14.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/41

tal-10 ta’ Jannar 2022

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1184 (ATALANTA/1/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (“il-Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(2)

Fil-15 ta’ Lulju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1184 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Alejandro CUERDA LORENZO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE. Il-Viċi Ammirall Alejandro CUERDA LORENZO eżerċita l-kmand sal-14 ta’ Diċembru 2021.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE, il-Viċi Ammirall José M. NÚŇEZ TORRENTE, ilu jeżerċita l-kmand bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE ad interim sa mill-14 ta’ Diċembru 2021.

(4)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan (Forza Navali) João Paulo SILVA PEREIRA bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE mit-12 ta’ Jannar 2022. L-awtoritajiet Portugiżi indikaw li l-Kaptan (Forza Navali) João Paulo SILVA PEREIRA ser jiġi promoss għal Komodor mal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(5)

Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kumitat Militari tal-UE qabel mar-rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1184 titħassar.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Komodor João Paulo SILVA PEREIRA huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mit-12 ta’ Jannar 2022.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1184 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Jannar 2022.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1184 tal-15 ta’ Lulju 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/471 (ATALANTA/4/2021) (ĠU L 257, 19.7.2021, p. 1).