European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7511

30.12.2024

Komunikazzjoni mingħand il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(C/2024/7511)

Stedina pubblika għall-offerti għal konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Blok 413-414”

TAQSIMA I: BAŻI LEGALI

1.

L-Artikolu 49h(2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2024, il-punt 1290)

2.

Ir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar l-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171)

3.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: il-Kapitolu 6, il-Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI TISTIEDEN L-OFFERTI

Isem: Ministerstwo Klimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent]

Indirizz postali: ul. ul. Wawelska 52/54, 00-922 Varsavja

Tel. +48 223692449; Faks: +48 223691100

Sit web: www.gov.pl/web/klimat

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1)   Tip ta’ attività li għaliha trid tingħata l-konċessjoni:

Konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Blok 413-414”, parti mill-blokok ta’ konċessjoni Nri 413 u 414.

2)   Żona li fiha jridu jsiru l-attivitajiet:

Il-konfini taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti huma definiti mil-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

224 429,40

619 471,74

2

219 734,09

619 456,21

3

219 733,92

619 454,87

4

210 523,09

619 421,78

5

210 260,58

608 022,58

6

209 660,93

572 015,80

7

224 085,46

571 823,28

8

224 239,14

593 113,46

9

223 753,00

592 883,00

10

222 376,00

593 612,00

11

222 475,00

595 313,00

12

223 236,00

595 405,00

13

223 368,00

594 800,00

14

224 247,38

594 254,96

15

224 314,01

603 486,16

bl-eċċezzjoni tal-poligonu definit mill-punti 16 sa 29 li ġejjin:

Punt Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

16

221 091,02

600 645,13

17

220 797,73

601 652,77

18

220 844,14

603 391,19

19

220 125,97

603 450,34

20

219 833,40

602 978,16

21

220 557,32

602 379,11

22

219 798,82

601 679,44

23

219 475,76

602 687,75

24

220 292,07

604 055,74

25

220 865,93

604 200,42

26

221 457,15

604 634,48

27

222 010,11

603 619,97

28

221 956,85

601 621,88

29

221 510,53

600 634,09

L-erja tas-superfiċe tal-projezzjoni vertikali taż-żona koperta minn din il-proċedura tal-offerti hija ta’ 666.20 km2. Il-konfini inferjuri taż-żona tinsab f’fond ta’ 5 000 m taħt il-livell tal-art (BGL, Below Ground Level).

L-għan tax-xogħlijiet li jridu jitwettqu f’formazzjonijiet Mijoċeni, Mesożojċi)(Kretaċji, Ġurassiċi u Triassiċi) u Paleożojċi (Karboniferi, Devonjani u Kambrijani) huwa li jiġu ddokumentati u estratti ż-żejt u l-gass naturali fiż-żona deskritta hawn fuq.

3)   Limitu taż-żmien, mhux inqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, u l-post għall-preżentazzjoni tal-offerti:

L-offerti jridu jiġu ppreżentati lis-sede tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent mhux iktar tard mill-12:00 CET/CEST fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 90 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

4)   Speċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerti, inkluż il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-offerti u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom, li jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 49k tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni:

L-offerti jistgħu jiġu ppreżentati minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(16)(1) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni, b’mod indipendenti, jew jekk diversi entitajiet japplikaw għall-konċessjoni b’mod konġunt, bħala l-operatur.

L-offerti li jaslu se jiġu evalwati mill-kumitat għall-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji li ġejjin:

 

30 % - l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi proposti, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni;

 

20 % - l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju tal-kampjuni miksubin matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inkluż il-mases ċilindriċi tat-tħaffir;

 

20 % - il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li se jitwettqu attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi għall-finanzjament tal-attivitajiet maħsubin, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern;

 

20 % - it-teknoloġija proposta għat-twettiq ta’ xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew operazzjonijiet ta’ estrazzjoni, bl-użu ta’ elementi innovattivi żviluppati għal dan il-proġett;

 

5 % - il-kapaċitajiet tekniċi għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal ta’ riżorsi tekniċi, organizzattivi, loġistiċi u umani xierqa;

 

5 % - l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, filwaqt li jiġu żgurati t-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet fuq il-bażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess punteġġ, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

5)   Ambitu minimu tal-informazzjoni ġeoloġika:

Meta tiġi ppreżentata offerta, ma hemm l-ebda rekwiżit li jintwera d-dritt li tintuża l-informazzjoni ġeoloġika.

