Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqasijiet u negliġenzi li l-BEI wettaq fil-monitoraġġ ta’ l-allokazzjoni tal-fondi intiżi għat-twettiq tal-proġett ta’ 2K-Teint, b’eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ finanzjament konkluż bejn il-BEI, bħala mandatarju tal-Komunità, u r-Renju tal-Marokk.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2) 2K-Teint SARL, Mohammed Kermoudi, Khalid Kermoudi, Laila Kermoudi, Mounia Kermoudi, Salma Kermoudi u Rabia Kermoudi għandhom ibatu, barra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż tal-Kummissjoni u tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (BEI).