur. Din il-marda taf tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur u dan joħloq xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni stess u għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(2)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda xi drabi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna.

(3)

F’każ ta’ tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fi Stat Membru, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħrajn fejn jinżammu t-tjur jew għasafar tat-trobbija oħrajn. B’hekk, il-marda tista’ tinxtered minn Stat Membru għal Stati Membri oħrajn jew għal pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fit-tjur ħajjin jew f’għasafar oħrajn tat-trobbija jew fil-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi marbuta mas-sorveljanza u mad-detezzjoni bikrija tal-influwenza avjarja u l-miżuri ta’ kontroll minimi li jridu jiġu applikati f’każ ta’ tifqigħa ta’ dik il-marda fit-tjur jew f’għasafar oħra tat-trobbija. Dik id-Direttiva tipprevedi li jitwaqqfu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-każ li tfaqqa’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja. B’mod partikolari din ir-reġjonalizzazzjoni hija applikata sabiex tippreserva l-istat tas-saħħa tal-għasafar fil-bqija tat-territorju tal-Istat Membru milqut mit-tifqigħa permezz tal-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-patoġenu u l-iżgurar tad-detezzjoni bikrija tal-marda.

(5)

F’Diċembru 2019 u f’Jannar 2020, il-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija u r-Rumanija ( l-Istati Membri kkonċernati), innotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġenità għolja tas-sottotip H5N8 f’ażjendi fit-territorju tagħhom fejn kienu qed jitrabbew it-tjur u li ħadu minnufih il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza.

(6)

Il-Polonja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fit-tjur fir-reġjuni ta’ Lubartowski, Ostrowski, Krasnostawski, Myśliborski and Kolski.

(7)

Is-Slovakkja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fit-tjur fir-reġjun ta’ Nitra.

(8)

L-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fit-tjur fir-reġjuni ta’ Komárom-Esztergom u Hajdú-Bihar.

(9)

Il-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fit-tjur fir-reġjuni ta’ Maramureș.

(10)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri applikati skont id-Direttiva 2005/94/KE, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-azjendi fejn kienu kkonfermati t-tifqigħat.

(11)

Sabiex ma jkunx hemm xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex pajjiżi terzi ma jagħmlux ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li jiġu stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u sorveljanza fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-Istati Membri kkonċernati.

(12)

Għaldaqstant jenħtieġ li jkunu ddefiniti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta’ kontroll għas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/94/KE, u jenħtieġ li tiġi ffissata d-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(13)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/10 (4) jenħtieġ li tiġi mħassra u sostitwita b’din id-Deċiżjoni biex jitqiesu l-miżuri aġġornati tal-ġestjoni tal-mard u l-evoluzzjoni fis-sitwazzjoni tal-mard fil-Polonja fir-rigward tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8.

(14)

Sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika li tinbidel b’mod kostanti fl-Unjoni fir-rigward l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Mejju 2020.

(15)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8, huwa importanti li din id-Deċiżjoni tiġi adottata kemm jista’ jkun malajr.

(16)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, (il-Membri kkonċernati), wara tifqigħa jew tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fit-tjur jew f’għasafar oħrajn tat-trobbija f’konformità mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE u t-tul taż-żmien tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’konformità mal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Artikolu 2

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li:

(a)

iż-żoni ta’ protezzjoni stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 16(1)(a) tad-Direttiva 2005/94/KE, jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni fil-Parti A tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

il-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni, kif previsti fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE, jinżammu mill-anqas sad-dati għaż-żoni ta’ protezzjoni stipulati fil-Parti A tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li:

(a)

iż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 16(1)(b) tad-Direttiva 2005/94/KE, jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ sorveljanza fil-Parti B tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

il-miżuri li għandhom jiġu applikati fiż-żoni ta’ sorveljanza, kif previsti fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, jinżammu mill-anqas sad-dati għaż-żoni ta’ protezzjoni stipulati fil-Parti B tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/10 titħassar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Mejju 2020.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16)

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/10 tas-7 ta’ Jannar 2020 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Polonja (ĠU L 5, 9.1.2020, p. 1).