Meta tidħol fil-fażi tal-estrazzjoni, impriża tkun obbligata tipprovdi evidenza tal-eżistenza tad-dritt li tuża informazzjoni ġeoloġika sa fejn tkun neċessarja għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha.

6)   Data tal-bidu tal-attivitajiet:

L-attivitajiet koperti mill-konċessjoni se jibdew fi żmien 14-il jum mid-data li fiha d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni ssir finali.

7)   Ambitu minimu tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni:

It-tħaffir ta’ borehole sa fond massimu ta’ 5 000 m (fond vertikali reali — TVD, True Vertical Depth), bit-teħid obbligatorju ta’ mases ċilindriċi tat-tħaffir ta’ intervalli prospettivi.

8)   Il-perjodu li għalih trid tingħata l-konċessjoni:

Il-perjodu ta’ konċessjoni huwa ta’ 30 sena, u jinkludi:

1)

fażi ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni b’durata ta’ 5 snin, li tibda mid-data li fiha tingħata l-konċessjoni;

2)

fażi ta’ estrazzjoni li ddum 25 sena, li tibda mid-data li fiha tinkiseb deċiżjoni dwar l-investiment.

9)   Kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq tal-attivitajiet u għall-iżgurar tas-sikurezza pubblika, tas-saħħa pubblika, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-ġestjoni razzjonali tad-depożiti:

L-operazzjonijiet ġeoloġiċi (tħaffir ta’ borehole) se jibdew fi żmien 42 xahar mid-data li fiha ssir finali d-deċiżjoni li tagħti l-konċessjoni.

L-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-konċessjoni ma tistax tikser id-drittijiet tas-sidien tal-art u ma teliminax il-ħtieġa li tinżamm konformità ma’ rekwiżiti oħrajn stabbiliti fil-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni, u r-rekwiżiti dwar l-ippjanar tal-ispazju, il-ħarsien tal-ambjent, ir-raba’ u l-foresti, in-natura, l-ilmijiet u l-iskart, u dwar is-sikurezza pubblika u s-saħħa pubblika.

Il-Kategorija C hija l-kategorija ta’ esplorazzjoni minima għal depożiti taż-żejt u tal-gass naturali.

10)   Mudell tal-ftehim dwar l-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni:

Il-mudell tal-ftehim huwa mehmuż bħala anness hawnhekk.

11)   Informazzjoni dwar l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni:

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għaż-żona “Blok 413-414” matul il-perjodu bażi ta’ 5 snin huwa ta’ PLN 188 827,73 (fi kliem: mija u tmienja u tmenin elf, tmien mija u sebgħa u għoxrin zloty, tlieta u sebgħin grosz) fis-sena.

It-termini dettaljati tal-ħlas jinsabu fl-anness imsemmi fil-punt 10.

12)   Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-offerti u d-dokumenti meħtieġa mill-offerenti:

1.

L-offerti għandhom jispeċifikaw:

1)

l-isem (l-isem kummerċjali) u l-uffiċċju reġistrat tal-offerent;

2)

is-suġġett tal-offerta, flimkien ma’ deskrizzjoni li tispeċifika ż-żona li fiha trid tingħata l-konċessjoni u jridu jiġu stabbiliti d-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni;

3)

il-perjodu li għalih trid tingħata l-konċessjoni, inkluż id-data tal-bidu tal-attivitajiet, u d-durata tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u l-fażi tal-estrazzjoni;

4)

l-għan, l-ambitu u n-natura tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni, u informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li jridu jitwettqu sabiex jintlaħaq l-objettiv maħsub u t-teknoloġiji li jridu jintużaw, kif ukoll il-kategorija minima tal-esplorazzjoni tad-depożiti;

5)

skeda għax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, u l-ambitu ta’ xogħlijiet bħal dawn;

6)

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksubin matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inkluż il-mases ċilindriċi tat-tħaffir, kif imsemmi fl-Artikolu 82(2)(2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni;

