IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.12.2021
COM(2021) 802 final
ANNESSI
tal-Proposta għal
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulata)
{SEC(2021) 430 final} - {SWD(2021) 453 final} - {SWD(2021) 454 final}
🡻 2010/31/EU
ANNESS I
Qafas ġenerali komuni għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
(imsemmi fl-Artikolu 43)
🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(a) (adattat)
⇨ ġdid
1.
Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-użu kkalkulat jew attwali ⌦ mmetrat ⌫ tal-enerġija u jirrifletti l-użu tipiku ta’ enerġija għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-misħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għat-tidwil integrat u għal sistemi tekniċi oħra tal-bini. ⇨ L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tipiku tal-enerġija jkun rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet operattivi attwali għal kull tipoloġija rilevanti u jirrifletti l-imġiba tipika tal-utenti. Fejn possibbli, l-użu tipiku tal-enerġija u l-imġiba tipika tal-utenti għandhom ikunu bbażati fuq l-istatistika nazzjonali disponibbli, il-kodiċijiet tal-bini u d-data mmetrata.⇦
⇩ ġdid
Meta l-enerġija mmetrata tkun il-bażi għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-metodoloġija tal-kalkolu għandha tkun kapaċi tidentifika l-influwenza tal-imġiba tal-okkupanti u tal-klima lokali, li ma għandhiex tiġi riflessa fir-riżultat tal-kalkolu. L-enerġija mmetrata li għandha tintuża għall-finijiet tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandha teħtieġ qari ta’ mill-inqas kull siegħa u għandha tiddistingwi bejn il-vetturi tal-enerġija.
L-Istati Membri jistgħu jużaw il-konsum tal-enerġija mmetrata bil-miter f’kundizzjonijiet operattivi tipiċi biex jivverifikaw il-korrettezza tal-użu tal-enerġija kkalkulat u jippermettu t-tqabbil bejn ir-rendiment ikkalkulat u dak reali. Il-konsum tal-enerġija mmetrata għall-finijiet ta’ verifika u tqabbil jista’ jkun ibbażat fuq qari ta’ kull xahar.
🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(a) (adattat)
⇨ ġdid
Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini għandu jkun espress b’indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja ⇨ għal kull unità ta’ erja tal-art ta’ referenza kull sena, ⇦ f’kWh/(m2.y) għall-fini kemm taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif ukoll tal-konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija. Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini għandha tkun trasparenti u miftuħa għall-innovazzjoni.
L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali tagħhom ⇨ abbażi tal-Anness A ⇦ skont l-annessi nazzjonali tal-istandards ⌦ Ewropej ewlenin ⌫ ġenerali ⌦ dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija⌫, jiġifieri ⌦ EN ⌫ ISO 52000-1, ⌦ EN ISO ⌫ 52003-1, ⌦ EN ISO ⌫ 52010-1, ⌦ EN ISO ⌫ 52016-1, u ⌦ EN ISO ⌫ 52018-1, ⇨ EN 16798-1 u EN 17423 jew dokumenti li jiġu warajhom ⇦ żviluppati taħt il-mandat M/480 mogħti lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tikkostitwixxi kodifika legali ta’ dawk l-istandards.
⇩ ġdid
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fejn il-bini jiġi fornut minn sistemi tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali, il-benefiċċji ta’ tali provvista jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati fil-metodoloġija tal-kalkolu permezz ta’ fatturi tal-enerġija primarja ċċertifikati jew rikonoxxuti individwalment.
🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(b) (adattat)
⇨ ġdid
2.
Il-ħtiġijiet tal-enerġija ⇨ u tal-użu tal-enerġija ⇦ għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-misħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għat-tidwil integrat u għal sistemi tekniċi oħra tal-bini għandhom jiġu kkalkulati ⇨ bl-użu ta’ intervalli ta’ kalkolu tal-ħin fis-siegħa jew inqas minn siegħa sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet differenti li jaffettwaw b’mod sinifikanti t-tħaddim u r-rendiment tas-sistema u l-kundizzjonijiet ta’ ġewwa, u ⇦sa biex ikunu ottimizzati l-livelli tas-saħħa, tal-kwalità tal-arja interna u tal-kumdità definiti mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew dak reġjonali.
⇩ ġdid
Fejn regolamenti speċifiċi għall-prodott għal prodotti relatati mal-enerġija adottati skont ir-Regolament 2009/125/KE ikunu jinkludu rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni dwar il-prodott għall-finijiet tal-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont din id-Direttiva, il-metodi ta’ kalkolu nazzjonali ma għandhomx jeħtieġu informazzjoni addizzjonali.
🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(b) (adattat)
⇨ ġdid
Il-kalkolu tal-enerġija primarja għandu jkun ibbażat fuq fatturi tal-enerġija primarja, ⇨(li jiddistingwi bejn mhux rinnovabbli, rinnovabbli u totali) ⇦ jew fuq fatturi ta’ ponderazzjoni għal kull vettur tal-enerġija, li ⇨ għandhom jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali. Dawk il-fatturi tal-enerġija primarja ⇦ jistgħu jkunu bbażati fuq ⇨ informazzjoni nazzjonali, reġjonali jew lokali. Il-fatturi tal-enerġija primarja jistgħu jiġu stabbliti fuq bażi ⇦ annwali, u possibbilment anki staġonali , jew ta’ kull xahar, ⇨ ta’ kuljum jew fis-siegħa ⇦ medji ponderatijew fuq informazzjoni aktar speċifika li titqiegħed għad-dispożizzjoni għal ⌦ sistemi ⌫ sistema distrettwali individwali.
Il-fatturi tal-enerġija primarja jew il-fatturi ta’ ponderazzjoni għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri. ⇨ L-għażliet magħmula u s-sorsi tad-data għandhom jiġu rrapportati skont EN 17423 jew kwalunkwe dokument ta’ li jeħodlu postu. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu fattur medju tal-enerġija primarja tal-UE għall-elettriku stabbilit skont id-Direttiva (UE).../... [EED riformulata] minflok fattur tal-enerġija primarja li jirrifletti t-taħlita tal-elettriku fil-pajjiż.⇦
Fl-applikazzjoni ta’ dawk il-fatturi għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprova jintlaħaq ir-rendiment ottimali fl-użu tal-enerġija tal-involukru tal-bini.