ANNESS

PARTI A

Iż-żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmija fl-Artikolu 1 u 2:

Stat Membru: L-Ungerija

Żona li tkopri:

Data sakemm applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Komárom-Esztergom megye:

Ács és Bábolna települések közigazgatási területeinek a 47.687049 és a 17.989846 valamint 47.690195 és 17.995825 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területei

17.2.2020

Hajdú-Bihar megye:

Kokad és Létavértes települések közigazgatási területeinek a 47.387114 és a 21.9118493 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területei

8.2.2020

Stat Membru: Is-Slovakkja

Żona li tkopri:

Data sakemm applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Reġjun ta’ Nitra:

Muniċipalitajiet: Zbehy, Čajakovce

30.1.2020

Stat Membru: Il-Polonja

Żona li tkopri:

Data sakemm applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

W województwie lubelskim, w powiecie lubartowskim:

W gminie Uścimów miejscowości: Stary Uścimów, Nowy Uścimów, Drozdówka, Głębokie, Maśluchy, Orzechów Kolonia; Nowy Orzechów, Stary Orzechów

29.1.2020

W województwie lubelskim, w powiecie krasnostawskim:

1.

W gminie Izbica miejscowości: Wólka Orłowska, Topola, Orłów Drewniany, Orłów Drewniany Kolonia, Wał, Dworzyska, część miejscowości Izbica położona na północ od ulic Stokowej, Cichej, Targowej i Gminnej, północno – wschodnia część miejscowości Tarnogóra położona na wschód od rzeki Wieprz, część miejscowości Romanów położona na wschód od drogi 2141L;

2.

W gminie Krasnystaw miejscowości: Latyczów, Małochwiej Mały;

3.

W gminie Żółkiewka miejscowości: Borówek, Borówek Kolonia, Makowiska, Olchowiec Wieś, Olchowiec Kolonia, Poperczyn, Wola Żółkiewska;

4.

W gminie Gorzków miejscowości: Czysta Dębina, Borów.

29.1.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

Część gmin Ostrów Wielkopolski i Przygodzice odgraniczone: od północy od przejazdu kolejowego na ulicy Gorzyckiej w Ostrowie Wielkopolskim, dalej ulicą Gorzycką w kierunku zachodnim do kościoła w miejscowości Gorzyce Wielkie. W kierunku południowym mijając od wschodu wsie Radziwiłłów do miejscowości Gorzyce Małe. Następnie do drogi nr 445 i ciekiem wodnym przez las i niezamieszkałą część ulicy Kwiatowej w miejscowości Tarchały Wielkie. Następnie na wschód ulicą długą w miejscowości Topola Wielka do miejscowości Janków Przygodzki wzdłuż ulicy Długiej do skrzyżowania z ulicą Zębcowską. Na północ wzdłuż ulicy Zębcowskiej w Jankowie Przygodzkim do ulicy Staroprzygodzkiej w Ostrowie Wielkopolskim. Wzdłuż ulicy Staroprzygodzkiej do ulicy Siewnej, następnie na północny zachód ulicą Długą w miejscowości Ostrów Wielkopolski do ulicy Krętej, dalej wzdłuż ulicy Krętej i dalej ulicy Bocznej do przejazdu kolejowego na ulicy Gorzyckiej w miejscowości Ostrów Wielkopolski.

26.1.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie kolskim:

1.

W gminie Olszówka miejscowości: Drzewce, Młynik, Łubianka, Ostrów Kolonia, Adamin,

2.

W gminie Dąbie miejscowości: Tarnówka Wiesiołowska, Baranowiec, Tarnówka, Zalesie

5.2.2020

W województwie zachodniopomorskim w powiecie myśliborskim:

1.

W gminie Myślibórz miejscowości: Rościn, Rościnko, Rokicienko, Gryżyno, Dąbrowa-osada, Nawrocko, Iłowo, Wrzelewo, Pszczelnik;

2.