7)

id-drittijiet miżmumin mill-offerent għaż-żona li fiha jridu jitwettqu l-attivitajiet maħsubin, jew id-dritt li l-entità tkun qiegħda tapplika għall-istabbiliment tagħha;

8)

lista ta’ żoni koperti minn skemi tal-konservazzjoni tan-natura; dan ir-rekwiżiti ma jikkonċernax il-proġetti li għalihom huwa meħtieġ permess ambjentali;

9)

il-mod li bih iridu jiġu kontrobilanċjati l-impatti ambjentali avversi tal-attivitajiet maħsubin;

10)

l-ambitu tal-informazzjoni ġeoloġika disponibbli għall-offerent;

11)

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, inkluż li jiġu żgurati t-tħaddim sikur, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent;

12)

il-kapaċitajiet tekniċi, rispettivament, għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ potenzjal xieraq ta’ riżorsi tekniċi, organizzazzjonali, loġistiċi u umani;

13)

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li se jitwettqu attivitajiet relatati, rispettivament, mal-prospettar u mal-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsubin, inkluż is-sehem ta’ fondi proprji u ta’ finanzjament estern;

14)

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni;

15)

l-ammont propost tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt għall-estrazzjoni, li ma jkunx inqas mill-ammont speċifikat fl-avviż li jniedi l-proċedura tal-offerti;

16)

jekk offerta tiġi ppreżentata b’mod konġunt minn diversi entitajiet, trid tispeċifika wkoll:

a)

l-ismijiet (l-ismijiet kummerċjali) u l-uffiċċji reġistrati tal-entitajiet kollha li jippreżentaw l-offerta;

b)

l-operatur;

c)

il-perċentwal tal-ishma fil-kostijiet tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, proposti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.

2.

L-offerti ppreżentati fi proċedura tal-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-avviż li jniedi dik il-proċedura tal-offerti.

3.

Id-dokumenti li ġejjin iridu jkunu mehmużin mal-offerti:

1)

evidenza tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi deskritti fl-offerta, b’mod partikolari siltiet mir-reġistri rilevanti;

2)

prova li sar depożitu;

3)

kopja tad-deċiżjoni li tikkonferma l-eżitu pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni;

4)

annessi grafiċi mħejjija f’konformità mar-rekwiżiti relatati mal-mapep tal-estrazzjoni, li jindikaw il-konfini amministrattivi tal-pajjiż;

5)

impenji bil-miktub li r-riżorsi tekniċi se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-entità li tieħu sehem fil-proċedura tal-offerti jekk jintużaw ir-riżorsi tekniċi ta’ entitajiet oħrajn meta tiġi implimentata l-konċessjoni kif previst fl-Artikolu 49k(2) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni;

6)

żewġ kopji tal-fajl tal-proġett tal-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

4.

Fuq inizjattiva tagħhom stess, l-offerenti jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali fl-offerti tagħhom jew jehmżu dokumenti addizzjonali magħhom.

5.

Id-dokumenti ppreżentati mill-offerenti għandhom ikunu l-oriġinali jew kopji ċċertifikati veri tal-oriġinali kif previst fil-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kopji ta’ dokumenti li jridu jinhemżu mal-offerti u li nħolqu mill-awtorità tal-konċessjoni.

6.

Id-dokumenti mfassla b’lingwa barranija għandhom jiġu ppreżentati flimkien ma’ traduzzjoni bil-Pollakk minn traduttur ġuramentat.

7.

L-offerti jridu jiġu sottomessi f’envelop issiġillat jew f’pakkett issiġillat li juri l-isem (l-isem kummerċjali) tal-offerent u li jindika s-suġġett tal-proċedura tal-offerti.

8.

L-offerti ppreżentati wara l-iskadenza tal-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti jiġu rritornati lill-offerenti mhux miftuħin.

