|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/283 |
10.2.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/283
tat-28 ta’ Novembru 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar Ċeltiku, fil-Baħar Irlandiż u fil-Punent tal-Iskozja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-miżuri tekniċi fil-livell reġjonali għall-ilmijiet tal-Unjoni fl-Ilmijiet tal-Majjistral. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 ġie emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2324 (2) fir-rigward tal-miżuri ta’ rimedju biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali tal-bakkaljaw u tal-merlangu fil-Baħar Ċeltiku u tal-miżuri addizzjonali ta’ selettività bil-għan li jitnaqqsu l-qabdiet aċċessorji tal-gadojd fil-Baħar Irlandiż. Il-miżuri kkonċernati, li għandhom l-għan li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-miżuri ta’ konservazzjoni, il-pjanijiet pluriennali u l-pjan għall-iskartar tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Majjistral, sussegwentement ġew aġġornati u estiżi darbtejn, permezz tar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2022/2588 (3) u (UE) 2024/492 (4) rispettivament. Id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri adottati skont ir-Regolament Delegat (UE) 2024/492 tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(3) |
Il-miżuri ta’ rimedju għall-istokkijiet b’bijomassa f’livelli taħt il-Blim previsti skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (il-pjan pluriennali għall-Ilmijiet tal-Punent) jibqgħu meħtieġa biex jiżguraw ir-ritorn rapidu tal-istokk ikkonċernat jew tal-unità funzjonali kkonċernata għal livelli ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu l-MSY. Għalhekk, il-miżuri ta’ rimedju attwalment fis-seħħ permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2024/492 jenħtieġ li jiġu estiżi għal sena, sabiex ikomplu jiġu ottimizzati x-xejriet ta’ sfruttament, tiżdied is-selettività tal-irkaptu u jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa. |
|
(4) |
Wara Rakkomandazzjoni Konġunta mill-Grupp Reġjonali tal-Istati Membri tal-Ilmijiet tal-Majjistral fis-26 ta’ Settembru 2024, il-miżuri tekniċi stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241 għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar Ċeltiku, fil-Baħar Irlandiż u fil-Punent tal-Iskozja jenħtieġ li jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(5) |
Peress li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. Peress li d-data tal-applikazzjoni tal-miżuri adottati skont ir-Regolament Delegat (UE) 2024/492 tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2024, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 2025 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità legali. |
|
(6) |
Il-miżuri introdotti b’dan ir-Regolament applikabbli għall-ilmijiet tal-Unjoni għandhom l-għan li jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 494(1) u (2) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (6) u jikkunsidraw il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 494(3) ta’ dak il-ftehim. Dawn huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura applikabbli fl-ilmijiet tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1241 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1241 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2324 tat-23 ta’ Awwissu 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar Ċeltiku, fil-Baħar Irlandiż u fil-Punent tal-Iskozja (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/2324/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2588 tal-20 ta’ Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ miżuri tekniċi għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar Ċeltiku, fil-Baħar Irlandiż u fil-Punent tal-Iskozja (ĠU L 338, 30.12.2022, p. 44, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2588/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/492 tat-30 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-miżuri tekniċi għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fil-Baħar Ċeltiku, fil-Baħar Irlandiż u fil-Punent tal-Iskozja (ĠU L, 2024/492, 13.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/492/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/472/oj).
(6) ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/689(1)/oj.
ANNESS
L-Anness VI għar-Regolament (UE) 2019/1241 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 1.6. tal-Parti B huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Il-punt 10.2. tal-Parti C huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/283/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)