<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑226/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014TJ0226</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:313">EU:T:2016:313</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160525">25.5.2016</DATE> — KAWŻA T‑226/14</P><P>IL-KUMMISSJONI vs MCCARRON POULTRY</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tielet Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Klawżola ta’ arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Il-Ħames Programm Qafas għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002)</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt li jikkonċerna l-qasam tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Enerġija, Ambjent u Żvilupp sostenibbli<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Xoljiment ta’ kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati</KEYWORD><KEYWORD>Interessi moratorji</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura fil-kontumaċja</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑226/14,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata inizjalment minn L. Cappelletti u F. Moro, sussegwentement minn F. Moro, bħala aġenti, assistiti minn R. van der Hout, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">McCarron Poultry Ltd</HT>, stabbilita fi Killacorn Emyvale (L-Irlanda),</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata sabiex tirrimborsa parti mill-antiċipu mħallas mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt NNE5/1999/20229, flimkien mal-interessi moratorji,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla Estiża),</P><P>komposta minn S. Papasavvas, President, I. Labucka, C. Wetter, E. Bieliūnas (Relatur) u V. Kreuschitz, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20010427">27 ta’ April 2001</DATE>, il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ikkonkludiet mal-kumpannija S., bħala koordinatur, kif ukoll mal-fornituri A., E., I. u McCarron Poultry Ltd (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>konvenuta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) il-kuntratt NNE5/1999/20229 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Attivitajiet Komunitarji fil-qasam tal-programm speċifiku ta’ RTD u dimostrazzjoni fuq <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Enerġija, Ambjent u Żvilupp sostenibbli – Parti B: Programm tal-enerġija<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, li jaqa’ fil-kuntest tal-Ħames Programm Qafas tal-Komunità għal azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (1998-2002), bl-għan tat-twettiq tal-proġett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Optimised Biomass CHP Plant for Monaghan Integrating Condensing Economiser Technology<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (impjant ta’ koġenerazzjoni tal-bijomassa ottimizzata f’Monaghan li tintegra t-teknoloġija tal-ekonomizzatur bil-kondensazzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-kuntratt, redatt bl-Ingliż huwa, skont l-Artikolu 5(1) tiegħu, irregolat mid-dritt Belġjan. Skont l-Artikolu 8(1) tal-kuntratt, dan tal-aħħar fih tliet Annessi li jagħmlu parti integrali minnu. L-Anness I jikkonċerna d-deskrizzjoni tax-xogħol li għandu jitwettaq, l-Anness II jelenka l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-kuntratt u l-Anness III isemmi l-mandati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2) tal-kuntratt fih klawżola ta’ arbitraġġ, fis-sens tal-Artikolu 272 TFUE, redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-Qorti tal-Ewwel Istanza [li saret il-Qorti Ġenerali], u, fil-każ ta’ appell, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea], biss hija kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar kull tilwima li tqum bejn il-Komunità, minn naħa, u l-partijiet kontraenti, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-validità, [tal-]applikazzjoni u [tal-]interpretazzjoni ta’ dan il-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tal-kuntratt, il-proġett kellu jdum 58 xahar sa mill-ewwel jum tax-xahar li jsegwi l-aħħar firma tal-partijiet kontraenti. Għaldaqstant dan kien jirrigwarda l-perijodu mill-<DATE ISO="20010501">1 ta’ Mejju 2001</DATE> (data tal-għoti bidu tal-proġett) sat-<DATE ISO="20060228">28 ta’ Frar 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, l-Artikolu 3 tal-Anness II jistipula dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas skont il-prinċipji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Għandu