13)   Informazzjoni dwar il-mod kif isir depożitu, l-ammont tad-depożitu u d-data tal-ħlas:

L-offerenti huma mitluba jiddepożitaw depożitu ta’ PLN 1 000 (fi kliem: elf zloty) qabel l-iskadenza tal-limitu taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA

1)   Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti

Kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jinħatar mill-awtorità tal-konċessjoni għall-fini tat-tmexxija tal-proċedura tal-offerti u tal-għażla tal-iktar offerta vantaġġuża. Il-kompożizzjoni u r-regoli tal-proċedura tal-kumitat huma speċifikati fir-Regolament tal-Kabinett tat-28 ta’ Lulju 2015 dwar il-proċeduri tal-offerti għal konċessjonijiet għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u l-estrazzjoni tal-idrokarburi, u għal konċessjonijiet għall-estrazzjoni tal-idrokarburi (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2015, il-punt 1171). Il-kumitat tal-evalwazzjoni tal-offerti jippreżenta rapport dwar il-proċedura tal-offerti lill-awtorità tal-konċessjoni għall-approvazzjoni. Flimkien mal-offerti u mad-dokumenti kollha relatati mal-proċedura tal-offerti, ir-rapport huwa miftuħ għal entitajiet oħrajn li jippreżentaw l-offerti.

2)   Kjarifiki addizzjonali

Fi żmien 14-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, entità interessata tista’ titlob lill-awtorità tal-konċessjoni tipprovdi kjarifiki dwar l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-offerta. Fi żmien 14-il jum mill-wasla tat-talba, l-awtorità tal-konċessjoni tippubblika l-kjarifiki fil-Biuletyn Informacji Publicznej (Bullettin Pubbliku tal-Informazzjoni), fuq il-paġna tal-uffiċċju amministrattiv subordinat għal dik l-awtorità.

3)   Informazzjoni addizzjonali

L-informazzjoni sħiħa dwar iż-żona koperta mill-proċedura tal-offerti ġiet ikkompilata mis-Servizz Ġeoloġiku Pollakk fil-Pakkett ta’ Data Ġeoloġika għall-proċedura tal-offerti għall-prospettar u għall-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona tal-offerti “Blok 413-414” (“Pakiet danych geologicznych do postępowania przetargowego na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż. Obszar przetargowy ‘Blok 413-414’ ”), li huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fuq l-indirizz li ġej: https://bip.mos.gov.pl/koncesje-geologiczne/przetargi-na-koncesje-na-poszukiwanie-rozpoznawanie-i-wydobywanie-weglowodorow/szosta-runda-przetargow-2022/

u mingħand:

Departament Geologii [Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija]

Ministerstwo Klimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Varsavja, il-POLONJA

Tel. +48 223692449; faks: +48 223691100


ANNESS

FTEHIM

li jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Blok 413-414”, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”

konkluż f’Varsavja fi … bejn:

it-Teżor, irrappreżentat mill-Ministru għall-Klima u l-Ambjent,…, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “it-Teżor” ,

kif ukoll

(isem l-impriża) li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi …, irreġistrat fi … fil-KRS (Reġistru Nazzjonali tal-Qorti) Nru …, kapital azzjonarju …, irrappreżentata minn …, minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni” ,

minn hawn ’il quddiem kull waħda msejħa individwalment bħala “Parti” jew b’mod konġunet bħala “il-Partijiet” ,

u li jiddikjara kif ġej:

Taqsima 1

1.

It-Teżor, bħala s-sid esklużiv tas-substrati tal-qoxra tad-Dinja li jkopru ż-żona fil-muniċipalitajiet rurali ta’ Łapanów, Lipnica Murowana, Trzciana, Żegocina, Iwkowa, Gnojnik, Jodłownik, Laskowa, Dobra, Tymbark, Limanowa, Pcim, Wiśniowa, Raciechowice, Siepraw, Łososina Dolna, Gródek nad Dunajcem u Gdów, u fil-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Nowy Wiśnicz, Czchów, Dobczyce u Myślenice fil-Provinċja ta’ Małopolskie, bil-konfini ddefiniti b’linji li jgħaqqdu l-punti (1) sa (15) bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Punt Nru

