European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2607

24.11.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2026/2607

tat-23 ta’ Novembru 2026

li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Meta att ikun ser jiġi adottat mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Dak il-perċentwal jiġi kkalkolat skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1) (ir-“Regoli ta’ Proċedura”).

(3)

L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta’ Proċedura jipprovdi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati fl-Anness III tagħhom, f’konformità mad-data disponibbli mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta’ Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2027.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS III

Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill.

Stat Membru

Popolazzjoni

Perċentwal indikattiv tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%)

Il-Ġermanja

83 415 684

18,38

Franza

69 112 309

15,23

L-Italja

59 762 989

13,17

Spanja

49 596 376

10,93

Il-Polonja

37 289 701

8,22

Ir-Rumanija

19 041 322

4,20

In-Netherlands

18 277 969

4,03

Il-Belġju

11 955 308

2,63

Iċ-Ċekja

11 424 031

2,52

Il-Portugall

10 931 023

2,41

L-Iżvezja

10 586 000

2,33

Il-Greċja

10 366 586

2,28

L-Ungerija

9 488 428

2,09

L-Awstrija

9 197 500

2,03

Il-Bulgarija

6 423 207

1,42

Id-Danimarka

6 016 030

1,33

Il-Finlandja

5 632 881

1,24

Is-Slovakkja

5 511 056

1,21

L-Irlanda

5 441 257

1,20

Il-Kroazja

3 876 002

0,85

Il-Litwanja

2 887 592

0,64

Is-Slovenja

2 135 107

0,47

Il-Latvja

1 845 096

0,41

L-Estonja

1 360 745

0,30

Ċipru

997 361

0,22

Il-Lussemburgu

689 189

0,15

Malta

588 254

0,13

UE 27

453 849 003

 

Livell limitu (65 %)

295 001 852 ”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2027.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. HEYDON


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/937/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2607/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)