Fil-kalkoli tal-fatturi tal-enerġija primarja għall-fini tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jqisu sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fornuti permezz tal-portatur tal-enerġija u sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li huma ġġenerati u użati fuq il-post, dment li japplika fuq bażi mhux diskriminatorja.
🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(c) (adattat)
⇨ ġdid
32a.
Bil-għan li jiġi espress r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu indikaturi numeriċi addizzjonali tal-użu ta’ enerġija primarja totali, mhux rinnovabbli u rinnovabbli, u emissjoni ⌦ emissjonijiet ⌫ ta’ gass serra ⇨ operattivi ⇦ prodotti fi kgCO2eq/(m2.y).
🡻 2010/31/EU (adattat)
43.
Il-metodoloġija għandha tiġi stabbilita filwaqt li mill-anqas jitqiesu l-aspetti li ġejjin:
(a)il-karatteristiċi termali attwali li ġejjin tal-bini inkluż it-taqsimiet interni tiegħu:
(i)kapaċità termali;
(ii)insulazzjoni;
(iii)tisħin passiv;
(iv)elementi tat-tkessiħ; u
(v)pontijiet termali;
(b)installazzjonijiet tat-tisħin u provvista tal-misħun, inkluż il-karatteristiċi ta’ insulazzjoni tagħhom;
(c)installazzjonijiet tal-arja kkondizzjonata;
(d)ventilazzjoni naturali u mekkanika, li tista’ tinkludi sikkar tal-arja;
(e)installazzjonijiet ta’ tidwil fissi (l-aktar fis-settur mhux residenzjali);
(f)id-disinn, pożizzjonament u orjentazzjoni tal-bini, inkluż il-klima ta’ barra;
(g)sistemi solari passivi u protezzjoni solari;
(h)kundizzjonijiet klimatiċi interni, inkluż il-klima interna ddisinjata;
(i)tagħbijiet interni.
🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(d)
54.
Għandha titqies l-influwenza pożittiva tal-aspetti li ġejjin:
🡻 2010/31/EU
(a)kindizzjonijiet ta’ esponiment solari lokali, sistemi solari attivi u sistemi oħra ta’ tisħin u elettriku bbażati fuq enerġija minn sorsi rinnovabbli;
(b)elettriku ġġenerat mill-koġenerazzjoni;
(c)sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali jew ta’ blokka;
(d)tidwil naturali.
65.
Għall-għan tal-kalkolu, l-bini għandu jiġi kklassifikat kif xieraq fil-kategoriji li ġejjin:
(a)djar ta’ diversi tipi għal familja waħda;
(b)blokki ta’ appartamenti;
(c)uffiċċji;
(d)bini tal-edukazzjoni;
(e)sptarijiet;
(f)lukandi u ristoranti;
(g)faċilitajiet sportivi;
(h)bini għal servizzi bl-ingrossa u bl-imnut;
(i)tipi oħra ta’ binjiet li jużaw l-enerġija.
⇩ ġdid
ANNESS II
Mudell għall-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini
(imsemmi fl-Artikolu 3)
|
L-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija
|
Indikaturi Obbligatorji
|
Indikaturi Fakultattivi / kummenti
|
|
(a) Ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini nazzjonali
|
L-għadd ta’ binjiet u l-erja totali tal-art (m2):
—għal kull tip ta’ binja (inkluż bini pubbliku u akkomodazzjoni soċjali)
—għal kull klassi tar-rendiment tal-enerġija
—NZEB
—l-agħar rendiment (inkluż definizzjoni)
|
L-għadd ta’ binjiet u l-erja totali tal-art (m2):
—għal kull età tal-bini
—għal kull daqs ta’ bini
—għal kull żona klimatika
—twaqqigħ (l-għadd u l-erja totali tal-art)
|
|
|
Għadd ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija:
—għal kull tip ta’ bini (inkluż bini pubbliku)
—għal kull klassi tar-rendiment tal-enerġija
|
Għadd ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija:
-għal kull perjodu ta’ kostruzzjoni
|
|
|
Rati annwali ta’ rinnovazzjoni: l-għadd u l-erja totali tal-art (m2)
—għal kull tip ta’ bini
—għal livelli ta’ bini bi kważi żero enerġija
—għal kull fond tar-rinnovazzjoni (rinnovazzjoni medja ponderata)
—rinnovazzjonijiet profondi
—bini pubbliku
|
|
|
|
Il-konsum tal-enerġija annwali primarja u finali (ktoe):
—għal kull tip ta’ bini
—għal kull użu finali
Iffrankar enerġetiku (Ktoe):
—għal kull tip ta’ bini
—bini pubbliku
Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini (MW iġġenerat):
—għal użi differenti
—fuq il-post
—mhux fuq il-post
|
Tnaqqis fl-kostijiet tal-enerġija (EUR) għal kull unità domestika (medja)
Id-domanda għall-enerġija primarja ta’ bini li tikkorrispondi għall-ogħla 15 % (livell limitu ta’ kontribuzzjoni sostanzjali) u l-ogħla 30 % (ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti) tal-istokk tal-bini nazzjonali, skont l-Att Delegat tal-UE dwar it-Tassonomija Klimatika
Sehem tas-sistema tat-tisħin fis-settur tal-bini għal kull tip ta’ bojler/sistema tat-tisħin
|
|
|
Emissjonijiet annwali ta’ gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):
—għal kull tip ta’ bini (inkluż bini pubbliku)
Tnaqqis annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):
—
għal kull tip ta’ bini (inkluż bini pubbliku)
|
|
|
|
Ostakli u fallimenti tas-suq (deskrizzjoni):
—Inċentivi maqsuma
—Il-kapaċità tas-settur tal-kostruzzjoni u tal-enerġija
Ħarsa ġenerali lejn il-kapaċitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli
|
Ostakli u fallimenti tas-suq (deskrizzjoni):
—Amministrattivi
—Finanzjarji
—Tekniċi
—Għarfien
—Oħrajn
Għadd ta’:
—Kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija
—kumpaniji tal-kostruzzjoni
—periti u inġiniera
—ħaddiema tas-sengħa
—punti uniċi ta’ servizz
—SMEs fis-settur tal-kostruzzjoni/rinnovazzjoni
Projezzjonijiet tal-forza tax-xogħol tal-kostruzzjoni:
-Periti/inġiniera/ħaddiema tas-sengħa rtirati
-Periti/inġiniera/ħaddiema tas-sengħa li deħlin fis-suq
-Iż-żgħażagħ fis-settur
-In-nisa fis-settur
Ħarsa ġenerali u tbassir tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materjali tal-kostruzzjoni u l-iżviluppi tas-suq nazzjonali
|
|
|
Il-faqar enerġetiku (definizzjoni):
—% ta’ nies milquta mill-faqar enerġetiku
—proporzjon tal-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi użat fuq l-enerġija
—popolazzjoni li tgħix f’kundizzjonijiet ta’ abitazzjoni inadegwati (eż. saqaf inixxi) jew b’kundizzjonijiet inadegwati ta’ kumdità termali
