European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2626

7.5.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11983 — INFLEXION / 65 EQUITY PARTNERS / KEE SAFETY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2626)

1.   

Fil-25 ta’ April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Inflexion Privaty Equity Partners LLP (“Inflexion”, ir-Renju Unit),

—

65 Equity Partners Pte. Ltd. (“65EP”, Singapore) fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Temasek Holdings (Private) Limited (Singapore),

—

Kee Safety Group (“Kee Safety”, ir-Renju Unit) fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Intermediate Capital Group PLC (“ICG”, ir-Renju Unit).

Inflexion u 65EP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Kee Safety kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

65EP hija ditta ta’ investiment globali bbażata f’Singapore li tfittex li tappoġġa lill-fundaturi fil-vjaġġ ta’ tkabbir tagħhom. 65EP tinvesti f’negozji tas-suq medju stabbiliti li huma proprjetà tal-familja u mmexxija mill-intrapriżi fix-Xlokk tal-Asja, fl-Ewropa u fl-Istati Uniti, fis-setturi tal-konsumaturi, tal-industrija, tas-servizzi tan-negozju, tal-kura tas-saħħa u tat-teknoloġija,

—

Inflexion hija ditta ta’ ekwità privata fis-suq medju bbażata fir-Renju Unit, li tinvesti b’ sehem minoritarju jew maġġoritarju ta’ azzjonisti f’negozji bi tkabbir rapidu stabbiliti b’madwar 11-il biljun sterlina f’assi mmaniġġjati u li għandha direttament jew indirettament investimenti f’madwar 58 kumpanija attiva fis-setturi li ġejjin: is-servizzi ta’ negozju, il-konsumatur, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, l-industrija, u t-teknoloġija,

—

Kee Safety hija kumpanija bbażata fir-Renju Unit li tiżviluppa, timmanifattura, tiddistribwixxi, tinstalla u tittratta tagħmir ta’ protezzjoni kontra l-waqgħat u tagħmir ta’ aċċess sikur f’livell globali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11983 — INFLEXION / 65 EQUITY PARTNERS / KEE SAFETY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2626/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)