W gminie Dębno miejscowość: Juncewo

8.2.2020

Stat Membru: Ir-Rumanija

Żona li tkopri:

Data sakemm applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

1) Județul Maramureș

Oraș Seini

Oraș Seini - localitatea Săbișa

9.2.2020

2) Județul Satu Mare

Comuna Pomi, localitatea Pomi

9.2.2020

PARTI B

Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 3:

Stat Membru: L-Ungerija

Żona li tkopri:

Data sakemm applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Komárom-Esztergom megye:

Bana, Bábolna, Csém, Kisigmánd, Komárom, Mocsa, Nagyigmánd és Tárkány települések közigazgatási területének a 47.687049 és a 17.989846 valamint 47.690195 és 17.995825 GPS-koordináták általmeghatározott pont körüli 10 km sugarú köráltal határolt területen belül és a védőkörzeten kívül eső területei

26.2.2020

Ács és Bábolna települések közigazgatási területeinek a 47.687049 és a 17.989846 valamint 47.690195 és 17.995825 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 3 km sugarú körön belül eső területei

Mit-8.2.2020 sas-26.2.2020

Győr-Moson-Sopron megye:

Bőny, Nagyszentjános és Rétalap települések közigazgatási területeinek a 47.687049 és a 17.989846 valamint 47.690195 és 17.995825 GPS-koordináták által meghatározott pont körüli 10 km sugarú körön belül eső területei

26.2.2020

Hajdú-Bihar megye:

Álmosd, Bagamér, Monostorpályi, Pocsaj, Újléta és Vámospércs és települések közigazgatási területeinek a 47.387114 és a 21.9118493 GPS-koordináták által meghatározott pont kürüli 10 km sugarú körön belül és a védőkörzeten kívül eső területei

17.2.2020

Kokad és Létavértes települések közigazgatási területeinek a 47.387114 és a 21.9118493 GPS-koordináták által meghatározott pont kürüli 3 km sugarú körön belül eső területei

Mid-9.2.2020 sas-17.2.2020

Stat Membru: Is-Slovakkja

Żona li tkopri:

Data sakemm applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Reġjun ta’ Nitra:

Muniċipalitajiet fir-reġjun ta’ Nitra: Čab, Nové Sady, Malé Zálužie, Kapince, Šurianky, Hroboňovo, Jelšovce, Ľudovítová, Výčapy-Opatovce, Podhorany, Lužianky, Lehota, Alekšince, Lukáčovce, Risnovce

Partijiet mill-belt żgħira ta’ Nitra: Dražovce, Zobor, Chrenová, Kynek

8.2.2020

Muniċipalitajiet fir-reġjun ta’ Nitra:

Il-belt ta’ Komarno, parti minn Nova Straz, parti mill-muniċipalità ta’ Zitna na Ostrove

26.2.2020

Muniċipalitajiet: Zbehy, Čajakovce

Mill-31.1.2020 sat-8.2.2020

Topoľčany region:

Muniċipalità: Koniarovce

8.2.2020

Stat Membru: Il-Polonja

Żona li tkopri:

Data sakemm applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

W województwie lubelskim, w powiatach: lubartowskim, łęczyńskim, parczewskim, włodawskim:

1.

W powiecie lubartowskim w gminie Uścimów miejscowości: Krasne, Nowa Jedlanka, Ochoża, Rudka Starościańska, Stara Jedlanka;

2.

Wpowiecie lubartowskim w gminie Ostrów Lubelski miejscowości: Ostrów Lubelski, Bójki, Jamy, Kolechowice, Kolechowice Folwark; Kolechowice Kolonia, Rozkopaczew, Rudka Kijańska;

3.

Wpowiecie łęczyńskim w gminie Ludwin miejscowości: Dratów Kolonia, Jagodno, Krzczeń, Piaseczno, Rogóźno, Rozpłucie Pierwsze, Rozpłucie Drugie;

4.

W powiecie parczewskim w gminie Sosnowica miejscowości: Stary Orzechów, Nowy Orzechów, Lejno, Komarówka, Zienki, Górki, Sosnowica, Libiszów, Bohutyn, Lipniak, Pasieka, Zbójno;

5.

W powiecie parczewskim w gminie Dębowa Kłoda miejscowości: Białka, Makoszka, Uhnin,

6.

W powiecie parczewskim w gminie Parczew: miejscowości: Babianka, Tyśmienica;

7.

W powiecie włodawskim w gminie Urszulin: miejscowości: Jamniki, Łomnica, Zawadówka

7.2.2020

W województwie lubelskim, w powiecie lubartowskim:

W gminie Uścimów miejscowości: Stary Uścimów, Nowy Uścimów, Drozdówka, Głębokie, Maśluchy, Orzechów Kolonia, Nowy Orzechów, Stary Orzechów

Mit-30.1.2020 sas-7.2.2020

W województwie lubelskim, w powiatach: krasnostawskim, zamojskim

1.