|
|
|
|
Fatturi ta’ enerġija primarja:
—għal kull vettur tal-enerġija
—fattur tal-enerġija primarja mhux rinnovabbli
—fattur tal-enerġija primarja rinnovabbli
—fattur totali tal-enerġija primarja
|
|
|
|
Definizzjoni ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija għal bini ġdid u eżistenti
|
ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali u amministrattiv
|
|
|
Rekwiżiti minimi kostottimali għal bini ġdid u eżistenti
|
|
|
Pjan direzzjonali għall-2030, għall-2040 u għall-2050
|
Miri għar-rati annwali ta’ rinnovazzjoni: l-għadd u l-erja totali tal-art (m2):
—għal kull tip ta’ bini
—l-agħar rendiment
|
Miri għas-sehem mistenni (%) ta’ bini rinnovat:
—għal kull tip ta’ bini
għal kull profondità ta’ rinnovazzjoni
|
|
|
Mira għall-konsum annwali mistenni tal-enerġija primarja u finali (ktoe):
—għal kull tip ta’ bini
—għal kull użu finali
L-iffrankar enerġetiku mistenni:
—għal kull tip ta’ bini
|
Sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini (MW iġġenerat)
|
|
|
Miri għall-emissjonijiet mistennija ta’ gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):
—għal kull tip ta’ bini
Miri għat-tnaqqis mistenni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (%):
—
għal kull tip ta’ bini
|
Maqsuma bejn l-emissjonijiet koperti mill-Kapitolu III [installazzjonijiet stazzjonarji], il-Kapitolu IVa [skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ġodda għall-bini u t-trasport bit-triq] tad-Direttiva 2003/87/KE, u stokk ieħor;
|
|
|
Benefiċċji usa’ mistennija
—
Il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda
—
% ta’ tnaqqis ta’ nies affettwati mill-faqar enerġetiku
|
—
Żieda fil-PDG (sehem u biljuni ta’ euro)
|
|
|
Kontribut għall-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istati Membri għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont [ir-Regolament rivedut dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi]
|
|
|
|
Kontribut għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE).../.... [EED riformulata] (sehem u ċifra f’ktoe, konsum primarju u finali):
—imqabbla mal-mira ġenerali tal-effiċjenza enerġetika
|
Kontribut għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni skont il-mira tad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata] (sehem u ċifra f’ktoe, konsum primarju u finali):
—skont il-mira tal-Artikolu 8 tal-EED (obbligu tal-iffrankar enerġetiku)
|
|
|
Kontribuzzjoni għall-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata] (sehem, MW iġġenerat):
—imqabbla mal-mira ġenerali għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli
—imqabbla mal-mira indikattiva għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini
|
|
|
|
Il-kontribut għall-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050 f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119 (sehem u ċifra fi (kgCO2eq/(m2.y)):
—imqabbla mal-mira ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni
|
|
|
(c) Ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri implimentati u ppjanati
|
Politiki u miżuri fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
(a) l-identifikazzjoni ta’ approċċi kosteffettivi għar-rinnovazzjoni ta’ tipi ta’ bini u żoni klimatiċi differenti, b’konsiderazzjoni tal-punti ta’ attivazzjoni rilevanti potenzjali fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini;
(b) standards minimi nazzjonali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 9 politiki u azzjonijiet oħra li jimmiraw lejn is-segmenti bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali;
(c) il-promozzjoni ta’ rinnovazzjoni profonda tal-bini, inkluża rinnovazzjoni profonda fi stadji;
(d) l-għoti tas-setgħa u l-protezzjoni lill-klijenti vulnerabbli u t-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, inklużi politiki u miżuri skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata], u l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni;
(e) il-ħolqien ta’ punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi simili għall-għoti ta’ pariri u assistenza tekniċi, amministrattivi u finanzjarji;
(f) id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ, inkluż permezz ta’ networks ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali, u l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ bil-ħsieb tal-eliminazzjoni gradwali kompleta sa mhux aktar tard mill-2040;
(g) il-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-bini f’konformità mal-mira indikattiva għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini stabbilita fl-Artikolu 15a(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata];
(h) it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu għall-kostruzzjoni, ir-rinnovazzjoni, it-tħaddim u t-tmiem tal-ħajja tal-bini, u l-użu tal-assorbimenti tal-karbonju;
(i) il-prevenzjoni u t-trattament ta’ kwalità għolja tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġerarkija tal-iskart, u l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari;
(j) approċċi distrettwali u tal-viċinat, inkluż ir-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini;
(k) it-titjib tal-bini li huwa proprjetà ta’ korpi pubbliċi, inklużi politiki u miżuri skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tal-[EED riformulata];
(l) il-promozzjoni ta’ teknoloġiji u infrastruttura intelliġenti għall-mobbiltà sostenibbli fil-bini;
(m) l-indirizzar tal-ostakli għas-suq u l-fallimenti tas-suq;
(n) l-indirizzar tad-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet fil-kapaċitajiet umani, u l-promozzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza settorjali u enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli; u
(o) kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u għodod konsultattivi oħra.