Koordinati

X

Y

1

224 429,40

619 471,74

2

219 734,09

619 456,21

3

219 733,92

619 454,87

4

210 523,09

619 421,78

5

210 260,58

608 022,58

6

209 660,93

572 015,80

7

224 085,46

571 823,28

8

224 239,14

593 113,46

9

223 753,00

592 883,00

10

222 376,00

593 612,00

11

222 475,00

595 313,00

12

223 236,00

595 405,00

13

223 368,00

594 800,00

14

224 247,38

594 254,96

15

224 314,01

603 486,16

bl-eċċezzjoni tal-poligonu ddefinit bil-punti 16 sa 29 li ġejjin:

Punt Nru

Koordinati

X

Y

16

221 091,02

600 645,13

17

220 797,73

601 652,77

18

220 844,14

603 391,19

19

220 125,97

603 450,34

20

219 833,40

602 978,16

21

220 557,32

602 379,11

22

219 798,82

601 679,44

23

219 475,76

602 687,75

24

220 292,07

604 055,74

25

220 865,93

604 200,42

26

221 457,15

604 634,48

27

222 010,11

603 619,97

28

221 956,85

601 621,88

29

221 510,53

600 634,09

b’dan jistabbilixxi d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni fiż-żona deskritta hawn fuq, limitata ’l fuq mill-konfini inferjuri ta’ proprjetajiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art f’fond ta’ 5 000 m, diment li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikseb konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Blok 413-414” fi żmien sena mid-data meta l-Ftehim jiġi konkluż.

2.

Jekk il-kundizzjoni tal-ksib tal-konċessjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix issodisfata, l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim għandhom jiskadu.

3.

Fiż-żona tal-massa tal-blat speċifikata fil-paragrafu 1, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’:

1)

fil-formazzjonijiet awtoktoni Mijoċeni, Mesożojċi (Kretaċji, Ġurassiċi u Triassiċi) u Paleożojċi (Karboniferi, Devonjani u Kambrijani), iwettaq attivitajiet relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali;

2)

fil-bqija taż-żona, iwettaq kwalunkwe operazzjoni u attività meħtieġa sabiex jinkiseb aċċess għall-formazzjonijiet awtoktoni Mijoċeni, Mesożojċi (Kretaċji, Ġurassiċi u Triassiċi) u Paleożojċi (Karboniferi, Devonjani u Kambrijani).

4.

L-erja tas-superfiċe tal-projezzjoni vertikali taż-żona deskritta hawn fuq hija ta’ 666.20 km2.

5.

Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jintitolaw lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni sabiex juża ż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 fuq bażi esklużiva għall-prospettar u għall-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, kif ukoll biex iwettaq l-operazzjonijiet u l-attivitajiet kollha meħtieġa għal dan il-fini f’dik iż-żona f’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, b’mod partikolari l-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2023, il-punt 633, kif emendat), u d-deċiżjonijiet maħruġa skontu.

Taqsima 2

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jiddikjara li ma jqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-istatus fattwali u legali tas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni.

Taqsima 3

1.

Il-Ftehim għandu jsir effettiv fid-data li fiha tinkiseb il-konċessjoni.

2.

Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għal perjodu ta’ 30 sena, inklużi 5 snin għall-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni u 25 sena għall-fażi tal-estrazzjoni, soġġetti għat-Taqsimiet 8(2) u 10.

3.

Id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiskadu jekk il-konċessjoni tiskadi, tiġi rtirata jew issir invalida, irrispettivament mir-raġuni.

Taqsima 4

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jimpenja ruħu li jinnotifika lit-Teżor bil-miktub dwar kwalunkwe bidla li tirriżulta f’bidla fl-isem, fl-uffiċċju reġistrat u fl-indirizz jew fil-forma organizzazzjonali, bidliet fin-numri tar-reġistrazzjoni u tal-identifikazzjoni, it-trasferiment tal-konċessjoni lil entità oħra bl-operat tal-liġi, il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni ta’ falliment, id-dikjarazzjoni ta’ falliment jew il-bidu ta’ proċedimenti ta’ ristrutturar. It-Teżor jista’ jitlob li f’każijiet bħal dawn jiġu pprovduti l-ispjegazzjonijiet neċessarji. In-notifika għandha ssir fi żmien 30 jum mid-data meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq.

