Official Journal L 063 , 04/03/1998 P. 0016 - 0017
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/98 tat-3 ta’ Marzu 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 li jintroduċi regoli ddettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 818/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 20(1) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 [3], kif aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1511/96 [4], jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu implimentati l-istandards tal-marketing fis-settur tal-bajd; Billi l-frekwenza tal-ġbir tal-bajd tista’ titnaqqas minn dawk il-produtturi li huma f’pożizzjoni li jipprovdu l-garanziji li jżommu t-temperatura li fiha jinżamm il-bajd fuq ir-razzett taħt l-14 °Ċ; billi din id-deroga għandha tkun ristretta għal dawk l-Istati Membri li, minħabba l-produzzjoni baxxa u d-densitajiet baxxi tal-popolazzjoni, l-ispejjeż tal-ġbir u tad-distribuzzjoni huma ġeneralment għolja u li s-soltu jirreġistraw temperaturi baxxi; billi dawn il-kondizzjonijiet jintlaħqu mill-Isvezja u mill-Finlajda biss; billi din il-miżura għandha tiġi applikata mill-1 ta’ Jannar 1998 sabiex tiġi pprovvduta transizzjoni bla xkiel għalbiex jiġu applikati standards komuni tal-bajd fl-Isvejza u li kellha tiġi posposta għal din id-data skond l-Artikolu 149(1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2059/96 [5]; Billi sabiex jiġi żgurat monitoraġġ aħjar dwar il-bejgħ tal-bajd tat-tiġieġ mhux miżmuma fil-gaġeġ huwa meħtieġ illi jiġu pprovvduti reġistri iktar iddettaljati rigward il-produzzjoni u d-dħul ta’ dan il-bajd fl-istadju tal-kolletturi u tal-bejjiegħa bl-ingrossa; Billi huwa xieraq illi l-Istati Membri jiġu awtorizzati li jiddelegaw is-sorveljanza tat-tikkettjar korrett tal-bajd skond it-tip tal-biedja wżata lill-korpi li huma independenti mill-produtturi; Billi l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nu 1274/91 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. fl-Artikolu 1(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: "Madankollu, fil-Finlandja u fl-Isvezja, il-kunsinna jew il-ġbir mill-produtturi saċ-ċentri tal-pakkjar jew sa l-industrija jistgħu jitwettqu darba fil-ġimgħa f’dawk il-każijiet biss fejn it-temperatura li fiha jinżamm il-bajd fl-irziezet tinżamm b’mod artifiċjali taħt l-14 °Ċ." 2. L-Artikolu 18 jiġi emendat kif ġej: - fil-paragrafu 2 is-sentenza li ġejja tiżdied mat-tieni subparagrafu: "Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu għal mill-inqas sitt xhur wara li titneħħa l-ġemgħa tat-tjur." - jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej: "(6a) 6a. Il-kolletturi u l-bejjiegħa bl-ingrossa huma meħtieġa illi jżommu reġistri dwar it-transazzjonijiet tax-xiri u tal-bejgħ u r-reġistri dwar il-ħażna tal-bajd riferiti fil-paragrafu 1 (a), (b), (ċ) u (d). Il-kolletturi għandhom ikunu kpaċi li juru għal dan il-bajd: (a) id-dati u l-kwantitajiet tal-ġbir; (b) l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi; (ċ) id-dati u l-kwantitajiet tal-kunsinni lill-istazzjonijiet rilevanti tal-ippakkjar. Il-bejjiegħa bl-ingrossa (inklużi n-negozjanti li ma jqandlux il-bajd fiżikament) għandhom ikunu kapaċi li juru għal dan il-bajd: (a) id-dati u l-kwantitajiet tax-xiri u tal-bejgħ (b) l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornituri/xerrejja B’żieda ma’ dan, dawk il-bejjiegħa bl-ingrossa li jqandlu l-bajd fiżikament għandhom iżommu reġistru ta’ kull ġimgħa rigward il-ħażna fiżika. Minflok li jżommu r-reġistri speċifiċi dwar it-transazzjonijiet tax-xiri u tal-bejgħ, il-kolletturi u l-bejjiegħa bl-ingossa jistgħu jżommu dokumenti bil-fatturi jew bin-noti tal-kunsinni mmarkati kif indikat fil-paragrafu 1." - il-paragrafu 7a jiġi mibdul b’dan li ġej: "(7a) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 sa’ 6a ma japplikawx meta tintuża l-espressjoni msemmija fl-paragrafu 1(e)." 3. jiddaħħal l-Artikolu 18b li ġej: "Artikolu 18b Is-sorveljanza ta’ l-indikazzjonijiet tat-tip tal-biedja wżat kif riferit fl-Artikolu 18(1), inklużi l-indikazzjonijiet dwar il-karatteristiċi partikolari tat-tip rispettiv tal-biedja, tista’ tiġi ddelegata lill-korpi nnominati mill-Istati Membri li jipprovdu l-indipendenza meħtieġa vis-à-vis l-produtturi involuti u li għandhom jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fin-Norma Ewropea Nru En/45011 fis-seħħ. Dawn il-korpi għandhom jingħataw liċenzja u jkunu ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru involut." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-1 ta’ Mejja 1998. Madankollu l-Artikolu 1(1) għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament l-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel,fit-3 ta’ Marzu 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, ta’ l-5. tas- 6.7.1990, p.1. [2] ĠU L 111, ta’ l-1. ta’ l- 4.5.1996, p.1. [3] ĠU L 121, ta’ l-11. tas- 16.5.1991, p.1. [4] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p.1. [5] ĠU L 276, ta’ l-11. tad- 29.10.1996, p.1. --------------------------------------------------