<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑461/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0461</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:648">EU:C:2016:648</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20160908">8.9.2016</DATE> — KAWŻA C-461/15</P><P>E.ON KRAFTWERKE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/87/KE</KEYWORD><KEYWORD>Allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni 2011/278/UE</KEYWORD><KEYWORD>Modifika tal-allokazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Article 24(1)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ informazzjoni mill-operatur tal-installazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑461/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (qorti amministrattiva ta’ Berlin, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150603">3 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150828">28 ta’ Awwissu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">E.ON Kraftwerke GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, J.-C. Bonichot (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat il-proċedura bil-miktub, wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal E.ON Kraftwerke GmbH, minn S. Altenschmidt u A. Sitzer, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u K. Petersen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. White u K. Herrmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-<DATE ISO="20110427">27 ta’ April 2011</DATE>, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 130, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn E.ON Kraftwerke GmbH u l-Bundesrepublik Deutschland (Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja), dwar l-estensjoni tal-obbligu ta’ informazzjoni ta’ E.ON Kraftwerke għall-allokazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas, fid-dawl tal-modifiki miġjubin għall-operat ta’ wieħed mill-impjanti elettriċi tagħha.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2003/87</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20031013">13 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="140" PAGE.FIRST="63" DATE.PUB="2009">ĠU L 140, p. 63</REF.DOC.OJ>), (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 2003/87<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tistabbilixxi, fl-Artikolu 7 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Bidliet marbuta mal-istallazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidliet ippjanti fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista’ tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. [...]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva Nru 2003/87:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Mill-2013 ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li ma ġewx allokati mingħajr ħlas taħt l-Artikolu 10a u 10c [...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Regoli tranżitorji madwar il-Komunità kollha għal allokazzjoni gratis armonizzata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Sal-31 ta’ [Diċembru] 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta, miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex ikunu applikabbli mal-Komunità kollha li jkunu kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti [...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjoni 2011/278</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2011/278, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-ġbir tad-dejta bażi ta’ referenza<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal kull installazzjoni eżistenti eliġibbli għal allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emisjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE, inklużi installazzjonijiet li jitħaddmu biss perjodikament, b’mod partikolari, l-installazzjonijiet li jinżammu f’riserva jew għal xi emerġenza u l-installazzjonijiet li jitħaddmu fuq skeda staġjonali, l-Istati Membri għandhom, għas-snin kollha tal-perjodu bejn l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> u l-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, jew l-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE> u l-<?PAGE NO="3"?><DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE> fejn ikun meħtieġ, li matulhom l-installazzjoni kienet qiegħda titħaddem, jiġbru mingħand l-operatur l-informazzjoni u d-dejta kollha rilevanti rigward kull parametru elenkat fl-Anness IV.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiġbru b’mod separat id-dejta għal kull subinstallazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-operatur jissottometti aktar dejta.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2011/278 huwa abbozzat f’dawn il-kliem:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Fuq il-bażi tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom, għal kull sena, jikkalkolaw in-numru ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas mill-2013 ’il quddiem lil kull installazzjoni eżistenti fit-territorju tagħhom skont il-paragrafi 2 sa 8.