|
4.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/49 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10035 — Burnam Parties/Kroenke Parties/SMG/Cascade Investment/StorageMart)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 419/16)
1.
Fis-27 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
StorageMart Partners, LLC u l-affiljati tagħha (“Burnam Parties”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
E.Stanley Kroenke u entitajiet affiljati (“il-Kroenke Parties”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
SMG StorCo, LLC (“SMG”, l-Istati Uniti tal-Amerka) ikkontrollata indirettament minn GIC Realty (Singapore), |
|
— |
Cascade Investment L.L.C. (“Cascade Investment”, l-Istati Unitit tal-Amerka), |
|
— |
SMARTCo Properties, L.P. (“StorageMart”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Burnam Parties, il-Kroenke Parties, SMG u Cascade Investment jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ StorageMart kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
StorageMart: katina ta’ faċilitajiet ta’ awtoħażna li joperaw madwar l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kanada u r-Renju Unit. StorageMart għandha 220 faċilità madwar id-dinja, inklużi 16-il faċilità li jinsabu fir-Renju Unit. Dawn il-faċilitajiet ta’ awtoħażna jinsabu f’Buckinghamshire, Essex, Kent, Norfolk, Suffolk, Surrey, East Sussex u West Sussex, |
|
— |
Burnam Parties: magħmula minn StorageMart Partners, L.L.C, u l-affiljati tagħha, li minnhom Cris Burnam iservi bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv fi StorageMart u Mike Burnam bħala President ta’ StorageMart. Burnam Parties bħalissa jikkontrollaw bi sħab il-Kumpanija fil-Mira u huma, permezz tal-Kumpanija fil-Mira, primarjament attivi fl-Istati Uniti tal-Amerka fl-industrija tal-awtoħażna, |
|
— |
Kroenke Parties: jinkludu entitajiet affiljati ma’ E. Stanley Kroenke, individwu privat residenti fl-Istati Uniti tal-Amerika li jikkontrolla portafoll internazzjonali ta’ investimenti, primarjament attiv fis-setturi tal-isport u tal-proprjetà immobbli. Kroenke Parties huma proprjetarji ta’ interess kontrollanti fil-PreTranżazzjoni fil-Mira u huma primarjament attivi fl-Istati Uniti tal-Amerika, |
|
— |
SMG: sussidjarja indiretta proprjetà kollha kemm hi ta’ GIC Realty, kumpanija b’responsabbiltà limitata inkorporata skont il-liġijiet ta’ Singapore. GIC Realty hija l-kumpanija azzjonarja għal investimenti fil-proprjetà immobbli magħmula għan-nom tal-Gvern ta’ Singapore, |
|
— |
Cascade Investment: entità ta’ investiment privat b’portafoll ta’ investiment globali li hija primarjament attiva fl-Amerka ta’ Fuq. Hija kumpanija b’responsabbiltà limitata li l-uniku membru tagħha huwa William H. Gates III. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10035 — Burnam Parties/Kroenke Parties/SMG/Cascade Investment/StorageMart
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussels |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).