Għall-politiki u l-miżuri kollha:
—L-isem tal-politika jew tal-miżura
—Deskrizzjoni qasira (kamp ta’ applikazzjoni, objettiv u modalitajiet ta’ operazzjoni preċiżi)
—Objettiv kwantifikat
—Tip ta’ politika jew miżura (eż. leġiżlattiva; ekonomiċa; fiskali; ta’ taħriġ, ta’ għarfien)
—Baġit ippjanat u sorsi ta’ finanzjament
—Entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika
—Impatt mistenni
—Status ta’ implimentazzjoni
—Data tad-dħul fis-seħħ
—Perjodu ta’ implimentazzjoni
|
Politiki u miżuri fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
(a) iż-żieda fir-reżiljenza tal-bini għat-tibdil fil-klima;
(b) il-promozzjoni tas-suq tas-servizzi tal-enerġija;
(c) iż-żieda fis-sikurezza kontra n-nirien;
(d) iż-żieda fir-reżiljenza għar-riskji ta’ diżastri, inkluż ir-riskji relatati ma’ attività siżmika intensa;
(e) it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos; u
(f) l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità.
Għall-politiki u l-miżuri kollha:
- riżorsi u kapaċitajiet amministrattivi
- oqsma koperti:
—l-agħar rendiment
—standards minimi tar-rendiment tal-enerġija
—il-faqar enerġetiku, l-akkomodazzjoni soċjali
—bini pubbliku
—residenzjali (familja waħda, aktar minn familja waħda)
—mhux residenzjali
—l-industrija
—sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
—eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili fit-tisħin u fit-tkessiħ
—emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu
—l-ekonomija ċirkolari u l-iskart
—punti uniċi ta’ servizz
—passaporti tar- rinnovazzjoni
—teknoloġiji intelliġenti
—mobilità sostenibbli fil-bini
—approċċi distrettwali u tal-viċinat
—ħiliet, taħriġ
—kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u għodod konsultattivi
|
|
Deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment, is-sorsi baġitarji u r-riżorsi amministrattivi
|
—Ħtiġijiet ta’ investiment totali għall-2030, l-2040, l-2050 (f’miljuni ta’ EUR)
—Investimenti pubbliċi (f’miljuni ta’ EUR)
—Investimenti privati (f’miljuni ta’ EUR)
—Riżorsi baġitarji
—Baġit garantit
|
Baġit garantit
|
⇩ ġdid
ANNESS III
Rekwiżiti għal bini ġdid u rinnovat b’emissjonijiet żero u l-kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) tul iċ-ċiklu tal-ħajja
(imsemmi fl-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 7)
I. Rekwiżiti għal bini b’emissjonijiet żero
L-użu annwali totali tal-enerġija primarja ta’ bini ġdid b’emissjonijiet żero għandu jikkonforma mal-limiti massimi indikati fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
Iż-żona klimatika tal-UE
|
Binja residenzjali
|
Binja ta’ uffiċċji
|
Binja mhux residenzjali oħra*
|
|
Il-Mediterran
|
<60 kWh/(m2.y)
|
<70 kWh/(m2.y)
|
< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali
|
|
Oċeaniku
|
<60 kWh/(m2.y)
|
<85 kWh/(m2.y)
|
< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali
|
|
Kontinentali
|
<65 kWh/(m2.y)
|
<85 kWh/(m2.y)
|
< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali
|
|
Nordiku
|
<75 kWh/(m2.y)
|
<90 kWh/(m2.y)
|
< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali
|
*Nota: il-livell limitu jenħtieġ li jkun iżgħar mil-livell limitu għall-użu totali tal-enerġija primarja stabbilit fil-livell tal-Istat Membru għal bini mhux residenzjali b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero għajr l-uffiċċji
L-użu annwali totali tal-enerġija primarja ta’ bini ġdid jew rinnovat mingħajr emissjonijiet għandu jkun kopert bis-sħiħ, fuq bażi annwali netta, minn
–enerġija minn sorsi rinnovabbli ġġenerata fuq il-post u li tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata],
–enerġija rinnovabbli pprovduta minn komunità tal-enerġija rinnovabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata], jew
–enerġija rinnovabbli u sħana mormija minn sistema effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali f’konformità mal-Artikolu (24 (1) tad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata].
Bini b’emissjonijiet żero ma għandu jikkawża l-ebda emissjonijiet tal-karbonju fuq il-post mill-fjuwils fossili.
Huwa biss fejn, minħabba n-natura tal-bini jew in-nuqqas ta’ aċċess għal komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jew sistemi ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali eliġibbli, ma jkunx teknikament fattibbli li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti skont l-ewwel paragrafu, l-użu annwali totali tal-enerġija primarja jista’ jkun kopert ukoll minn enerġija mill-grilja li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-livell nazzjonali.
II. Kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid skont l-Artikolu 7(2)
Għall-kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid skont l-Artikolu 7(2), il-GWP jiġi kkomunikat bħala indikatur numeriku għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja espress bħala kgCO2e/m2 (ta’ erja utli tal-art) fuq medja ta’ sena ta’ perjodu ta’ studju ta’ referenza ta’ 50 snin. L-għażla tad-data, id-definizzjoni tax-xenarju u l-kalkoli għandhom jitwettqu skont EN 15978 (EN 15978: 2011. Sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Valutazzjoni tar-rendiment ambjentali tal-bini. Metodu tal-kalkolu). L-ambitu tal-elementi ta’ bini u tat-tagħmir tekniku huwa kif iddefinit fil-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE għall-indikatur 1.2. Fejn teżisti għodda nazzjonali għall-kalkolu, jew tkun meħtieġa biex isir żvelar jew biex jinkisbu permessi tal-bini, dik l-għodda tista’ tintuża biex tipprovdi l-iżvelar meħtieġ. Jistgħu jintużaw għodod oħra ta’ kalkolu jekk jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti mill-qafas komuni tal-UE tal-Livell(i). Id-data dwar prodotti speċifiċi għall-bini kkalkulata skont [ir-Regolament rivedut dwar il-Prodotti għall-Bini] għandha tintuża meta tkun disponibbli.
🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .2
ANNESS IVIA
QAFAS ĠENERALI KOMUNI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-ISTAT TA’ TĦEJJIJA TAL-BINI GĦAT-TEKNOLOĠIJI INTELLIĠENTI
1.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-definizzjoni tal-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġija intelliġenti u tistabbilixxi metodoloġija li biha għandha tiġi kkalkulata, sabiex tivvaluta l-kapaċità ta’ binja jew ta’ unità tal-bini li tadatta l-operat tagħha għall-ħtiġijiet tal-okkupant u l-grilja u biex itejbu l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tagħhom.
L-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġija intelliġenti għandu jkopri karatteristiċi biex jitjiebu l-iffrankar enerġetiku, it-tqabbil u l-flessibbiltà, titjib fil-funzjonalitajiet u l-kapaċitajiet li jirriżultaw minn apparat aktar interkonness u intelliġenti.
Il-metodoloġija għandha tqis karatteristiċi bħal miters intelliġenti, awtomatizzazzjoni tal-bini u sistemi ta’ kontroll, apparat awtoregolatorju għar-regolazzjoni tat-temperatura tal-arja ta’ ġewwa, apparati integrati tad-dar, punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, ħażna tal-enerġija u funzjonalitajiet dettaljati u l-interoperabbiltà ta’ dawk il-karatteristiċi, kif ukoll il-benefiċċji għall-kundizzjoni klimatika ta’ ġewwa, l-effiċjenza enerġetika, il-livelli ta’ rendiment u l-possibbiltà ta’ flessibbiltà.
2.
Il-metodoloġija għandha sserraħ fuq tliet funzjonalitajiet prinċipali relatati mal-bini u s-sistemi tekniċi tal-bini tiegħu:
(a)l-abbiltà li jżomm ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-operat tal-bini permezz tal-adattament tal-konsum tal-enerġija pereżempju permezz tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;
(b)l-abbiltà li jadatta l-mod tal-operat tiegħu bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-okkupant filwaqt li tingħata attenzjoni dovuta għad-disponibbiltà tal-faċilità tal-użu mill-utent, iż-żamma ta’ kondizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa tajbin għas-saħħa u l-abbiltà ta’ rappurtar dwar l-użu tal-enerġija; u
(c)il-flessibbiltà tad-domanda għall-elettriku ġenerali tal-bini, inkluża l-abbiltà tiegħu li jippermetti l-parteċipazzjoni b’mod ta’ domanda-risposta attiva u passiva kif ukoll impliċita u espliċita, fir-rigward tal-grilja, pereżempju permezz ta’ kapaċitajiet ta’ flessibbiltà u ta’ trasferiment tat-tagħbija.
3.
Il-metodoloġija tista’ tqis ukoll:
(a)l-interoperabbiltà bejn is-sistemi (miters intelliġenti, sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini, apparati integrati tad-dar, apparat awtoregolatorju għar-regolar tat-temperatura tal-arja ta’ ġewwa fil-bini u sensuri tal-kwalità tal-arja ta’ ġewwa u ventilazzjonijiet); u
(b)l-influwenza pożittiva ta’ networks eżistenti tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ infrastruttura fiżika ta’ veloċità għolja fil-bini, bħat-tikketta volontarja “broadband ready”, u l-eżistenza ta’ punt ta’ aċċess għal bini b’ħafna abitazzjonijiet, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
4.
Il-metodoloġija ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija nazzjonali eżistenti u għandha tibni fuq inizjattivi relatati fil-livell nazzjonali, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-pussess mill-okkupant, il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza kif ukoll l-aqwa tekniki disponibbli għaċ-ċibersigurtà.
5.
Il-metodoloġija għandha tistabbilixxi l-aktar format adattat tal-parametru indikatur tal-istat ta’ tħejjija għat-teknoloġija intelliġenti u għandha tkun sempliċi, trasparenti u li tinftiehem faċilment għall-konsumaturi, is-sidien, l-investituri, u l-parteċipanti tas-suq tar-rispons għad-domanda.
⇩ ġdid
ANNESS V
Mudell għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija
(imsemmi fl-Artikolu 16)
1. Fuq il-paġna ta’ quddiem tiegħu, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu juri mill-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
il-klassi tar-rendiment tal-enerġija;
(b)
l-użu annwali tal-enerġija primarja kkalkulat f’kWh/(m2 sena);
(c)
il-konsum annwali tal-enerġija primarja kkalkulat f’kWh jew MWh;
(d)
l-użu finali annwali tal-enerġija kkalkulat f’kWh/(m2 sena);
(e)
il-konsum finali annwali tal-enerġija kkalkulat f’kWh jew MWh;
(f)
il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’kWh jew MWh;
(g)
l-enerġija rinnovabbli f’% tal-użu tal-enerġija;
(h)
emissjonijiet operattivi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (kg ta’ Co2/(m2 sena));
(i)
il-klassi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (jekk applikabbli).
2. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jista’ jinkludi l-indikaturi li ġejjin:
(a)
l-użu tal-enerġija, it-tagħbija massima, id-daqs tal-ġeneratur jew tas-sistema, il-vettur ewlieni tal-enerġija u t-tip ewlieni ta’ element għal kull wieħed mill-użi: it-tisħin, it-tkessiħ, il-misħun domestiku, il-ventilazzjoni u t-tidwil intrinsiku;
(b)
l-enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post, il-vettur ewlieni tal-enerġija u t-tip ta’ sors ta’ enerġija rinnovabbli;
(c)
indikazzjoni ta’ iva/le jekk sarx kalkolu tal-Potenzjal ta’ Tisħin Globali għall-bini;
(d)
il-valur taċ-ċiklu tal-ħajja tal-Potenzjal ta’ Tisħin Globali (jekk disponibbli);
(e)
informazzjoni dwar l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin temporanju tal-karbonju fil-bini jew fuqu;
(e)
indikazzjoni ta’ iva/le jekk huwiex disponibbli passaport ta’ rinnovazzjoni għall-bini;
(f)
il-valur U medju għall-elementi opaki tal-involukru tal-bini;
(g)
il-valur U medju għall-elementi trasparenti tal-involukru tal-bini;
(h)
it-tip tal-aktar element trasparenti komuni (eż. tieqa bi ħġieġ doppju);
(i)
ir-riżultati tal-analiżi dwar ir-riskju ta’ tisħin żejjed (jekk disponibbli);
(j)
il-preżenza ta’ sensuri fissi li jimmonitorjaw il-livelli tal-kwalità tal-arja ta’ ġewwa;
(k)
il-preżenza ta’ kontrolli fissi li jirrispondu għal-livelli tal-kwalità tal-arja ta’ ġewwa;
(l)
l-għadd u t-tip ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi;
(m)
il-preżenza, it-tip u d-daqs tas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija;
(n)
il-fattibbiltà li s-sistema tat-tisħin tiġi adattata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti;
(o)
il-fattibbiltà tal-adattament tas-sistema tal-arja kundizzjonata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti;
p)
il-konsum tal-enerġija mmetrata;
q)
emissjonijiet operattivi ta’ materja partikolata fina (PM2.5).
Iċ-ċertifikat tar-rendiment tal-enerġija jista’ jinkludi r-rabtiet li ġejjin ma’ inizjattivi oħra jekk dawn japplikaw fl-Istat Membru rilevanti:
(a)
indikazzjoni ta’ iva/le jekk saritx valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza għall-bini;
(b)
il-valur tal-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza (jekk disponibbli);
(c)
indikazzjoni ta’ iva/le jekk ir-Reġistru Diġitali dwar il-Bini huwiex disponibbli għall-bini.
Il-persuni b’diżabilità għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
🡻 2010/31/EU (adattat)
ANNESS VIII
Sistemi ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u rapporti ta’ spezzjoni
⇩ ġdid
1.
Definizzjoni tal-kwalità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
L-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjoni ċara ta’ x’jitqies bħala ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Id-definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment tal-enerġija għandha tiżgura:
🡻 2010/31/EU (adattat)
🡺1 2018/844 Art. 1.14 u Anness .3(a)
⇨ ġdid
1.
🡺1 L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddelegawlhom ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja taċ-ċertifikati kollha tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġin kull sena u jissoġġettawhom għal verifika. Il-kampjun għandu jkun ta’ daqs suffiċjenti biex jiżgura riżultati ta’ konformità statistikament sinifikanti. 🡸
Il-verifika għandha tkun ibbażata fuq l-għażliet indikati hawn taħt jew fuq miżuri ekwivalenti:
(a)⌦ ⌫ verifika tal-validità tad-data mogħtija ⇨ (inkluż verifiki fuq il-post) ⇦ dwar il-bini, użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat;
⇩ ġdid
(b)il-validità tal-kalkoli;
(c)devjazzjoni massima għar-rendiment tal-enerġija ta’ bini, preferibbilment espressa mill-indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja (kWh/(m2 sena));
(d)numru minimu ta’ elementi li jvarjaw mill-valuri prestabbiliti jew standard.
🡻 2010/31/EU
(b)il-verifika tad-data mogħtija u l-verifika tar-riżultati taċ-ċertifikat, inklużi r-rakkomandazzjonijiet magħmula;
(c)verifika sħiħa tad-data mogħtija dwar il-bini użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat, verifika sħiħa tar-riżultati dikjarati fiċ-ċertifikat, inklużi r-rakkomandazzjonijiet magħmula, u żjara fuq is-sit tal-bini, jekk ikun possibbli, sabiex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fiċ-ċertfikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-bini ċċertifikat.
2.
L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti li lilhom l-awtoritajiet kompetenti ddelegaw ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla mhux regolari ta’ mill-inqas persentaġġ statistikament sinifikanti tar-rapporti ta’ ispezzjoni maħruġa kull sena u jassuġġettaw dawk ir-rapporti għal verifika.
⇩ ġdid
L-Istati Membri jistgħu jinkludu elementi addizzjonali fid-definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, bħal devjazzjoni massima għal valuri speċifiċi ta’ data tal-input.
2.
Il-kwalità tas-sistema ta’ kontroll għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija
L-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjoni ċara tal-għanijiet tal-kwalità u l-livell ta’ fiduċja statistika li l-qafas taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jentħtieġ li jilħaq. Is-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tiżgura mill-inqas 90 % taċ-ċertifikati validi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa b’fiduċja statistika ta’ 95 % għall-perjodu evalwat, li ma għandux jaqbeż sena.
Il-livell ta’ kwalità u l-livell ta’ fiduċja għandhom jitkejlu bl-użu ta’ kampjunar aleatorju u għandhom iqisu l-elementi kollha pprovduti fid-definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu verifika minn parti terza għall-evalwazzjoni ta’ mill-inqas 25 % tal-kampjun aleatorju meta s-sistemi ta’ kontroll indipendenti jkunu ġew iddelegati lil korpi mhux governattivi.
Il-validità tad-data tal-input għandha tiġi vverifikata b’informazzjoni pprovduta mill-espert indipendenti. Tali informazzjoni tista’ tinkludi ċertifikati tal-prodott, speċifikazzjonijiet jew pjanijiet tal-bini li jinkludu dettalji dwar ir-rendiment tal-elementi differenti inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
Il-validità tad-data tal-input għandha tiġi vverifikata permezz ta’ żjarat fuq il-post f’mill-inqas 10 % taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li huma parti mill-kampjunar aleatorju użat biex tiġi vvalutata l-kwalità ġenerali tal-iskema.