jsir antiċipu inizjali lill-koordinatur fi żmien massimu ta’ 60 jum mid-data tal-aħħar firma tal-partijiet kontraenti. Il-koordinatur għandu jqassam dan l-antiċipu b’konformità mal-indikazzjonijiet li jinsabu fid-dikjarazzjoni ddettaljata li tindika l-ispejjeż eliġibbli wara l-firem ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-Artikolu 26 ta’ dan l-Anness, il-ħlasijiet kollha għandhom jitqiesu bħala antiċipi sal-approvazzjoni tar-rapport finali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ nuqqas ta’ rimbors, mill-parti kontraenti, fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni, din għandha żżid is-somom dovut b’interess moratorju bir-rata applikabbli mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid fl-ewwel jum tax-xahar li matulu jiskadi t-terminu stabbilit mill-Kummisjoni, miżjud b’punt u nofs, sakemm ma jkunux dovuti interessi skont dispożizzjoni oħra ta’ dan il-kuntratt. L-interessi għandhom jirrigwardaw il-perijodu mill-għada tal-iskadenza tat-terminu sad-data li fiha jiġu riċevuti l-fondi li għandhom jiġu rrimborsati.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tal-kuntratt huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Meta l-eżekuzzjoni tal-proġett tkun suġġetta għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva u meta din l-awtorizzazzjoni ma tkunx ngħatat fi żmien sena mid-data tal-għoti bidu stabbilit fl-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni tista’ xxolji l-kuntratt immedjatament, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tal-Anness II tal-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(6) tal-Anness II tal-kuntratt, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Xoljiment tal-kuntratt jew tmiem tal-parteċipazzjoni ta’ parti kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt jew ta’ tmiem tal-parteċipazzjoni ta’ parti kontraenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[…] il-Kummissjoni tista’ titlob ir-rimbors tat-totalità jew ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni n-natura u r-riżultati tax-xogħlijiet imwettqa kif ukoll tal-utilità tagħhom għall-Komunià fil-kuntest tal-programm speċifiku kkonċernat,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tal-Anness II tal-kuntratt, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[m]eta l-kontribuzzjoni finanzjarja totali dovuta mill-Komunità, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-aġġustamenti eventwali, inklużi dawk li jirriżultaw minn awditu finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 26 ta’ dan l-Anness, tkun inferjuri għall-ammont totali tal-ħlasijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, il-partijiet kontraenti kkonċernati għandhom jirrimborsaw id-differenza f’Euro fit-terminu mogħti mill-Kummissjoni fit-talba tagħha mibgħuta permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-kuntratt, kif emendat permezz tal-addendum Nru 1, iffirmat fis-<DATE ISO="20040906">6 ta’ Settembru 2004</DATE>, it-total tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett kien stabbilit għal EUR <FT TYPE="NUMBER">46388002</FT> u l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità kien stabbilit għal EUR <FT TYPE="NUMBER">2975000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20010621">21 ta’ Ġunju 2001</DATE>, il-Kummissjoni ħallset antiċipu inizjali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">892500</FT> fil-kont tal-bank tal-kumpannija S., u mbagħad, fit-<DATE ISO="20030912">12 ta’ Settembru 2003</DATE>, wettqet ħlas intermedjarju ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">71862.28</FT>. Bħala koordinatur, il-kumpannija S. sussegwentement kellha l-missjoni li tqassam dawn is-somom bejn id-diversi partijiet kontraenti skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fid-dikjarazzjoni ddettaljata indikattiva tal-ispejjeż eliġibbli annessa mal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tal-addendum Nru 1 għall-kuntratt, il-kumpannija S. irtirat ruħha mill-proġett u ġiet issostitwita mill-konvenuta bħala koordinatur ġdid, b’effett mill-<DATE ISO="20030501">1 ta’ Mejju 2003</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’riżultat ta’ din l-addendum, il-fondi mħallsa mill-Kummissjoni lill-koordinatur inizjali ġew mgħoddija minnu lill-konvenuta. Dan il-ħlas seħħ fis-<DATE ISO="20040917">17 ta’ Settembru 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta tas-<DATE ISO="20051207">7 ta’ Diċembru 2005</DATE> mibgħuta lill-konvenuta, il-Kummissjoni