Taqsima 5

Il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari tas-sidien tal-art, u d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni ma għandux ikun eżentat mill-ħtieġa li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, b’mod partikolari dawk relatati mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tal-minerali u mal-protezzjoni u mal-użu tar-riżorsi ambjentali.

Taqsima 6

It-Teżor jirriżerva d-dritt li jistabbilixxi fiż-żona msemmija fit-Taqsima 1(1) id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għall-fini tat-twettiq ta’ attivitajiet li ma jkunux dawk speċifikati fil-Ftehim, b’mod li ma jmurx kontra d-drittijiet tad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni.

Taqsima 7

1.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor it-tariffa li ġejja għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni ta’ użufrutt tal-estrazzjoni (magħduda bħala 12-il xahar konsekuttivi):

a)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta’ użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim sar effettiv, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt tal-estrazzjoni;

b)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta’ użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim sar effettiv, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt tal-estrazzjoni;

c)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta’ użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim sar effettiv, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt tal-estrazzjoni;

d)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta’ użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim sar effettiv, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt tal-estrazzjoni;

e)

PLN … (ammont) (fi kliem: … zloty) għal … (speċifika fi kliem in-numru ordinali) sena ta’ użufrutt, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Ftehim sar effettiv, fi żmien 30 jum mill-bidu ta’ dik is-sena tal-użufrutt tal-estrazzjoni;

—

soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

2.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa dovuta għal sena partikolari ta’ użufrutt tal-estrazzjoni taħbat bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Marzu, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa sal-1 ta’ Marzu. Madankollu, jekk it-tariffa tkun soġġetta għall-indiċjar f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallasha mhux qabel id-data li fiha jitħabbar l-indiċi msemmi fil-paragrafu 3, wara li jitqies dak l-indiċi.

3.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi indiċjata għall-medja annwali tal-indiċijiet tal-prezzijiet għall-konsumatur stabbilita għall-perjodu mill-konklużjoni tal-Ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Polonja (Monitor Polski). Jekk dan l-indiċi għal sena partikolari jkun ta’ żero jew inqas, ma għandu jkun hemm l-ebda indiċjar għal dik is-sena.

4.

Jekk id-data għall-ħlas tat-tariffa taħbat fl-istess sena kalendarja bħal dik li fiha ġie konkluż il-Ftehim, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata.

5.

Jekk il-Ftehim ikun ġie konkluż u jkun sar effettiv fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha taħbat id-data għall-ħlas tat-tariffa, it-tariffa ma għandhiex tiġi indiċizzata jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jħallasha sa tmiem is-sena kalendarja li fiha jiġi konkluż u jsir effettiv il-Ftehim.

6.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jitlef id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni stabbiliti skont il-Ftehim qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien speċifikat fit-Taqsima 3(2), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jkun meħtieġ iħallas it-tariffa għas-sena kollha tal-użufrutt li fiha jkunu ntilfu dawn id-drittijiet. Madankollu, jekk id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni jintilfu bħala riżultat tal-irtirar tal-konċessjoni jew għar-raġunijiet speċifikati fit-Taqsima 10(1), (3) jew (4), id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għall-perjodu kollu ta’ użufrutt tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mal-paragrafu 3 u mingħajr preġudizzju għall-penali kuntrattwali msemmija fit-Taqsima 10(2). It-tariffa għandha titħallas fi żmien 30 jum mid-data li fiha jkunu ntilfu d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni. It-telf tad-drittijiet ta’ użufrutt ma għandux jirrilaxxa lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni mill-obbligi ambjentali relatati mas-suġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni, b’mod partikolari l-obbligi relatati mal-protezzjoni tad-depożiti.

7.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas it-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt fil-kont bankarju tal-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent fil-fergħa ta’ Varsavja tal-Bank Nazzjonali tal-Polonja, Nru 07 1010 1010 0006 3522 3100 0000, inkluż il-komunikazzjoni li ġejja dwar l-ordni ta’ trasferiment: “Ustanowienie użytkowania górniczego w związku z udzieleniem koncesji na poszukiwanie i rozpoznawanie złóż ropy naftowej i gazu ziemnego oraz wydobywanie ropy naftowej i gazu ziemnego ze złóż w obszarze ‘Blok 413-414’” (“L-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni b’rabta mal-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Blok 413-414”).