W powiecie krasnostawskim miasto Krasnystaw;

2.

W powiecie krasnostawskim w gminie Gorzków miejscowości: Piaski Szlacheckie, Widniówka;

3.

W powiecie krasnostawskim gmina Izbica (bez obszaru zapowietrzonego);

4.

W powiecie krasnostawskim w gminie Krasnystaw miejscowości: Białka, Łany, Małochwiej Duży, Niemienice, Niemienice Kolonia, Siennica Nadolna, Tuligłowy, Rońsko, Widniówka, Zastawie Kolonia, Zażółkiew;

5.

W powiecie krasnostawskim w gminie Kraśniczyn miejscowości: Anielpol, Brzeziny, Czajki, Franciszków, Majdan Surhowski, Łukaszówka, Surhów, Surhów Kolonia;

6.

W powiecie krasnostawskim w gminie Siennica Różana miejscowości: Rudka, Siennica Królewska Duża;

7.

W powiecie zamojskim w gminie Skierbieszów miejscowości: Kalinówka, Kolonia Wiszenki, Wiszenki, Zabytów;

8.

W powiecie zamojskim w gminie Stary Zamość miejscowości: Krasne, Majdan Sitanecki, Podkrasne, Podstary Zamość, Stary Zamość, Wierzba Druga.

7.2.2020

W województwie lubelskim, w powiecie krasnostawskim:

1.

W gminie Izbica miejscowości: Wólka Orłowska, Topola, Orłów Drewniany, Orłów Drewniany Kolonia, Wał, Dworzyska, część miejscowości Izbica położona na północ od ulic Stokowej, Cichej, Targowej i Gminnej, północno – wschodnia część miejscowości Tarnogóra położona na wschód od rzeki Wieprz, część miejscowości Romanów położona na wschód od drogi 2141L;

2.

W gminie Krasnystaw miejscowości: Latyczów, Małochwiej Mały;

3.

W gminie Żółkiewka miejscowości: Borówek, Borówek Kolonia, Makowiska, Olchowiec Wieś, Olchowiec Kolonia, Poperczyn, Wola Żółkiewska;

4.

W gminie Gorzków miejscowości: Czysta Dębina, Borów.

Mit-30.1.2020 sas-7.2.2020

W województwie lubelskim, w powiatach: krasnostawskim, lubelskim, świdnickim

1.

W powiecie krasnostawskim w gminie Żółkiewka miejscowości: Dąbie, Dąbie Kolonia, Tokarówka, Celin, Siniec, Adamówka, Makowiska Małe, Żółkiewka, Rożki, Rożki Kolonia, Huta, Żółkiew Wieś, Żółkiew Kolonia, Zaburze, Zaburze Kolonia, Markiewiczów, Gany, Koszarsko, Chruściechów, Majdan Wierzchowiński, Wierzchowin, Chłaniów, Chłaniów Kolonia, Średnia Wieś, Władysławin;

2.

W powiecie krasnostawskim w gminie Rudnik: Majdan Borowski Pierwszy, Majdan Borowski Drugi, Suszeń, Joanin, Potasznia, Majdan Średni, Majdan Kobylański, Majdan Łuczycki, Majdan Borowski, Suche Lipie, Rudnik, Równianki, Wierzbica, Wierzbica Kolonia, Międzylas, Mościska Kolonia, Mościska, Płonka, Maszów, Romanówek, Bzowiec, Kaszuby;

3.

W powiecie krasnostawskim w gminie Gorzków miejscowości: Antoniówka, Bogusław, Orchowiec, Kolonia Orchowiec, Bobrowe, Felicjan, Baranica, Wielkopole, Zamostek, Gorzków, Gorzków Wieś, Gorzków Osada, Piaski Szlacheckie, Chorupnik, Chorupnik Kolonia, Borsuk, Józefów, Czysta Debina Kolonia, Borów Kolonia, Góry, Olesin, Wielobycz, Wiśniów;

4.

W powiecie krasnostawskim w gminie Izbica miejscowości: Bobliwo, Wirkowice Drugie;

5.

W powiecie lubelskim w gminie Krzczonów miejscowości: Sobieska Wola Pierwsza, Sobieska Wola Druga;

6.

W powiecie lubelskim w gminie Wysokie miejscowość: Antoniówka;

7.