Minbarra l-kampjunar aleatorju minimu biex jiġi ddeterminat il-livell ġenerali tal-kwalità, l-Istati Membri jistgħu jużaw strateġiji differenti biex jidentifikaw u jimmiraw b’mod speċifiku l-kwalità fqira fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija bil-għan li jtejbu l-kwalità ġenerali tal-iskema. Tali analiżi mmirata ma tistax tintuża bħala l-bażi biex titkejjel il-kwalità ġenerali tal-iskema.
L-Istati Membri għandhom jużaw miżuri preventivi u reattivi biex jiżguraw il-kwalità tal-qafas ġenerali taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu taħriġ addizzjonali għal esperti indipendenti, kampjunar immirat, obbligu li jerġgħu jiġu ppreżentati ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, multi proporzjonali u projbizzjonijiet temporanji jew permanenti għall-esperti.
Fejn l-informazzjoni tiżdied f’bażi tad-data, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom il-possibbiltà jidentifikaw l-oriġinatur ta’ din iż-żieda, għall-finijiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika.
3.
Id-disponibbiltà ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija
Is-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tivverifika d-disponibbiltà taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal xerrejja u inkwilini prospettivi sabiex jiġi żgurat li jkun possibbli li jitqies ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fid-deċiżjoni tagħhom li jixtru jew jikru.
Is-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tivverifika l-viżibbiltà tal-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-klassi fil-midja tar-reklamar.
4.
Trattament ta’ tipoloġiji tal-bini
Is-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tqis tipoloġiji differenti ta’ bini, b’mod partikolari għal dawk it-tipoloġiji tal-bini li huma l-aktar prevalenti fis-suq tal-proprjetà immobbli, bħal residenzi uniċi, uffiċċji jew bejgħ bl-imnut.
5.
Divulgazzjoni pubblika
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw regolarment, fil-bażi tad-data nazzjonali dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar is-sistema tal-kwalità:
(a)
id-definizzjoni tal-kwalità fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;
(b)
l-għanijiet tal-kwalità għall-iskema taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;
(c)
ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità, inkluż l-għadd ta’ ċertifikati evalwati u d-daqs relattiv għall-għadd totali ta’ ċertifikati maħruġa fil-perjodu partikolari (għal kull tipoloġija);
(d)
miżuri ta’ kontinġenza biex tittejjeb il-kwalità ġenerali taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .3(b)
3.
Fejn l-informazzjoni tiżdied f’bażi ta’ data, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom il-possibbiltà jidentifikaw l-oriġinatur ta’ din iż-żieda, għall-finijiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika.
🡻 2010/31/EU (adattat)
⇨ ġdid
ANNESS VIIIII
Qafas ta’ metodoloġija komparattiva biex jiġu identifikati l-livelli kostottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u l-elementi tal-bini
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini u l-elementi ⇨ u tal-emissjonijiet ⇦ tal-bini u l-aspetti ekonomiċi tal-miżuri relatati mar-rendiment fl-użu tal-enerġija ⇨ u tal-emissjonijiet ⇦ , u jgħaqqduhom bil-ħsieb li jidentifikaw il-livell kostottimali.
Mal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandhom jinhemżu linji gwida li jiddeskrivu fil-qosor kif jiġi applikat dan ⌦ dak ⌫ il-qafas fil-kalkolu tal-livelli ta’ rendiment kostottimali.
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jippermetti li jitqiesu l-mudelli tal-użu, il-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ barra ⇨ u t-tibdil futuri tagħhom skont l-aqwa xjenza tal-klima disponibbli ⇦, il-kostijiet tal-investiment, il-kategorija tal-bini, il-kostijiet għall-manutenzjoni u l-funzjonament (inkluż il-kostijiet u l-iffrankar enerġetiċi), id-dħul mill-enerġija prodotta, fejn applikabbli, ⇨ l-esternalitajiet ambjentali u tas-saħħa tal-użu tal-enerġija, ⇦ u l-kostijiet tar-rimi ⇨ tal-ġestjoni tal-iskart⇦, fejn applikabbli. Dan għandu jkun ibbażat fuq standards Ewropej rilevanti relatati ma’ din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi:
–linji gwida mehmużin mal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva; dawn ⌦ dawk⌫ il-linji gwida se jservu biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-passi elenkati hawn taħt;,
–informazzjoni dwar l-iżviluppi fit-tul stmati fil-prezzijiet tal-enerġija.
Għall-applikazzjoni tal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva mill-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ġenerali, espressi permezz ta’ parametri, fil-livell tal-Istati Membri.
Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jeħtieġ li l-Istati Membri:
–jiddefinixxu bini ta’ referenza li huma kkaratterizzati minn u rappreżentattivi għall-funzjonalità u l-post ġeografiku tagħhom, inklużi l-kondizzjonijiet klimatiċi interni u esterni. Il-bini ta’ referenza għandu jkopri bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm dawk ġodda kif ukoll dawk eżistenti;,
–jiddefinixxu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika li jridu jiġu vvalutati għall-bini ta’ referenza. Dawn ⌦ Dawk⌫ jistgħu jkunu miżuri għal bini individwali fl-intier tagħhom, għall-elementi individwali tal-bini jew għal kombinazzjoni ta’ elementi tal-bini;,
–jivvalutaw il-ħtieġa finali u primarja tal-enerġija ⇨ u l-emissjonijiet li jirriżultaw ⇦ tal-bini ta’ referenza u l-bini ta’ referenza bil-miżuri definiti tal-effiċjenza enerġetika applikati;,
–jikkalkolaw il-kostijiet (jiġifieri l-valuri net attwali) tal-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika (kif imsemmi fit-tieni inċiż) matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika applikati għall-bini ta’ referenza (kif imsemmi fl-ewwel inċiż) bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-qafas metodoloġiku komparattiv.
