|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2092 |
8.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11394 – PFEIFER & LANGEN IHKG GROUP / RÜGENWALDER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2092)
1.
Fid-29 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Pfeifer & Langen Industrie- und Handels-KG (‘Pfeifer & Langen’, il-Ġermanja), |
|
— |
Rügenwalder Mühle Carl Müller GmbH & Co. KG u RM Vermögensverwaltungs GmbH & Co. KG (iktar ’il quddiem ‘Rügenwalder’, il-Ġermanja). |
Pfeifer & Langen se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Rügenwalder.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Pfeifer & Langen hija attiva prinċipalment fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti industrijali u bl-imnut bħaz-zokkor, ikliet ħfief melħin, laħam u sostituti tal-ħut, kif ukoll xorb ġewwa u barra ż-ŻEE, |
|
— |
Rügenwalder hija prinċipalment attiva fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ laħam ipproċessat u sostituti tal-laħam fiż-ŻEE u barra minnha. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11394 – PFEIFER & LANGEN IHKG GROUP / RÜGENWALDER
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2092/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)