European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6683

11.12.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.12142 — MOH / GEK TERNA / NRG / HERON)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/6683)

1.   

Fit-3 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-Regolament (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Motor Oil (Hellas) Corinth Refineries S.A. (“MOH”, il-Greċja),

—

GEK TERNA S.A. (“GEK TERNA”, il-Greċja),

—

NRG Supply and Trading S.A. (“NRG”, il-Greċja), ikkontrollata minn MOH,

—

Heron Energy S.A. (“HERON”, il-Greċja), ikkontrollata minn GEK TERNA.

MOH u GEK TERNA.se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ NRG u HERON.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

MOH hija l-kumpanija omm tal-grupp ta’ kumpaniji MOTOR OIL, li hija attiva prinċipalment: fir-raffinar u l-produzzjoni taż-żejt; fil-provvista bl-ingrossa u bl-imnut ta’ prodotti petroliferi; fil-ġenerazzjoni, il-provvista bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku; fl-importazzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut tal-gass naturali; u fix-xandir televiżiv,

—

GEK TERNA hija l-kumpanija omm tal-grupp ta’ kumpaniji li għandhom l-istess isem, li hija attiva prinċipalment: fil-kostruzzjoni; fl-operat tal-infrastruttura u l-konċessjonijiet; fil-ġenerazzjoni, il-provvista bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku; fil-provvista bl-imnut tal-gass naturali; fl-immaniġġjar tal-ilma mormi; u fil-proprjetà immobbli.

3.   

NRG hija attiva prinċipalment fil-provvista bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali fil-Greċja. Heron hija attiva prinċipalment fil-ġenerazzjoni, il-provvista bl-ingrossa u bl-imnut tal-elettriku, u l-provvista bl-ingrossa u bl-imnut tal-gass naturali fil-Greċja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12142 — MOH / GEK TERNA / NRG / HERON

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6683/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)