Official Journal L 068 , 19/03/1993 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 21 P. 0085
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 21 P. 0085
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1992 li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika li tikkonċerna l-applikazzjoni tad-Direttiva Komunitarja rigward pajjiżi terzi, id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE, u l-ħtiġiet regolatorji korrispondenti ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fir-rigward ta’ kummerċ f’laħam frisk tal-bovini u tal-majjali (93/158/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċmebru 1972 dwar il-problemi tas-saħħa u ta’ ispezzjoni veterinarja ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini u suwini u ovini u kaprini u laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], hawnhekk iżjed ’il quddiem magħrufa bhala "d-Direttiva Komunitarja ta’ pajjiż terz", Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/257/KEE tat-28 ta’ April 1987 dwar il-lista ta’ stabbiliment fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika approvata għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk fil-Komunità [2], Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi, taħt skambju ta’ ittri ffirmati fis-7 ta’ Mejju 1991, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 91/552/KEE, il-Kummissjoni u l-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bdew eżami komparattiv tad-Direttiva Komunitarja ta’ pajjiż terz u ħtiġiet regolatorji korrispondenti ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fir-rigward tal-kummerċ f’laħam frisk tal-bovini u tal-majjali, bl-iskop li jiġi determinat jekk il-ħtiġiet Komunitarji u ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika humiex ekwivalenti; Billi, dan il-kontroll komparattiv ġie kkompletat u wera li l-ħtiġiet regolatorji tal-Komunità u ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bażikament jipprovdu salvagwardji ekwivalenti kontra riskji għas-saħħa pubblika; Billi, sabiex jiġi assigurat rikonoxximent ta’ ekwivalenza, huwa mixtieq li jiġi stabbilit proċess miftiehem għall-applikazzjoni tal-ħtiġiet regolatorji ta’ kemm il-Komunità kif ukoll l-Istati Uniti ta’ l-Amerika sabiex jiġi salvagwardat u faċilitat kummerċ futur fil-laħam frisk tal-bovini u tal-majjali; billi intlaħaq Ftehim għal dak l-iskop; Billi, fil-kuntest ta’ l-istabbiliment ta’ dan il-proċess, il-Kummissjoni tissottometti proposti approprjati lill-Kunsill dwar id-Direttiva Komunitarja ta’ pajjiż terz; Billi, fil-perjodu intervenenti bejn il-konklużjoni tal-ftehim u l-implimentazzjoni kompleta tal-miżuri hemmhekk, huma meħtieġ miżuri interim sabiex jippermettu għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti addizzjonali fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika bl-iskop ta’ importazzjoni ta’ laħam frisk tal-bovini u tal-majjali fil-Komunità; Billi l-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: L-Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fil-forma ta’ skambju ta’ ittri li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ Direttiva Komunitarja ta’ pajjiż terz, id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE u l-ħtiġiet regolatorji korrispondenti ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fir-rigward ta’ kummerċ fil-laħam frisk bovin u tal-majjali huwa hawnhekk approvat għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna fis-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ottubru 1992. Għall-Kunsill Il-President J. Gummer [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament KEE Nru 1601/92 (ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13). [2] ĠU L 121, tad-9.5.1987, p. 46. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/522/KEE (ĠU L 283, tal-11.10.1991, p. 14). --------------------------------------------------