indikat li l-proġett kellu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>xi dewmien kunsiderevoli sa mill-għoti bidu tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[p]arti żgħira biss mix-xogħlijiet imsemmija fil-kuntratt [kienu] twettqu sa [dik id-data]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Minn din l-ittra jirriżulta wkoll li kemm il-posta elettronika tal-konvenuta tat-<DATE ISO="20050613">13 ta’ Ġunju 2005</DATE> kif ukoll ir-rapporti ta’ progress stabbiliti minnha fil-31 ta’ Mejju u fil-<DATE ISO="20051115">15 ta’ Novembru 2005</DATE> kienu jagħtu xhieda tan-nuqqas tal-abbiltà tal-partijiet kontraenti li jiksbu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tal-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-konvenuta, fir-rigward tat-tliet xhur, bejn wieħed u ieħor, li kien fadal qabel l-għeluq tal-proġett, għar-rekwiżiti li għandhom jiġu osservati fir-rigward tad-dokumenti, sabiex il-parti kontraenti tkun tista’ titlob estensjoni tal-proġett permezz tal-iffirmar ta’ addendum għall-kuntratt, skont l-Artikolu 7 tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20060117">17 ta’ Jannar 2006</DATE>, il-konvenuta talbet estensjoni tal-kuntratt għal perijodu addizzjonali ta’ tliet snin, iżda hija ma pprovdiet ebda wieħed mid-dokumenti mitluba mill-Kummissjoni fl-ittra tas-<DATE ISO="20051207">7 ta’ Diċembru 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta tal-<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE>, il-Kummissjoni informat lill-konvenuta li t-talba tagħha għal estensjoni ma setgħetx tiġi aċċettata għaliex, minn naħa, l-awtorizzazzjonijiet essenzjali għat-twettiq tal-proġett ma kinux ġew miksuba, b’mod li ma kienet teżisti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ebda possibbiltà li l-proġett jitlesta fi żmien raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u, min-naħa l-oħra, din it-talba ġiet riċevuta mill-Kummissjoni biss fit-<DATE ISO="20060203">3 ta’ Frar 2006</DATE>, jiġifieri wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 7 tal-kuntratt sabiex tintalab emenda tiegħu, jiġifieri l-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’din l-istess ittra, il-Kummissjoni indikat lill-konvenuta bid-deċiżjoni tagħha li xxolji l-kuntratt, skont l-Artikolu 7(1)(a) tal-Anness II tal-kuntratt u skont l-Artikolu 6(2) tal-kuntratt. Il-Kummissjoni informat lill-konvenuta li x-xoljiment kellu jidħol fis-seħħ sa mid-data li fiha tiġi riċevuta l-imsemmija ittra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sabiex tagħlaq il-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni talbet lill-konvenuta sabiex tippreżenta rapport ta’ sinteżi finali u dikjarazzjoni finali tal-ispejjeż għall-perijodu mid-data ta’ għoti bidu tal-proġett sad-data tat-tmiem tiegħu, fi żmien xahar minn meta tiġi riċevuta l-imsemmija ittra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara li rċeviet ir-rapport ta’ sinteżi finali u d-dikjarazzjoni finali tal-ispejjeż fil-<DATE ISO="20060505">5 ta’ Mejju 2006</DATE> u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li, matul it-tul tal-proġett, din kienet irċeviet erba’ verżjonijiet differenti tal-formularju li jagħmel rikapitulazzjoni tal-ammonti mgħoddija mill-koordinatur lill-partijiet kontraenti l-oħra (jiġifieri l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Formularju E3<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet kontraenti kollha, permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>, sabiex jibagħtulha dikjarazzjoni li tindika l-ammonti riċevuti (u, f’ċerti każijiet, mgħoddija), fil-kuntest tal-proġett, sabiex għal kull parti kontraenti tistabbilixxi l-ammont definittiv li għandu jitħallas mill-Unjoni Ewropea jew li l-Unjoni Ewropea għandha tirkupra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-kumpanniji E., I. u A. bagħtu d-dikjarazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni permezz ta’ ittri tat-8 ta’ Ġunju, tat-12 ta’ Ġunju u tas-<DATE ISO="20070917">17 ta’ Settembru 2007</DATE> rispettivament. Minn dan jirriżulta li, bħala partijiet fil-kuntratt, il-kumpanniji I. u A. ma rċevewx fondi, filwaqt li l-kumpannija E. irċeviet ammont għall-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara diversi skambji ta’ posta mal-konvenuta u l-kumpannija S. intiżi sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti mħallsa fil-kuntest tal-proġett u wara analiżi tar-rapporti finanzjarji u tekniċi sottomessi fil-kuntest tal-kuntratt, il-Kummissjoni stabbilixxiet, għal kull