30.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1665

tat-28 ta’ Awwissu 2023

li tikkoreġi d-Deċiżjoni (UE) 2023/1409 li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-eċċess tal-Unjoni lill-Istati Membri u lir-Renju Unit, fi tmiem it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1339 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-impenji taħtha (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1409 (2), il-Kummissjoni identifikat żball fil-kalkolu tal-eċċess nett tal-Unjoni.

(2)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li tiġi kkoreġuta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u li jiġi sostitwit l-Anness tagħha, fir-rigward tal-ammont totali tal-eċċess tal-Unjoni u tal-eċċess tal-Unjoni allokat tal-Istati Membri.

(3)

Wara t-trasferiment tas-sehem tar-rikavati lill-Fond ta’ Adattament, l-eċċess nett tal-Unjoni fir-Reġistru tal-Unjoni tela’ għal 2 156 103 762 unità tal-ammont assenjat meta mqabbel ma’ 2 215 147 885 unità msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2023 imsemmija hawn fuq. Dawn l-unitajiet jenħtieġ li jiġu rritornati lill-Istati Membri u lir-Renju Unit (3) f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1339.

(4)

Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha sabiex l-eċċess tal-Unjoni jiġi rritornat lill-Istati Membri qabel d-9 ta’ Settembru 2023, id-data meta jintemm il-perjodu addizzjonali għat-twettiq tal-impenji skont il-Protokoll ta’ Kjoto,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2023/1409 huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President Eżekuttiv


(1)   ĠU L 207, 4.8.2015, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1409 tal-4 ta’ Lulju 2023 li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex jirritorna l-eċċess tal-Unjoni lill-Istati Membri u lir-Renju Unit, fi tmiem it-tieni perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto (ĠU L 170, 5.7.2023, p. 100).

(3)   ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 59.


ANNESS

L-Anness mad-Deċiżjoni (UE) 2023/1409 huwa emendat kif ġej:

L-Istati Membri u r-Renju Unit

Unitajiet tal-ammont assenjat tal-eċċess tal-Unjoni allokati

Il-Belġju

20 450 588

Il-Bulgarija

126 141 099

Iċ-Ċekja

133 267 103

Id-Danimarka

13 136 942

Il-Ġermanja

195 195 443

L-Estonja

50 771 706

L-Irlanda

11 354 436

Il-Greċja

15 894 130

Spanja

58 409 926

Franza

99 661 294

Il-Kroazja

7 182 633

L-Italja

79 680 094

Ċipru

1 568 619

Il-Latvja

40 100 861

Il-Litwanja

70 430 898

Il-Lussemburgu

2 406 891

L-Ungerija

107 256 218

Malta

307 434

In-Netherlands

30 412 409

L-Awstrija

13 412 151

Il-Polonja

298 687 162

Il-Portugall

13 296 395

Ir-Rumanija

490 413 095

Is-Slovenja

3 286 845

Is-Slovakkja

75 013 997

Il-Finlandja

8 658 264

L-Iżvezja

13 218 840

Ir-Renju Unit

176 488 289

Totali

2 156 103 762