2007R0109 — MT — 13.03.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 109/2007

tal-5 ta’ Frar 2007

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' monensin sodium (Coxidin) bħala addittiv ta' l-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 031, 6.2.2007, p.6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 156/2008 tal-21 ta’ Frar 2008

  L 48

14

22.2.2008




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 109/2007

tal-5 ta’ Frar 2007

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' monensin sodium (Coxidin) bħala addittiv ta' l-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni tas-sustanza monensin sodium (Coxidin) bħala addittiv ta' l-għalf tat-tiġieġ għat-tismin u d-dundjani, li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija ta' l-addittivi “koċċidijostati u istomonostati”.

(4)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha ta' l-20 ta’ Ottubru 2005 li monensin sodium (Coxidin) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta' l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent ( 2 ). L-Awtorità kkonkludiet ukoll li monensin sodium (Coxidin) ma jippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. Skond dik l-opinjoni, l-użu ta' dak il-prodott jista' jsir b'mod effettiv għall-prevenzjoni ta' koċċidjożi. Din l-opinjoni vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ dak l-addittiv ta' l-għalf, f’għalf mibgħut mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. L-Awtorità kkonkludiet li kien hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-limiti massimi ta' residwi (MRLs). Madankollu, ma setgħetx tipproponi MRLs peress li l-applikant ma kienx pprovda d-data meħtieġa. Wara li rċeviet dik id-data l-Awtorità adottat opinjoni li tipproponi MRLs provviżorji fil-21 ta' Novembru 2006 ( 3 ). Jista' jkun hemm bżonn li l-MRLs jiġu stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament fid-dawl tar-riżultati ta' valutazzjoni ġejjiena tas-sustanza attiva kkonċernata mill-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “koċċidijostati u istomonostati” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak in-nhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




L-ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv

Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni

Addittiv

(Isem kummerċjali)

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Limiti Massimi Provviżorji ta' Residwi (MRLs) fl-għalf rilevanti ta' oriġini mill-annimali

mg ta' sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Koċċidijostati u istomonostati

5 1 701

Huvepharma

NV Belgium

Monensin sodium

(Coxidin)

Sustanza attiva:

C36H61O11Na

Sodium salt ta' polyether monocarboxylic acid prodott minn Streptomyces cinnamonnensis, 28682, LMG S-19095 f'forma ta' trab.

Il-kompożizzjoni tal-fatturi:

Monensin A: mhux inqas minn 90 %

Monensin A+ B: mhux inqas minn 95 %

Monensin C: 0,2-0,3 %

Kompożizzjoni ta’ l-addittiv:

Sustanza teknika monensin sodium ekwivalenti għall-attività ta' monensin: 25 %

Perlit: 15-20 %

Nuħħala tal-qamħ: 55-60 %

Metodu analitiku (1)

Metodu għad-determinazzjoni tas-sustanza attiva: kromotografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC) derivatizzazzjoni post-kolonnali u individwazzjoni ta’ l-UV (λ = 520 nm)

Tiġieġ għat-tismin

—

100

125

1.  Użu pprojbit sa mill-inqas tliet ijiem qabel il-qtil.

2.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost f’forma ta’ qabel it-taħlita.

3.  Doża massima permessa ta' monensin sodium f'għalf komplementari:

— 625 mg/kg għat-tiġieġ għat-tismin;

— 500 mg/kg għad-dundjani.

4.  Monensin sodium ma għandux jitħallat ma' koċċidijostati oħrajn;

5.  Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu:

“Perikoluż għall-ekwini. Dan l-għalf fih ionophore: evita amministrazzjoni simultanja ma' tiamulin u kkontrolla għal reazzjonijiet avversi possibbli meta jintuża fl-istess waqt ma' sustanzi mediċinali oħrajn”

6.  Ilbes ħwejjeġ protettivi adatti, ingwanti u protezzjoni għall-wiċċ u l-għajnejn. F'każ ta' ventilazzjoni insuffiċjenti fil-bini, ilbes tagħmir respiratorju adatt.

6.2.2017

25 μg monensin sodium/kg ta' ġilda mxarrba + xaħam

8 μg monensin sodium/kg ta' fwied, kilwa u muskolu imxarrbin.

Dundjani

16-il ġimgħa

60

100

(1)   Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives



( 1 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

( 2 ) Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea tal-koċċidijostatu COXIDIN (monensin sodium), adottata fl-20 ta' Ottubru 2005, Il-Ġurnal EFSA (2005) 283, p. 1-53.

( 3 ) Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar il-Limiti Massimi ta' Residwi għal monensin sodium għat-tiġieġ u d-dundjani għat-tismin, adottata fil-21 ta' Novembru 2006, Il-Ġurnal EFSA (2006) 413, p. 1-13. Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew is-Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar is-sigurtà ta' COXIDIN (monensin sodium), adottata fit-12 ta' Lulju 2006, Il-Ġurnal EFSA (2006) 381, p. 1-10.