parti kontraenti, l-ammont tal-ispejjeż eliġibbli vvalidati, dak tal-kontribuzzjoni dovuta mill-Unjoni, dak tal-kontribuzzjoni mħallsa mill-Unjoni u, fl-aħħar nett, l-ammonti li għandhom jitħallsu mill-Unjoni jew dawk li l-Unjoni għandha tirkupra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-ammont li kellha tirkupra mingħand il-konvenuta kien ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">848926.33</FT> u ġie kkalkolat b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta minn din il-kumpannija mingħand l-Unjoni wara l-iffirmar tal-addendum Nru 1 għall-kuntratt, li kienet ta’ total ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">964362.28</FT>, li tikkorrispondi għas-somma tal-finanzjament bil-quddiem ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">892500</FT> u tal-ħlas intermedju ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">71862.28</FT>, li minnha tnaqqsu l-kontribuzzjoni dovuta lill-konvenuta (EUR <FT TYPE="DECIMAL">4073.54</FT>), il-kontribuzzjoni mgħoddija minn din tal-aħħar lill-kumpannija S. (EUR <FT TYPE="DECIMAL">40782.04</FT> għall-ispejjeż ta’ koordinazzjoni u tal-proġett) u lill-kumpannija E. (EUR <FT TYPE="DECIMAL">18844.45</FT>) kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tiġi mgħoddija mill-konvenuta lill-kumpannija I. (EUR <FT TYPE="DECIMAL">41458.53</FT>) u lill-kumpannija A. (EUR <FT TYPE="DECIMAL">10277.39</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ta’ preavviż irreġistrata b’konferma ta’ rċevuta, tas-<DATE ISO="20100427">27 ta’ April 2010</DATE>, il-Kummissjoni informat lill-konvenuta bl-intenzjoni tagħha li tibagħtilha nota ta’ debitu, bl-għan li tirkupra ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">848926.33</FT>, bil-kundizzjoni li l-konvenuta tgħaddilha l-provi tal-ħlasijiet magħmula<?PAGE NO="5"?> lill-kumpanniji I. u A. fi żmien erba’ ġimgħat sa minn meta tirċievi l-ittra. F’din l-ittra ta’ preavviż, il-Kummissjoni ppreċiżat li, fin-nuqqas ta’ dawn il-provi ta’ ħlas, l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-konvenuta kien ser jitla’ minn EUR <FT TYPE="DECIMAL">848926.33</FT> għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">900662.25</FT>, li jikkorrispondi għall-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-konvenuta u li miegħu jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni kienet għad trid tħallas lill-kumpanniji I. u A. u li huma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">41458.53</FT> u ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">10277.39</FT> rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li l-konvenuta ma ppreżentat ebda prova ta’ ħlas lill-kumpanniji I. u A., ma rrimborsatx l-ammont dovut u ma kkontestax il-kalkoli esposti fl-ittra ta’ preavviż, il-Kummissjoni ħarġet nota ta’ debitu, bin-numru 3241009140, għal ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">900662.25</FT> fir-rigward tal-konvenuta. In-nota ta’ debitu, mibgħuta permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta tal-<DATE ISO="20100924">24 ta’ Settembru 2010</DATE>, kienet tippreċiża li, jekk l-ammont indikat ikun għadu ma ġiex irrimborsat sat-<DATE ISO="20101130">30 ta’ Novembru 2010</DATE>, id-dejn prinċipali se jiżdied b’interessi moratorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20101202">2 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ tfakkira lill-konvenuta u, peress li l-ħlas kien għadu ma twettaqx, hija intimatha permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma ta’ rċevuta tal-<DATE ISO="20110104">4 ta’ Jannar 2011</DATE>, sabiex tħallasha l-ammont dovut prinċipali flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati skont l-Artikolu 3(4) tal-Anness II tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-Kummissjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20140415">15 ta’ April 2014</DATE>, il-Kummissjoni ressqet din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Wara li n-notifika tar-rikors lill-konvenuta, imwettqa skont l-Artikolu 100(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, ma rnexxilhiex isseħħ darbtejn, fil-25 ta’ April u fit-<DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE> il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fuq talba tal-Kummissjoni, li twettaq in-notifika tar-rikors lill-konvenuta billi tirrikorri għas-servizzi tal-marixxall tal-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-rikors ġie debitament innotifikat lill-konvenuta permezz tal-marixxall tal-qorti fis-<DATE