Official Journal L 085 , 29/03/1974 P. 0061 - 0061
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0206
Greek special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0159
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0206
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0169
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 7 P. 0169
Ir-Regolament (KEE) Nru 668/74 Tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 1974 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 922/72 rigward ir-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna rigward id-dud tal-ħarir IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 845/72 [1] ta’ l-24 ta’ April 1972 li jistabbilixxi miżuri speċjali biex jinkoraġġixxi t-trobbija tad-dudu tal-ħarir u partikolarment Artikolu 2 (4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72 [2] kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 884/73 [3] stabilixxa regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna rigward id-dud tal-ħarir għas-snin tat-trobbija 1972/73 u 1973/74; billi l-esperjenza wriet li l-imsemmi Regolament għandu jkompli japplika għas-snin tat-trobbija futuri, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 F’Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 922/72 il-kliem "għas-snin tat-trobbija 1972/73 u 1973/74" ikunu mħassra. Artikolu 2 Dan ir-Regolament ikun applikabbli minn l-1 ta’ April 1974. Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-28 ta’ Marzu 1974. Għall-Kunsill Il-President J. Ertl [1] ĠU L 100, tas-27.4.1972, p. 1. [2] ĠU L 86, tal-31.3.1973, p. 34. [3] ĠU L 86, tal-31.3.1973, p. 34. --------------------------------------------------