Official Journal L 315 , 19/11/1997 P. 0013 - 0014
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/64/KE ta’ l-10 ta’ Novembru 1997 li tadatta għall-progress tekniku għar-raba’ darba l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (żjut għal-lampi) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 97/16/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2a tagħha, introdott permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 89/678/KEE [3], Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/677/KEE [4] li emendat għat-tmin darba d-Direttiva 76/769/KEE iprojbixxiet l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi f’oġġetti ta’ tiżjin, trikks u ċajt, u logħob; minn dakinhar ġie magħruf li ċerti minn dawn is-sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi fil-għamla ta’ żejt klassifikat bħala li jirrapreżenta perikolu meta jittieħed nifs ‘il ġewwa, speċjalment meta huwa kkulurit, joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem u speċjalment għas-saħħa tat-tfal żgħar, speċjalment meta użati f’lampi dekorattivi; Billi l-marketing ta’ tali żjut kkuluriti għall-użu f’lampi dekorattivi għandu jkun ristrett; Billi r-restrizzjonijiet dwar il-marketing ta’ tali żjut ikkuluriti stipulati permezz ta’ din id-Direttiva jieħdu in konsiderazzjoni l-istat kurrenti ta’ tagħrif u teknika rigward alternattivi inqas perikolużi; Billi din id-Direttiva ma taffettwax il-leġiżlazzjoni tal-Komunità li tistabilixxi l-ħtiġiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE [5] u f’direttivi individwali bbażati fuqha, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE [6]; Billi l-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-addament għal progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ ostakli tekniċi tal-kummerċ f’sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE hu hawnhekk adattat għal progress tekniku kif stabbilit fl-Anness ta’ hawn. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta’Ġunju ta’ l-1998 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-31 ta’ Diċembru 1998. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal tali referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. Artikolu 3 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Novembru 1997. Għall-Kummissjoni Martin bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 24. [2] ĠU L 116, tas-6.5.1997, p. 31. [3] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 24. [4] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 19. [5] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1. [6] ĠU L 196, tas-26.7.1990, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Fl-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE, il-punt 3 għandu jkun sostitwit permezz tal-punt segwenti: "Sustanzi likwidi jew preparazzjonijiet, li huma meqjusa bħala perikolużi skond id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2(2) u l-kriterji fl-Anness IV, Parti 2,3 u 4, għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju ta’ l-1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’sustanzi perikolużi, kif adattata għal progress tekniku permezz tad-Direttivi tal-Kummissjoni 93/21/KEE u 96/54/KE. | 1.Ma jistax ikun uzat fi:oġġetti ornamentali, intenzjonati sabiex jipproduċu dawl jew effetti kkuluriti permezz ta’ fażijiet differenti, per eżempju lampi ornamentali u ashtrays,trikks u ċajtlogħob għal wieħed jew iktar parteċipanti, jew kwalunkwe oġġett intenzjonat sabiex ikun uzat bħala tali, anki b’aspetti ornamentali.2.Mingħajr preġudizzju għal dak li ntqal hawn fuq, sustanzi u preparazzjonijiet li:jipprezentaw periklu meta nifs huwa meħud ‘il ġewwa u huma ttikettjati bi R65, ujistgħu jkunu uzati bħala karburant f’lampi dekorattivi, uhuma mqiegħda fis-suq f’imballaġġ b’kapaċita’ ta’ 15 il-litru jew inqas,ma jistgħax ikollhom aġent koloranti, sakemm mhux meħtieġ għal raġunijiet fiskali, jew fwieħa jew it-tnejn.Mingħajr preżudizzju għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità’ dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta’ sustanzi u preparazzjonijiet koperti minn paragrafu 2, meta huma intenzjonati għall-użu f’lampi, għandhom ikunu mmarkati b’mod leġibbli u li ma jitħassarx kif ġej: "Ħalli l-lampi mimlija b’dan il-likwidu f’post fejn ma jistax jintlaħaq mit-tfal." | --------------------------------------------------