ISO="20141117">17 ta’ Novembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li l-konvenuta ma pproduċietx risposta fit-terminu mogħti lilha, fl-<DATE ISO="20150310">10 ta’ Marzu 2015</DATE> il-Kummissjoni talbet lill-Qorti Ġenerali sabiex tilqa’ t-talbiet tagħha, skont l-Artikolu 122(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>. Ir-reġistratur innotifika din it-talba lill-konvenuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minħabba impediment ta’ Membru tat-Tielet Awla, il-President tal-Qorti Ġenerali ħatar imħallef ieħor sabiex jikkompleta l-Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE> il-Qorti Ġenerali għamlet xi domandi bil-miktub lill-Kummissjoni, li rrispondiet għalihom fid-<DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fuq proposta tat-Tielet Awla, il-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tirrinvija l-kawża quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tikkundanna lill-konvenuta tħallasha s-somma dovuta ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">976663.34</FT>, jiġifieri EUR <FT TYPE="DECIMAL">900662.25</FT> bħala somma prinċipali u EUR <FT TYPE="DECIMAL">76001.09</FT> bħala interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 2.50 % għall-perijodu ta’ mill-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE> u sal-<DATE ISO="20140415">15 ta’ April 2014</DATE>;</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>tikkundanna lill-konvenuta tħallasha s-somma ta’ EUR 61.69 kull jum bħala interessi sa mis-<DATE ISO="20140416">16 ta’ April 2014</DATE> u sad-data tar-rimbors sħiħ tad-dejn;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà tal-Artikolu 123(3) tar-Regoli tal-Proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, minkejja li r-rikors tal-Kummissjoni ġie nnotifikat lill-konvenuta b’mod regolari, din tal-aħħar ma pproduċietx, fit-termini preskritti, risposta fis-sens tal-Artikolu 46 tar-Regoli tal-Proċedura tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>. Konsegwentement, fl-<DATE ISO="20150310">10 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Kummissjoni ressqet talba, ibbażata fuq l-Artikolu 122(1) tar-Regoli tal-Proċedura tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tilqa’ t-talbiet tagħha. Issa, fl-<DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-Regoli tal-Proċedura l-ġodda tal-Qorti ġenerali, li, fl-Artikolu 123 tagħhom, fihom dispożizzjonijiet ġodda dwar il-proċedura fil-kontumaċja, daħlu fis-seħħ. Għaldaqstant għandu jiġi determinat liema dispożizzjoni hija applikabbli għall-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura l-ġodda huma, bħala dispożizzjonijiet proċedurali, applikabbli immedjatament sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija regoli (digrieti tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971210">10 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Smets vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑134/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:193">EU:T:1997:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020530">30 ta’ Mejju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Coe Clerici Logistics vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑52/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:134">EU:T:2002:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u konsegwentement japplikaw għall-kawżi kollha pendenti fil-mument li dawn jidħlu fis-seħħ (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811112">12 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>Meridionale Industria Salumi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>212/80 sa 217/80</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:270">EU:C:1981:270</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), bla ħsara, b’mod partikolari, għad-dispożizzjonijiet tranżitorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, ebda dispożizzjoni tranżitorja ma tirrigwarda b’mod espress l-Artikolu 123 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li din id-dispożizzjoni għandha titqies li hija applikabbli immedjatament mad-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura fl-<DATE ISO="20150701">1 ta’ Lulju 2015</DATE> u, għaldaqstant, li hija applikabbli għall-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Anki jekk wieħed jippreżupponi li r-regoli applikabbli sabiex it-talbiet tar-rikorrenti jintlaqgħu fil-kuntest ta’ proċedura fil-kontumaċja jistgħu jitqiesu li parzjalment jaqgħu fid-dritt sostantiv sa