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikoli 19 sa 21 tad-Deċiżjoni 2011/278 jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jallokaw il-kwoti tal-emissjonijiet li joħorġu wara estensjoni sinjifikattiva jew tnaqqis sinjifikattiv tal-kapaċità tal-installazzjoni kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni 2011/278, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Tibdil fl-operat ta’ installazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha rigward kwalunkwe tibdil ippjanat jew effettiv fil-kapaċità, il-livell ta’ attività u l-operat ta’ installazzjoni tkun sottomessa mill-operatur sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jkun hemm tibdil fil-kapaċità, il-livell ta’ attività jew l-operat ta’ installazzjoni li għandu impatt fuq l-allokazzjoni tal-installazzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu, permezz ta’ mudell elettroniku pprovdut mill-Kummissjoni, l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż l-ammont annwali totali preliminari rrivedut ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lill-installazzjoni kkonċernata stabbilit skont din id-Deċiżjoni, lill-Kummissjoni qabel id-determinazzjoni tal-ammont annwali totali finali ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas. Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta l-ammont preliminari totali annwali rivedut tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas għall-installazzjoni kkonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, tal-<DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="181" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 181, p.30</REF.DOC.OJ>), jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-attivitajiet skont id-Direttiva 2003/87/KE fil-perjodu ta’ negozjar tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet li jibda fl-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE> u perjodi sussegwenti ta’ negozjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 601/2012, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-kontenut u s-sottomissjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni dettaljata, kompluta u trasparenti tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ ta’ installazzjoni speċifika jew ta’ operatur ta’ inġenji tal-ajru speċifiku u għandu jinkludi tal-anqas l-elementi stabbiliti fl-Anness I.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-Anness I jirreferi għal proċedura, operatur jew operatur ta’ inġenji tal-ajru għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura bħal din b’mod separat mill-pjan ta’ moniotraġġ.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Minbarra l-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li jiġu inklużi iżjed elementi fil-pjan ta’ monitoraġġ ta’ installazzjonijiet għall-ilħiq tar-rekwiżiti tal-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278 [...] inkluż sommarju ta’ proċedura li tiżgura dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-operatur jivverifika regolarment jekk l-informazzjoni dwar kwalunkwe tibdil ippjanat jew effettiv fil-kapaċità, il-livell tal-attività u l-operat ta’ installzzjoni hijiex rilevanti skont dik id-Deċiżjoni,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tiġi sottomessa mill-operatur lill-awtorità kompetenti sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110926">26 ta’ Settembru 2011</DATE>, il-Gvern Federali adotta l-Verordnung über die Zuteilung von Treibhausgas-Emissionsberechtigungen in der Handelsperiode 2013 bis 2020 (Regolament għall-allokazzjoni ta’ kwoti tal- emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-perijodu ta’ skambju mill-2013 sal-2020) (BGBl. I S. 1921, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ZuV 2020<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 taz-ZuV 2020, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Tibdil fl-operat ta’ installazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="022.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>L-operatur huwa obbligat li jissottometti lill-awtorità kompetenti kull informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-modifiki ppjanati jew effettivi fil-kapaċità, il-livell ta’ attività u l-operat ta’ installazzjoni, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena segwenti u għall-ewwel darba sal-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="022.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>F’każ ta’ tnaqqis sinjifikattiv tal-kapaċità skont l-Artikolu 19, l-operatur tal-installazzjoni huwa obbligat li jissottometti lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, il-kapaċità imnaqqsa u l-kapaċità installata tal-element ta’ allokazzjoni. F’każ ta’ waqfien tal-attivitajiet ta’ installazzjoni, skont l-Artikolu 20(1), l-operatur tal-installazzjoni huwa obbligat li jissottometti lill-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, id-data tal-waqfien mill-attivitajiet.