Id-data tal-ħlas għandha tkun id-data li fiha jiġi kkreditat il-kont tat-Teżor.

8.

It-tariffa speċifikata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun soġġetta għal taxxa fuq l-oġġetti u fuq is-servizzi (VAT). Jekk il-leġiżlazzjoni tiġi emendata bir-riżultat li l-attivitajiet li jkunu s-suġġett tal-Ftehim ikunu soġġetti għat-tassazzjoni, jew jekk l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tinbidel bir-riżultat li dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għall-VAT, l-ammont tat-tariffa għandu jiżdied bl-ammont tat-taxxa dovuta.

9.

It-Teżor għandu jinnotifika lid-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni bil-miktub dwar il-bidliet fin-numru tal-kont imsemmi fil-paragrafu 7.

10.

It-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandha tkun pagabbli lit-Teżor irrispettivament mill-introjtu li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jaqla’ mill-użu ta’ dawk id-drittijiet.

11.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jibgħat lit-Teżor, fi żmien 7 ijiem mid-data tal-ħlas, kopji tal-prova tal-ħlas tat-tariffa msemmija fil-paragrafu 1 għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni.

Taqsima 8

1.

Wara li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikseb deċiżjoni ta’ investiment li tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali, il-Partijiet għandhom, fi żmien 30 jum mid-data ta’ dik id-deċiżjoni, jiffirmaw addendum tal-Ftehim li jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim matul il-fażi tal-estrazzjoni u l-ammont tat-tariffa għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni fiż-żona speċifikata fit-Taqsima 1(1) għal kull sena ta’ użufrutt tal-estrazzjoni matul il-fażi tal-estrazzjoni.

2.

Jekk, fi żmien 30 jum mid-data tad-deċiżjoni dwar l-investiment li tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass naturali, l-addendum imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie konkluż, id-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni għandhom jiskadu.

Taqsima 9

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’ jeżerċita d-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni stabbiliti fit-Taqsima 1(1) biss wara li jikseb kunsens bil-miktub mit-Teżor.

Taqsima 10

1.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikser l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim, it-Teżor jista’, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4, jittermina l-Ftehim b’effett immedjat, mingħajr ma d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe talba ta’ proprjetà. Madankollu, il-Ftehim ma jistax jiġi tterminat jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jikser l-obbligi skont il-Ftehim minħabba force majeure.

2.

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1 jew 4, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas lit-Teżor penali kuntrattwali ta’ 25 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt tal-estrazzjoni, kif speċifikat fit-Taqsima 3(1) u (2), indiċizzata f’konformità mat-Taqsima 7(3).

3.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-estrazzjoni jittardja l-ħlas tat-tariffa b’iktar minn 7 ijiem wara l-iskadenzi speċifikati fit-Taqsima 7(1) jew (2), it-Teżor għandu jitlob li d-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jħallas it-tariffa li tkun għadha ma tħallsitx fi żmien 7 ijiem mill-wasla tat-talba, u, fin-nuqqas ta’ dan, il-Ftehim jiġi tterminat b’effett immedjat.

4.

Jekk id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jonqos milli jinforma lit-Teżor dwar l-avvenimenti msemmijin fit-Taqsima 4 fi żmien 30 jum mill-okkorrenza tagħhom, it-Teżor jista’ jimponi fuq id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni penali kuntrattwali ta’ 5 % tat-tariffa għall-fażi kollha tal-prospettar u tal-esplorazzjoni tal-użufrutt tal-estrazzjoni għal kull każ ta’ nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni, jew jittermina l-Ftehim kollu jew parzjalment, soġġett għal avviż ta’ 30 jum effettiv fi tmiem ix-xahar kalendarju.

5.

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jkun marbut bil-Ftehim sad-data tal-iskadenza, tal-irtirar jew sal-invalidità tal-konċessjoni u ma jistax jittermina l-Ftehim.

6.

Il-Ftehim għandu jiġi tterminat bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx it-terminazzjoni ma tkunx valida.

7.

