|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/860 |
19.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/860
tat-18 ta’ Marzu 2024
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 fir-rigward tas-sustanza 17β-estradjol
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2) jistabbilixxi s-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu (“MRLs”) fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali. Hija inkorporat is-sustanzi farmakoloġikament attivi kklassifikati fl-erba’ Annessi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 (3) li tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 470/2009. |
|
(2) |
Fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, is-sustanza 17β-estradjol, li ġiet inkluża fl-Anness II (“lista ta’ sustanzi mhux soġġetti għal-limiti massimi ta’ residwi”) tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, ġiet inkluża fit-Tabella 1 (“sustanzi permessi”) tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010. |
|
(3) |
L-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 jipprevedi li r-Regolament (KE) Nru 470/2009 għandu japplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tipprojbixxi l-użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali jew tirostatika u ta’ beta-agonisti, kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE (4). |
|
(4) |
Id-Direttiva 96/22/KE tipprojbixxi l-amministrazzjoni ta’ 17β-estradjol lill-annimali tar-razzett. |
|
(5) |
Għalhekk, huwa xieraq li s-sustanza 17β-estradjol titneħħa mit-Tabella 1 tar-Regolament (UE) Nru 37/2010. |
|
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 37/2010 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/470/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/37(1)/oj).
(3) Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1990/2377/oj);
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/22/2008-12-18).
ANNESS
Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, titħassar l-entrata għal “17β-Oestradiol”.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/860/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)