European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/880

15.3.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/880

tal-14 ta’ Marzu 2024

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li sabiex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċja ta’ Alberta, li ġiet ikkonfermata fil-21 ta’ Frar 2024 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istat ta’ Massachusetts, li ġiet ikkonfermata fis-7 ta’ Marzu 2024 b’analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Wara dawn it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(8)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI.

(9)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada u tal-Istati Uniti, jenħtieġ li d-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jiġi sospiż sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni.

(10)

Barra minn hekk, il-Kanada u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(11)

Il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ 2 tifqigħat tal-HPAI fil-provinċji ta’ British Colombia u Saskatchewan, li ġew ikkonfermati fit-8 ta’ Novembru 2023 u l-15 ta’ Jannar 2024 permezz ta’ analiżi laboratorja (RT-PCR).

(12)

L-Istati Uniti ssottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ seba’ tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fl-istati ta’ Colorado (1), Kansas (5) u Ohio (1), li ġew ikkonfermati bejn it-30 ta’ Novembru 2023 u t-22 ta’ Jannar 2024.

(13)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ppreżentaw ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI. Partikolarment, wara t-tifqigħat tal-HPAI, il-Kanada u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ din il-marda, kif ukoll lestew ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat fit-territorji tagħhom.

(14)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mill-Kanada u mill-Istati Uniti, u tqis li pprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti miż-żoni kkonċernati f’dawk il-pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, konsegwentement, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawn il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Kanada u tal-Istati Uniti li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(15)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada u fl-Istati Uniti.

(16)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika kurrenti fil-Kanada u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ ma’ dawk il-pajjiżi terzi, l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(17)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-maniġġ wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.214 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.214

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

8.11.2023

4.3.2024”

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.230 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.230

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

15.1.2024

4.3.2024”

(iii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela li ġejja għaż-żona CA-2.235 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona CA-2.234:

“CA

Il-Kanada

CA-2.235

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

21.2.2024”

 

(iv)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.546 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.546

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

30.11.2023

3.3.2024”

(v)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.584 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.584

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

14.12.2023

7.3.2024”

(vi)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.613 sa US-2.616 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.613

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

10.1.2024

2.3.2024

US-2.614

N, P1

 

10.1.2024

2.3.2024

US-2.615

N, P1

 

11.1.2024

2.3.2024

US-2.616

N, P1

 

16.1.2024

11.3.2024”

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.619 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.619

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

22.1.2024

11.3.2024”

(viii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela li ġejja għaż-żona US-2.631 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona US-2.630:

“US

L-Istati Uniti

US-2.631

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

7.3.2024”

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona CA-2.235 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona CA-2.234:

“Il-Kanada

CA-2.235

Alberta - Latitudni 51.78, Lonġitudni -113.87

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Mayton

10 km SZ: Allingham, Mayton, Neapolis, Torrington, u Wimborne”

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjoni li ġejja għaż-żona US-2.631 tiżdied wara d-deskrizzjoni għaż-żona US-2.630:

“L-Istati Uniti

US-2.631

L-Istat ta’ Massachusetts

Essex 02

Il-Kontea ta’ Essex: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana: (koordinati GPS: 70.9451985°W 42.9445558°N)”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.214 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.214

POU, RAT

N, P1

 

8.11.2023

4.3.2024

GBM

P1

 

8.11.2023

4.3.2024”

(b)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.230 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.230

POU, RAT

N, P1

 

15.1.2024

4.3.2024

GBM

P1

 

15.1.2024

4.3.2024”

(c)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona CA-2.235 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona CA-2.234:

“CA

Il-Kanada

CA-2.235

POU, RAT

N, P1

 

21.2.2024

 

GBM

P1

 

21.2.2024”

 

(d)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.546 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.546

POU, RAT

N, P1

 

30.11.2023

3.3.2024

GBM

P1

 

30.11.2023

3.3.2024”

(e)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.584 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.584

POU, RAT

N, P1

 

14.12.2023

7.3.2024

GBM

P1

 

14.12.2023

7.3.2024”

(f)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żoni US-2.613 sa US-2.616 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.613

POU, RAT

N, P1

 

10.1.2024

2.3.2024

GBM

P1

 

10.1.2024

2.3.2024

US-2.614

POU, RAT

N, P1

 

10.1.2024

2.3.2024

GBM

P1

 

10.1.2024

2.3.2024

US-2.615

POU, RAT

N, P1

 

11.1.2024

2.3.2024

GBM

P1

 

11.1.2024

2.3.2024

US-2.616

POU, RAT

N, P1

 

16.1.2024

11.3.2024

GBM

P1

 

16.1.2024

11.3.2024”

(g)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.619 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.619

POU, RAT

N, P1

 

22.1.2024

11.3.2024

GBM

P1

 

22.1.2024

11.3.2024”

(h)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona US-2.631 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.630:

“US

L-Istati Uniti

US-2.631

POU, RAT

N, P1

 

7.3.2024

 

GBM

P1

 

7.3.2024”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/880/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)