W powiecie świdnickim w gminie Rybczewice miejscowości: Bazar, Częstoborowice, Izdebno, Izdebno Kolonia, Pilaszkowice Pierwsze, Pilaszkowice Drugie, Zygmuntów.

7.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

1.

Pozostała część gminy Przygodzice bez obszaru zapowietrzonego,

2.

Pozostała część gminy Ostrów Wielkopolski bez obszaru zapowietrzonego,

3.

gmina Raszków,

4.

gmina Odolanów.

4.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie ostrowskim:

Część gmin Ostrów Wielkopolski i Przygodzice odgraniczone: od północy od przejazdu kolejowego na ulicy Gorzyckiej w Ostrowie Wielkopolskim, dalej ulicą Gorzycką w kierunku zachodnim do kościoła w miejscowości Gorzyce Wielkie. W kierunku południowym mijając od wschodu wieś Radziwiłłów do miejscowości Gorzyce Małe. Następnie do drogi nr 445 i ciekiem wodnym przez las i niezamieszkałą część ulicy Kwiatowej w miejscowości Tarchały Wielkie. Następnie na wschód ulicą długą w miejscowości Topola Wielka do miejscowości Janków Przygodzki wzdłuż ulicy Długiej do skrzyżowania z ulicą Zębcowską. Na północ wzdłuż ulicy Zębcowskiej w Jankowie Przygodzkim do ulicy Staroprzygodzkiej w Ostrowie Wielkopolskim. Wzdłuż ulicy Staroprzygodzkiej do ulicy Siewnej, następnie na północny zachód ulicą Długą w miejscowości Ostrów Wielkopolski do ulicy Krętej, dalej wzdłuż ulicy Krętej i dalej ulicy Bocznej do przejazdu kolejowego na ulicy Gorzyckiej w miejscowości Ostrów Wielkopolski.

Mis-26.1.2020 sal-4.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie kolskim:

1.

W gminie Olszówka miejscowości: Drzewce, Młynik, Łubianka, Ostrów Kolonia, Adamin;

2.

W gminie Dąbie miejscowości: Tarnówka Wiesiołowska, Baranowiec, Tarnówka, Zalesie

Mis-6.2.2020 sal-14.2.2020

W województwie wielkopolskim, w powiecie kolskim:

1.

W gminie Koło miejscowość: Przybyłów, Skobielice;

2.

W gminie Olszówka miejscowości: Zawadka, Krzewata, Przybyszew, Nowa Wioska, Grabina, Dębowiczki, Mniewo, Ponętów Górny Pierwszy, Ponętów Górny Drugi, Szczepanów, Tomaszew, Głębokie, Olszówka, Umień, Złota;

3.

W gminie Kłodawa miejscowości: Górki, Podgajew,

4.

W gminie Dąbie miejscowości: Rośle, Lisice, Krzewo, Karszew, Kupinin, Wiesiołów, Domanin, Cichmiana, Chruścin, Augustynów, Krzykosy, Bród, Lutomirów, Gaj, Rzuchów, Majdany, Ladorudz, Grabina Mała, Chełmno Parcele, Chełmno, Grabina Wielka, Sobótka, Dąbie;

5.

W gminie Grzegorzew miejscowości: Ladorudzek, Ponętów Dolny, Grodna, Tarnówka;

14.2.2020

W województwie łódzkim, w powiatach łęczyckim, poddębickim:

1.

W powiecie łęczyckim w gminie Świnice Warckie miejscowości: Chęcin, Chorzepin, Chorzepinek, Chorzepinek, Chwalborzyce, Góry Chwalborskie, Hektary, Kaznów, Kaznówek, Kozanki Podleśne, Kraski, Miniszew, Odrada, Polusin, Wyganów, Wylazłów, Zbylczyce;

2.

W powiecie łęczyckim w gminie Grabów miejscowości: Besiekiery, Besiekiery-Kolonia, Biała Góra, Bugaj, Bujak, Byszew, Byszew-Parcele, Celinów, Ciasna, Goszczędza, Goszczędza-Parcele, Grabinka, Grabów-Cegielnia, Grabów-Dwór, Jamy, Janów, Jastrzębia, Kadzidłowa, Kadzidłowa-Adamów, Kadzidłowa-Borki, Kadzidłowa-Brzezinka, Kadzidłowa-Grabinka, Kadzidłowa-Karolewo, Kępina, Kobyle, Kontrowers, Kotowice, Leszno, Osiny, Ostrówek, Ostrówek-Kolonia, Pieczew, Pieczew Poduchowny, Pokrzywnia, Polamy, Probostwo, Pruchyniec, Rybnik, Smardzew, Smardzew-Osada, Stanisławki, Zachciałki, Źrebięta;

3.

