32006D0703

Decizjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Ottubru 2006 li taħtar membri Daniżi għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Official Journal L 291 , 21/10/2006 P. 0033 - 0034
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0094 - 0095


20061016

Decizjoni tal-Kunsill

tas- 16 ta’ Ottubru 2006

li taħtar membri Daniżi għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2006/703/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-mandat tal-membri Daniżi tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew skada fl- 20 ta' Settembru 2006 [1]. Għalhekk, jaqbel li jiġu maħtura membri Daniżi għal dan il-Kumitat għal perijodu ġdid ta' erba' snin li jibda mill- 21 ta' Settembru 2006.

(2) Fil- 11 ta' Lulju 2006, il-Kunsill adotta l-listi ppreżentati mill-gvern Ċek, Ġermaniż, Estonjan, Spanjol, Franċiż, Latvjan, Litwan, Lussemburgiż, Ungeriż, Malti, Awstrijakk, Sloven u Slovakk kif ukoll il-lista ta' tnejn u għoxrin kandidat ippreżentata mill-Gvern Taljan [2].

(3) Fil- 15 ta' Settmebru 2006, il-Kunsill adotta l-listi ppreżentati mill-gvern Belġjan, Grieg, Irlandiż, Ċiprijott, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Finlandiż, Svediż u tar-Renju Unit kif ukoll il-lista ta' tnejn u għoxrin kandidat preżentata mill-Gvern Taljan [3].

(4) Fit- 2 ta' Ottubru 2006, il-Gvern Daniż ippreżenta lista li tinkludi numru ta' kandidati skond il-postijiet li ġew attribwiti lilu mit-Trattati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuni li isimhom jidher fil-lista annessa għal din id-Deċiżjoni huma maħtura membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, għall-perijodu mill- 21 ta' Settembru 2006 sal- 20 ta' Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill- 21 ta' Settembru 2006.

Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Ottubru 2006.

Mill-Kunsill

Il-President

E. Tuomioja

[1] ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.

[2] ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.

[3] ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13.

--------------------------------------------------

20061016

ANNESS

Id-Danimarka

Is-Sinjura Dorthe ANDERSEN

Chefkonsulent, DA

Is-Sur Henrik FALLESEN

Leder af DI’s Bruxelles kontor

Is-Sinjura Benedicte FEDERSPIEL

Chefkonsulent, Forbrugerrådet

Is-Sur Peder Munch HANSEN

International konsulent, LO

Is-Sinjura Randi IVERSEN

Forkvinde, Kvinderådet

Is-Sur Søren KARGAARD

International konsulent, FTF

Is-Sinjura Marie-Louise KNUPPERT

LO sekretær

Is-Sur Poul LÜNEBORG

Konsulent, DSI

Is-Sur Leif Erland NIELSEN

Seniorkonsulent, Landbrugsrådet

--------------------------------------------------