1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

94


DECIZJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ottubru 2006

li taħtar membri Daniżi għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2006/703/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-mandat tal-membri Daniżi tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew skada fl-20 ta' Settembru 2006 (1). Għalhekk, jaqbel li jiġu maħtura membri Daniżi għal dan il-Kumitat għal perijodu ġdid ta' erba' snin li jibda mill-21 ta' Settembru 2006.

(2)

Fil-11 ta' Lulju 2006, il-Kunsill adotta l-listi ppreżentati mill-gvern Ċek, Ġermaniż, Estonjan, Spanjol, Franċiż, Latvjan, Litwan, Lussemburgiż, Ungeriż, Malti, Awstrijakk, Sloven u Slovakk kif ukoll il-lista ta' tnejn u għoxrin kandidat ippreżentata mill-Gvern Taljan (2).

(3)

Fil-15 ta' Settmebru 2006, il-Kunsill adotta l-listi ppreżentati mill-gvern Belġjan, Grieg, Irlandiż, Ċiprijott, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Finlandiż, Svediż u tar-Renju Unit kif ukoll il-lista ta' tnejn u għoxrin kandidat preżentata mill-Gvern Taljan (3).

(4)

Fit-2 ta' Ottubru 2006, il-Gvern Daniż ippreżenta lista li tinkludi numru ta' kandidati skond il-postijiet li ġew attribwiti lilu mit-Trattati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuni li isimhom jidher fil-lista annessa għal din id-Deċiżjoni huma maħtura membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2006 sal-20 ta' Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-21 ta' Settembru 2006.

Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Ottubru 2006.

Mill-Kunsill

Il-President

E. TUOMIOJA


(1)   ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.

(2)   ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.

(3)   ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.


ANNESS

Id-Danimarka

 

Is-Sinjura Dorthe ANDERSEN

Chefkonsulent, DA

 

Is-Sur Henrik FALLESEN

Leder af DI’s Bruxelles kontor

 

Is-Sinjura Benedicte FEDERSPIEL

Chefkonsulent, Forbrugerrådet

 

Is-Sur Peder Munch HANSEN

International konsulent, LO

 

Is-Sinjura Randi IVERSEN

Forkvinde, Kvinderådet

 

Is-Sur Søren KARGAARD

International konsulent, FTF

 

Is-Sinjura Marie-Louise KNUPPERT

LO sekretær

 

Is-Sur Poul LÜNEBORG

Konsulent, DSI

 

Is-Sur Leif Erland NIELSEN

Seniorkonsulent, Landbrugsrådet