W powiecie poddębickim w gminie Uniejów miejscowości: Brzozówka, Czepów, Czepów Górny, Czepów Średni, Grodzisko, Jaszczurów, Kozia nóżka, Lekaszyn, Osina, Rożniatów, Rożniatów-Kolonia, Sachalina, Skotniki, Wilamów, Wilamówka, Żabieniec

14.2.2020

W województwie zachodniopomorskim w powiecie myśliborskim:

1.

W gminie Myślibórz miejscowości: Rościn, Rościnko, Rokicienko, Gryżyno, Dąbrowa-osada, Nawrocko, Iłowo, Wrzelewo, Pszczelnik;

2.

W gminie Dębno miejscowość: Juncewo

Mid-9.2.2020 sas-17.2.2020

W województwie zachodniopomorskim w powiatach myśliborskim i gryfińskim:

1.

W powiecie myśliborskim w gminie Myślibórz miejscowości: Wierzbnica, Myślibórz, Myśliborzyce, Kolonia Myśliborzyce, Klicko, Dąbrowa, Zgoda, Sobienice, Listomie, Kruszwin, Golenice, Jezierzyce, Pacynowo, Straszym, Golenicki Młyn, Pniów, Chłopowo, Dalsze, Golczew, Podłążek, Wierzbówek, Pluty, Płośno, Turzyniec, Mirawno, Zarzece, Jarużyn, Nawojczyn, Czerników, Sarbinowo, Mączlino, Utonie, Chłopówko,

2.

W powiecie myśliborskim w gminie Dębno miejscowości: Dolsk, Borne, Turze, Różańsko, Ostrowiec, Dyszno, Warnice, Krężelin, Borówno, Przylaszczka, Grzybno, Piołunek, Radzicz, Sulisław;

3.

W powiecie gryfińskim w gminie Trzcińsko-Zdrój: Piaseczno, Stołeczna, Tchórzno, Dobropole, Wesoła, Babin

17.2.2020

W województwie lubuskim w powiecie gorzowskim:

W gminie Lubiszyn miejscowości: Mystki, Smoliny, Staw, Podlesie, Zacisze, Gajewo

17.2.2020

Stat Membru: Ir-Rumanija

Żona li tkopri:

Data sakemm applikabbli f’konformità mal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

1) Județul Maramureș

 

Oraș Seini

Oraș Seini - localitatea Săbișa

Mill-10.2.2020 sat-18.2.2020

2) Județul Satu Mare

 

Comuna Pomi, localitatea Pomi

Mill-10.2.2020 sat-18.2.2020

3).Județul Maramureș

Comuna Cicârlău- Localitatea Cicârlău

Comuna Cicârlău - Localitatea Bârgău

Comuna Cicârlău - Localitatea Handalu Ilbei

Comuna Cicârlău - Localitatea Ilba

Oraș Seini- Localitatea Viile Apei

Comuna Ardușat- Localitatea Ardușat

18.2.2020

4) Județul Satu Mare

Comuna Orașu Nou- Localitatea Orașu Nou Vii

Comuna Orașu Nou- Localitatea Racșa Vii

Comuna Pomi- Localitatea Aciua

Comuna Pomi- Localitatea Bicău

Comuna Pomi- Localitatea Borlești

Comuna Apa- Localitatea Apa

Comuna Apa- Localitatea Someșeni

Comuna Crucișor- Localitatea Crucișor

Comuna Crucisor- Localitatea Iegheriște

Comuna Valea Vinului- Localitatea Valea Vinului

Comuna Valea Vinului- Localitatea Roșiori

Comuna Medieșu Aurit- Localitatea Medieș Râturi

Comuna Medieșu Aurit-Localitatea Medieș Vii

Comuna Orașu Nou- Racșa

18.2.2020

5) Județul Bihor

Comuna Diosig – Localitatea Diosig

17.2.2020