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>E.ON Kraftwerke hija impriża tas-settur tal-enerġija li topera fil-Ġermanja diversi impjanti tal-elettriku suġġetti għall-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Għall-impjant tagħha ta’ Heyden (il-Ġermanja), hija talbet mingħand is-servizz ta’ bejgħ Ġermaniż, drittijiet ta’ emissjonijiet (“Deutsche Emissionshandelsstelle, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>DEHSt<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) l-allokazzjoni mingħajr ħlas tad-drittijiet ta’ emissjonijiet għat-tielet perijodu ta’ skambju (2013 sa 2020), proporzjonalment għall-valur ta’ emissjonijiet tas-sħana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>E.ON Kraftwerke informat, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20130905">5 ta’ Settembru 2013</DATE>, lid-DEHSt li, kuntrarjament għal dak li huwa jeħtieġ fuq il-bażi tal-Artikolu 22(1) taz-ZuV 2020, hija tissottometti lilu d-data dwar il-livelli ta’ attività ta’ kull element ta’ allokazzjoni biss jekk dawn setgħu jwasslu għall-adattazzjoni tad-deċiżjoni ta’ allokazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20130924">24 ta’ Settembru 2013</DATE>, id-DEHSt irrisponda għal din il-korrispondenza billi enfasizza li l-informazzjoni rilevanti li s-sottomissjoni tagħha hija meħtieġa abbażi tal-Artikolu 22(1) taz-ZuV 2020 ma kinitx limitata għal dik li għandha bħala effett li timmodifika l-allokazzjoni, iżda kienet tinkludi l-informazzjoni kollha li kienet marbuta mad-data li fuqha l-allokazzjoni hija bbażata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-formola ta’ dikjarazzjoni stabbilita minn E.ON Kraftwerke għas-sena 2013, iċ-ċifra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>0<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> kienet tidher fit-taqsima ddedikata għal-livell ta’ attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors li tressaq quddiem il-Verwaltungsgericht Berlin (qorti amministrattiva ta’ Berlin), fis-<DATE ISO="20131127">27 ta’ Novembru 2013</DATE>, E.ON Kraftwerke talbet li jkun ikkonstatat, essenzjalment, li hija ma kinitx obbligata, abbażi tal-Artikolu 22(1) taz-ZuV 2020, li tipprovdi d-data kollha li hija marbuta mal-kapaċità, il-livell ta’ attività jew l-operat tal-installazzjoni, iżda li hija kellha tissottometti d-data biss li hija marbuta mat-tibdil li jista’ jinfluwenza l-allokazzjoni tal-kwoti. Dan huwa s-sens tal-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni 2011/278, kif ukoll tad-dokument ta’ gwida tiegħu Nru 7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li d-DEHSt għamel qari ieħor ta’ dawn l-atti tal-Kummissjoni, sostna li kien l-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-informazzjoni rilevanti dwar l-allokazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Berlin (qorti amministrattiva ta’ Berlin) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>Liema informazzjoni tagħmel parti mill-informazzjoni rilevanti fis-sens tal-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE? Din ir-restrizzjoni għandha tinftiehem b’mod kwalitattiv jew kwantitattiv; b’mod partikolari, hija inkluża wkoll informazzjoni dwar tibdil ippjanat jew effettiv fil-kapaċità, fil-livell ta’ attività u fl-operat ta’ installazzjoni li ma jirriżultax direttament fl-annullament jew fl-adattament tad-deċiżjoni ta’ allokazzjoni skont l-Artikoli 19 sa 21 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE u li ma jagħti lok għal ebda obbligu ta’ sottomissjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 24(2) [ta’ din id-d]eċiżjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 2011/278/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lill-Istat Membru milli jeżiġi li l-operatur jipprovdi informazzjoni dwar tibdil ippjanat jew effettiv fil-kapaċità, fil-livell ta’ attività u fl-operat ta’ installazzjoni li ma jirriżultax fl-annullament jew fl-adattament tad-deċiżjoni ta’ allokazzjoni skont l-Artikoli 19 sa 21 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 2011/278 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jirrikjedi minn impriżi li, suġġetti għall-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni, jibbenefikaw minn allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti mingħajr ħlas li jipprovdu informazzjoni dwar it-tibdil kollu ppjanat jew effettiv fil-kapaċità, fil-livell ta’ attività u fl-operat ta’ installazzjoni, mingħajr ma jillimita dan ir-rekwiżit għall-informazzjoni biss dwar it-tibdiliet li għandhom effett fuq din l-allokazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 2011/278 tirregola l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar f’dan ir-rigward li d-Direttiva 2003/87 hija intiża li tnaqqas, minn hawn sas-sena 2020, l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra tal-Unjoni b’minn tal-inqas 20 % fil-konfront tal-livelli tagħhom fis-sena 1990, f’kundizzjonijiet ekonomikament effikaċi. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda żewġ mekkaniżmi. L-ewwel wieħed, stabbilit permezz tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87 jikkonsisti fit-tnaqqis tal-kwantità tal-kwoti disponibbli b’mod lineari<?PAGE NO="6"?> bl-applikazzjoni ta’ fattur ta’ 1.74 % fil-konfront tat-total annwali medju ta’ kwoti maħruġ mill-Istati Membri konformement mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-perijodu bejn is-sena 2008 u s-sena 2012. It-tieni mekkaniżmu huwa dak tal-bejgħ bl-irkant tal-kwoti li għandu wkoll jippermetti li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’kundizzjonijiet ekonomikament effikaċi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Borealis Polyolefine <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:311">EU:C:2016:311</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-installazzjonijiet benefiċjarji, f’ċerti setturi ta’ attività, dwar kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas, konformement mal-Artikolu 10a(11) tad-Direttiva 2003/87, il-kwantità allokata ta’ dawn il-kwoti titnaqqas gradwalment, b’effett mis-sena 2013, bil-għan li jintlaħaq l-abolizzjoni tal-kwoti mingħajr ħlas matul is-sena 2027 (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Borealis Polyolefine <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑191/14, C‑192/14, C‑295/14, C‑389/14 u C‑391/14 sa C‑393/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:311">EU:C:2016:311</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huwa previst, konformement mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2011/278, li, għal kull installazzjoni eżistenti eliġibbli għal allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, l-Istati Membri għandhom, għas-snin kollha tal-perijodu bejn l-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> u l-<DATE ISO="20081231">31 ta’ Diċembru 2008</DATE>, jew l-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE> u l-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE> fejn ikun meħtieġ, li matulhom l-installazzjoni kienet qiegħda titħaddem, jiġbru mingħand l-operatur l-informazzjoni u d-data kollha rilevanti rigward kull parametru elenkat fl-Anness IV ta’ din id-deċiżjoni, jippermettu li jiġi stabbilit l-ammont ta’ din l-allokazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2011/278, fuq il-bażi tad-data miġbura skont dan l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom, għal kull sena, jikkalkolaw in-numru ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas mill-2013 ’il quddiem lil kull installazzjoni eżistenti fit-territorju tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Kif tesponi l-premessa 15 tad-Deċiżjoni 2011/278, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data miġbura mingħand l-operaturi u użata għall-fini tal-allokazzjoni tkun sħiħa, konsistenti u tippreżenta l-ogħla preċiżjoni li tista’ tinkiseb.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, sabiex tingħata risposta għad-domandi magħmulin mill-qorti tar-rinviju, li wieħed għandu jfittex liema hija l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>informazzjoni rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li l-Istati Membri għandhom id-dritt jeħtieġu, konformement mal-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 2011/278, minn naħa tal-operaturi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li d-Deċiżjoni 2011/278 ma teħtieġx direttament mill-operaturi l-obbligu ta’ informazzjoni, iżda tafda lill-Istati Membri l-kura li jistabbilixxu huma stess il-motivi li jiksbu mingħand l-operaturi tad-data suffiċjentement rilevanti għall-finijiet tal-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din id-data, huwa obbligu tal-Istati Membri, konformement mal-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 2011/278, li għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha rigward kwalunkwe tibdil ippjanat jew effettiv fil-kapaċità, il-livell ta’ attività u l-operat ta’ installazzjoni tkun sottomessa mill-operatur sal-31 ta’ Diċembru l-iktar tard kull sena lill-awtorità kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, fit-tieni lok, li l-Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni 2011/278, li s-suġġett tiegħu huwa li jirregola l-obbligu li jaqa’ fuq l-Istati Membri li jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti għall-istabbiliment tal-kwantità annwali totali finali tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas, jillimita dan l-obbligu għall-uniċi każijiet li fihom dawn il-modifiki għandhom effett fuq l-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet lil installazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 2011/278 li jagħmel riferiment għall-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna dawn il-modifiki, ma jillimitax ir-rekwiżit ta’ sottomissjoni ta’ informazzjoni li għalih huma obbligati l-operaturi għall-uniċi każijiet li fihom l-imsemmija modifiki għandhom effett fuq l-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet mingħajr ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 2011/278 hija, fit-tielet lok, konformi mal-istruttura tad-Deċiżjoni 2011/278 u mal-għanijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-iskema ta’ allokazzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet, huwa l-obbligu tal‑Istati Membri, kif tfakkar fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, li jikkalkolaw għal kull sena, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura konformement mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2011/278, in-numru ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull waħda mill-installazzjonijiet eżistenti fit-territorju tagħhom. Għaldaqstant huwa biss l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jevalwaw, mill-informazzjoni miġbura mingħand l-operaturi, jekk dawn huma ta’ natura li għandhom effett fuq l-istabbiliment tan-numru ta’ kwoti allokati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jirriżulta la mid-Direttiva 2003/87, b’mod partikolari mill-Artikolu 7 tagħha, u lanqas mid-Deċiżjoni 2011/278 li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu jinstema’ jippermetti lill-operaturi li jagħżlu l-informazzjoni li għandhom jissottomettu, abbażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, skont l-effett li huma suppost li għandhom fuq l-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24 ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta li dawn huma intiżi li jieħdu inkunsiderazzjoni l-modifiki tal-operat tal-installazzjonijiet sabiex, minn naħa, għall-Istati Membri, li jistabbilixxu, l-ewwel, in-numru ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil kull waħda mill-installazzjonijiet eżistenti fit-territorju tagħhom u, min-naħa l-oħra, għall-Kummissjoni, it-tieni, li tistabbilixxi l-kwantità annwali totali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati mingħajr ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, u kif tfakkar fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data miġbura mingħand l-operaturi u użata għall-fini tal-allokazzjoni tkun sħiħa, konsistenti u tippreżenta l-ogħla preċiżjoni li tista’ tinkiseb. Konsegwentement, huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu huma stess liema data rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti għandha tinġabar mingħand l-operaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Billi jagħmel riferiment għan-natura rilevanti tal-informazzjoni b’hekk mitluba, l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 2011/278 jawtorizza l-Istati Membri li jeħtieġu li tkun pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti dik, fost din l-informazzjoni, li tippermettilhom jevalwaw oġġettivament il-modifiki tal-installazzjoni inkwistjoni, u jipprekludu li jeħtieġu informazzjoni oħra mingħajr rabta ma’ din l-evalwazzjoni, dik li tikkonċerna b’mod partikolari l-kawżi fejn, b’mod ġenerali, in-neċessitajiet ekonomiċi jew kummerċjali ta’ dawn it-tibdiliet, li huwa l-obbligu tal-qrati nazzjonali li jivverifikaw. Min-naħa l-oħra, din id-dispożizzjoni ma teħtieġx li l-provvista ta’ informazzjoni tkun limitata għal dik li hija marbuta mat-tibdiliet li jidhru, lill-operaturi, li għandha effett fuq l-allokazzjoni tal-kwoti mingħajr ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi kkontestata bl-ispjegazzjonijiet ipprovduti f’dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Guidance Document n<HT TYPE="SUP">o</HT> 7 on the harmonized free allocation methodology for the EU-ETS post 2012 New Entrants and Closures<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li l-Kummissjoni ppubblikat fuq is-sit internet tagħha. Fil-fatt, skont l-indikazzjoni espressa li tinsab f’dan id-dokument, din ma hijiex legalment vinkolanti u ma tirriflettix il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 2011/278 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jirrikjedi minn impriżi li, suġġetti għall-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni, jibbenefikaw minn allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti mingħajr ħlas, li jipprovdu<?PAGE NO="8"?> informazzjoni dwar it-tibdiliet kollha ppjanati jew effettivi fil-kapaċità, fil-livell ta’ attività u fl-operat ta’ installazzjoni, mingħajr ma jillimitaw dan ir-rekwiżit biss għall-informazzjoni dwar it-tibdiliet li għandhom effett fuq din l-allokazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-<DATE ISO="20110427">27 ta’ April 2011</DATE>, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jirrikjedi minn impriżi li, suġġetti għall-obbligu ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni, jibbenefikaw minn allokazzjoni ta’ dawn il-kwoti mingħajr ħlas, li jipprovdu informazzjoni dwar it-tibdiliet kollha ppjanati jew effettivi fil-kapaċità, fil-livell ta’ attività u fl-operat ta’ installazzjoni, mingħajr ma jillimitaw dan ir-rekwiżit biss għall-informazzjoni dwar it-tibdiliet li għandhom effett fuq din l-allokazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>