fejn dawn jaffettwaw b’mod dirett l-interessi tal-partijiet fil-kawża, din iċ-ċirkustanza ma għandha ebda influwenza. Fil-fatt, peress li s-sitwazzjoni li nħolqot mill-assenza ta’ preżentata ta’ risposta u mit-tressiq ta’ talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikorrenti jintlaqgħu tinħoloq b’mod definittiv biss fil-mument fejn il-Qorti Ġenerali tagħti deċiżjoni dwar l-imsemmija talba, l-imsemmija regoli huma applikabbli immedjatament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑334/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:709">EU:C:2008:709</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> tal-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 123(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali għandha tilqa’ t-talbiet tar-rikorrent, sakemm manifestament ma jkollhiex kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikors jew sakemm dan ir-rikors ma jkunx manifestament inammissibbli jew manifestament infondat fid-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa biżżejjed li l-Qorti Ġenerali tikkonstata li, f’dan il-każ, l-ewwel nett, hija għandha l-kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni ta’ dan ir-rikors skont il-klawżola ta’ arbitraġġ, fis-sens tal-Artikolu 272 TFUE, li tinsab fl-Artikolu 5(2) tal-kuntratt, it-tieni nett, ma hemm ebda dubju li dan<?PAGE NO="7"?> ir-rikors huwa ammissibbli u, it-tielet nett, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt imfakkra fil-punti 2 sa 9 iktar ’il fuq u mid-deskrizzjoni tal-fatti mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tar-rikors u appoġġjati mill-atti tal-proċess, ir-rikors ma huwiex manifestament infondat fid-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talbiet tal-Kummissjoni kif imfakkra fil-punt 33 iktar ’il fuq għandhom jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jikkonċerna l-ħlas tal-interessi moratorji, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tal-Anness II tal-kuntratt jirriżulta li s-somom dovuti huma miżjuda b’interess moratorju bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid fl-ewwel jum tax-xahar li matulu jiskadi t-terminu stabbilit mill-Kummissjoni, miżjud b’punt u nofs. Billi l-Kummissjoni stabbilixxiet dan it-terminu għat-<DATE ISO="20101130">30 ta’ Novembru 2010</DATE>, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-rata fis-seħħ fl-<DATE ISO="20101101">1 ta’ Novembru 2010</DATE>. Mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 298, p. 5</REF.DOC.OJ>) jirriżulta li, fl-<DATE ISO="20101101">1 ta’ Novembru 2010</DATE>, ir-rata ta’ interess applikata mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid kienet iffissata għal 1 %. F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-rata ta’ interess applikabbli f’dan il-każ għandu jkun stabbilit għal 2.50 % fis-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tal-Anness II tal-kuntratt jistipula wkoll li l-interessi jirrigwardaw il-perijodu mill-jum ta’ wara d-data ta’ skadenza sal-jum li fih jiġu riċevuti l-fondi li għandhom jiġu rrimborsati. Peress li t-terminu stabbilit mill-Kummissjoni skada fit-<DATE ISO="20101130">30 ta’ Novembru 2010</DATE>, l-interessi moratorji għandhom jirrigwardaw il-perijodu mill-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE> sad-data tal-ħlas sħiħ tad-dejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, il-konvenuta għandha tiġi kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">900662.25</FT>, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata ta’ 2.50 % fis-sena, li jiddekorru mill-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE> u sad-data tal-ħlas sħiħ tad-dejn, li jikkorrispondu għal interessi moratorji ta’ EUR 61.69 kuljum.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-konvenuta tilfet il-kawża, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">McCarron Poultry Ltd hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">900662.25</FT> flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata ta’ 2.50 % fis-sena, li jiddekorru mill-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE> u sad-data tal-ħlas sħiħ tad-dejn.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">McCarron Poultry hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Papasavvas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Wetter</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Bieliūnas</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kreuschitz</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>