|
21.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 514/3 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10488 — FAURECIA / HELLA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 514/03)
1.
Fl-10 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Faurecia SE (“Faurecia”) (Franza), |
|
— |
HELLA GmbH & Co. KGaA (“Hella”) (il-Ġermanja). |
Faurecia takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Hella kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-27 ta’ Settembru 2021.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Faurecia: l-iżvilupp, il-manifattura u l-provvista ta’ komponenti għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief. L-erba’ oqsma kummerċjali ewlenin tagħha huma l-postijiet bilqiegħda, l-interjuri, il-mobilità nadifa (inklużi soluzzjonijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u titjieb l-effiċjenza enerġetika u l-prestazzjoni akustika), u l-elettronika (l-infotainment fil-vettura, l-interfaċċi umani tal-magni u l-konnettività), |
|
— |
Hella: l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ partijiet tal-karozzi, b’mod partikolari dwal u prodotti elettroniċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10488 — FAURECIA / HELLA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).