|
21.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 223/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 40/2008
tal-25 ta’ April 2008
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2008 ta’ l-1 ta’ Frar 2008 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/399/KE tal-11 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li r-Rumanija hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li s-Slovenja hija ħielsa mill-bruċellożi bovina (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/522/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE fir-rigward ta’ laħam tal-majjal minn ħnieżer li tlaqqmu b’tilqima ħajja attenwata konvenzjonalment fir-Rumanija (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/559/KE tat-2 ta’ Awissu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li xi reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi enzotika tal-bovini (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/584/KE tal-21 ta’ Awissu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/558/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tal-garanziji addizzjonali tal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini relatati mar-rhinotracheitis tal-bovini infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda minn ċertu Stati Membri (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(6) |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2007/590/KE tas-27 ta’ Awissu 2007 dwar l-introduzzjoni ta’ tilqim preventiv kontra l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u dispożizzjonijiet relatati għall-movimenti fl-Olanda (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(7) |
Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2007/598/KE tat-28 ta’ Awissu 2007 dwar il-miżuri biex jiġi evitat it-tixrid ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja fost għasafar oħra maqbudin li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati fl-Istati Membri (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/603/KE tas-7 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2001/618/KE li għandha tinkludi lis-Slovakkja fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u r-reġjuni ta’ Spanja fil-lista tar-reġjuni fejn programmi għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky ġew approvati u huma f’posthom (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein u għall-Iżlanda, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta’ Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/399/KE, 2007/522/KE, 2007/559/KE, 2007/584/KE, 2007/590/KE, 2007/598/KE u 2007/603/KE, fil-lingwa Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni se tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 154, 12.6.2008, p. 1.
(2) ĠU L 150, 12.6.2007, p. 11.
(3) ĠU L 193, 25.7.2007, p. 23.
(4) ĠU L 212, 14.8.2007, p. 20.
(5) ĠU L 219, 24.8.2007, p. 37.
(6) ĠU L 222, 28.8.2007, p. 16.
(7) ĠU L 230, 1.9.2007, p. 20.
(*1) L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m’huma indikati.
ANNESS
Kapitolu I ta’ Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1) |
Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 38 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/268/KE) tat-Taqsima 3.2:
|
|
2) |
Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” dan li ġej għandu jiġi miżjud f’punt 37 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/802/KE) f’Taqsima 3.2: “, kif emendat minn:
|
|
3) |
Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI EFTA U L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA GĦANDHOM IQISU KIF MISTĦOQQ” dan li ġej għandu jiġi miżjud f’punt 40 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/24/KE) f’Taqsima 3.2:
|
|
4) |
Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE) tat-Taqsima 4.2:
|
|
5) |
Dan li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 64 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/618/KEE) tat-Taqsima 4.2:
|
|
6) |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda f’punt 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) f’Taqsima 4.2:
|
|
7) |
Dan li ġej għandu jiġi miżjud wara punt 80 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KEE) tat-Taqsima 4.2: “, kif emendat minn:
|