Il-Partijiet jaqblu li, jekk it-Teżor jittermina l-Ftehim, it-tariffa mħallsa għad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni msemmija fit-Taqsima 7(1) ma għandhiex tiġi rrimborżata.

8.

It-Teżor jirriżerva d-dritt li jitlob kumpens li jaqbeż l-ammont tal-penali kuntrattwali skont termini ġenerali jekk l-ammont tad-dannu mġarrab mit-Teżor jisboq il-penali kuntrattwali.

Taqsima 11

1.

Il-Partijiet ipprovdew id-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin għall-korrispondenza:

1)

It-Teżor:

Ministerstwo Kimatu i Środowiska [Il-Ministeru għall-Klima u għall-Ambjent], ul. ul. Wawelska 52/54, 00-922 Varsavja;

2)

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni:

(indirizz).

2.

Il-Partijiet huma obbligati li jinfurmaw lil xulxin bil-miktub mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fid-dettalji ta’ kuntatt indikati fil-paragrafu 1. Bidla bħal din ma għandhiex teħtieġ addendum tal-Ftehim. Il-korrispondenza mibgħuta fuq id-dettalji ta’ kuntatt ta’ xi Parti pprovduti l-aktar reċentement għandha titqies li tkun ġiet effettivament innotifikata lill-Parti l-oħra.

3.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tinnotifika l-korrispondenza lill-Parti l-oħra personalment, permezz ta’ kurrier jew permezz ta’ ittra reġistrata billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt ipprovduti l-aktar reċentement mill-Parti.

4.

Ittri rreġistrati mibgħuta lill-indirizz ta’ Parti pprovdut l-aktar reċentement u rritornati mill-uffiċċju postali jew mis-servizz ta’ kurrier minħabba li d-destinatarju ma jkunx ġabarhom fil-ħin se jiġu ttrattati bħala li ġew innotifikati lilu b’mod validu ladarba jkunu għaddew 14-il jum mill-ewwel tentattiv ta’ konsenja.

Taqsima 12

1.

Il-partijiet ma għandhomx ikunu responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-Ftehim li jirriżulta minn force majeure, jekk ikun jista’ jintwera bil-provi li d-dannu kkawżat minn force majeure influwenza n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi. “Force majeure” għandha tfisser avveniment estern li l-Partijiet ma setgħux ibassru jew jipprevjenu u li jagħmilha impossibbli li l-Ftehim jiġi implimentat fis-sħuħija tiegħu jew f’parti minnu, b’mod permanenti jew għal perjodu partikolari, li Parti ma setgħetx tilqa’ kontrih billi teżerċita d-diliġenza dovuta u li ma kienx ir-riżultat ta’ żbalji jew ta’ negliġenza min-naħa tal-Parti affettwata minnu.

2.

Fil-każ ta’ force majeure, il-Partijiet għandhom jagħmlu minnufih kull sforz sabiex jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed.

Taqsima 13

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni jista’ japplika għall-estensjoni tal-Ftehim, kollu kemm hu jew parti minnu, u jrid jagħmel dan bil-miktub, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni tkun invalida.

Taqsima 14

Jekk il-Ftehim jiġi tterminat, id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni ma għandux ikun intitolat li jagħmel xi talba kontra t-Teżor għal żieda fil-valur tas-soġġett tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni.

Taqsima 15

Kwalunkwe tilwima li tirriżulta mill-Ftehim għandha tiġi solvuta mill-qorti ordinarja li jkollha ġuriżdizzjoni ġeografika fuq is-sede tat-Teżor.

Taqsima 16

Dan il-Ftehim għandu jkun irregolat mil-liġi Pollakka, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u l-Estrazzjoni u tal-Kodiċi Ċivili.

Taqsima 17

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni għandu jħallas il-kostijiet tal-konklużjoni tal-Ftehim.

Taqsima 18

L-emendi tal-Ftehim għandhom isiru bil-miktub, u jekk dan ma jseħħx ma jkunux validi.

Taqsima 19

Il-Ftehim tfassal fi tliet kopji identiċi (kopja waħda għad-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni u żewġ kopji għat-Teżor).

Id-Detentur tad-Drittijiet ta’ Użufrutt tal-Estrazzjoni


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7511/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)