Permezz tal-kalkolu tal-kostijiet tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika, tiġi kkalkolata l-kosteffettività ta’ livelli differenti ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija mill-Istati Membri. Dan ⌦ Dak ⌫ se jippermetti d-determinazzjoni tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
🡻 2010/31/EU (adattat)
ANNESS VIIIIV
PARTI A
|
Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha
|
|
(kif imsemmi fl-Artikolu 29)
|
|
Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65)
|
|
|
Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1)
|
il-punt 9.9 tal-Anness biss
|
PARTI B
|
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
|
|
(kif imsemmi fl-Artikolu 29)
|
|
Direttiva
|
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni
|
Data ta' applikazzjoni
|
|
2002/91/EU
|
fl-4 ta’ Jannar 2006
|
4 ta’ Jannar 2009 fir-rigward tal-Artikoli 7, 8 u 9 biss
|
Parti A
Direttiva mħassra flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi [tiegħu/tagħha] (kif imsemmi fl-Artikolu 33)
|
Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13)
|
|
|
Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75)
|
Artikolu 1 biss
|
|
Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1)
|
Artikolu 53 biss
|
Parti B
Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta applikazzjoni
(kif imsemmi fl-Artikolu 33)
|
Direttiva
|
Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni
|
Data ta’ applikazzjoni
|
|
2010/31/EU
|
id-9 ta’ Lulju 2012
|
sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 2, 3, 9, 11, 12, 13, 17, 18, 20 u 27, id-9 ta’ Jannar 2013;
sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 14, 15 u 16, id-9 ta’ Jannar 2013 fir-rigward ta’ bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi u d-9 ta’ Lulju 2013 fir-rigward ta’ bini ieħor
|
|
(UE) 2018/844
|
L-10 ta’ Marzu 2020
|
|
🡻 2010/31/EU (adattat)
ANNESS IXV
|
Tabella ta' korrelazzjoni
|
|
Id-Direttiva 2002/91/KE ⌦ 2010/31/UE ⌫
|
Din id-Direttiva
|
|
Artikolu 1
|
Artikolu 1
|
|
Artikolu 2, punt (1)
|
Artikolu 2, punt (1)
|
|
—
|
Artikolu 2, punt (2)
|
|
Artikolu 2, punt (2)
|
Artikolu 2, punt (3)
|
|
—
|
Artikolu 2, punti (4) u (5)
|
|
Artikolu 2, punti (3), (3a), (4) u (5)
|
Artikolu 2, punti (6), (7), (8) u (9)
|
|
—
|
Artikolu 2, punti (10), (11) u (12)
|
|
Artikolu 2, punti (6), (7), (8) u (9)
|
Artikolu 2, punti (13), (14), (15) u (16)
|
|
—
|
Artikolu 2, punti (17), (18), (19) u (20)
|
|
Artikolu 2, punt (10)
|
Artikolu 2, punt (21)
|
|
—
|
Artikolu 2, punti (22), (23), (24), (25), (26) u (27)
|
|
Artikolu 2, punti (11), (12), (13) u (14)
|
Artikolu 2, punti (28), (29), (30) u (31)
|
|
—
|
Artikolu 2, punti (32), (33), (34), (35), (36) u (37)
|
|
Artikolu 2, punt (15)
|
Artikolu 2, punt (37)
|
|
Artikolu 2, punti (15), (15a), (15b), (15c), (16) u (17)
|
Artikolu 2, punti (38), (39), (40), (41), (42) u (43)
|
|
Artikolu 2, punt (18)
|
—
|
|
Artikolu 2, punt (19)
|
Artikolu 2, punt (44)
|
|
—
|
Artikolu 2, punti (45), (46), (47), (48), (49), (50), (51), (52), (53), (54), (55), (56) u (57)
|
|
Artikolu 2, punt (20)
|
—
|
|
Artikolu 2a
|
Artikolu 3
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 4
|
|
Artikolu 4
|
Artikolu 5
|
|
Artikolu 5
|
Artikolu 6
|
|
Artikoli 6 u 9
|
Artikolu 7
|
|
Artikolu 7
|
Artikolu 8
|
|
—
|
Artikolu 9
|
|
—
|
Artikolu 10
|
|
Artikolu 8(1), (9)
|
Artikolu 11
|
|
Artikolu 8(2) sa (8)
|
Artikolu 12
|
|
Artikolu 8(10), (11)
|
Artikolu 13
|
|
—
|
Artikolu 14
|
|
Artikolu 10
|
Artikolu 15
|
|
Artikolu 11
|
Artikolu 16
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 17
|
|
Artikolu 13
|
Artikolu 18
|
|
—
|
Artikolu 19
|
|
Artikoli 14 u 15
|
Artikolu 20
|
|
Artikolu 16
|
Artikolu 21
|
|
Artikolu 17
|
Artikolu 22
|
|
—
|
Artikolu 23
|
|
Artikolu 18
|
Artikolu 24
|
|
Artikolu 19
|
Artikolu 25
|
|
Artikolu 19 a
|
—
|
|
Artikolu 20
|
Artikolu 26
|
|
Artikolu 21
|
Artikolu 27
|
|
Artikolu 22
|
Artikolu 28
|
|
Artikolu 23
|
Artikolu 29
|
|
Artikolu 26
|
Artikolu 30
|
|
Artikolu 27
|
Artikolu 31
|
|
Artikolu 28
|
Artikolu 32
|
|
Artikolu 29
|
Artikolu 33
|
|
Artikolu 30
|
Artikolu 34
|
|
Artikolu 31
|
Artikolu 35
|
|
Anness I
|
Anness I
|
|
—
|
Anness II
|
|
—
|
Anness III
|
|
Anness IA
|
Anness IV
|
|
—
|
Anness V
|
|
Anness II
|
Anness VI
|
|
Anness III
|
Anness VII
|
|
Anness IV
|
Anness VIII
|
|
Anness V
|
Anness IX
|
|
Artikolu 1
|
Artikolu 1
|
|
Artikolu 2, punt (1)
|
Artikolu 2, punt (1)
|
|
—
|
Artikolu 2, punti (2) u (3)
|
|
Artikolu 2, punt (2)
|
Artikolu 2, punt (4) u l-Anness I
|
|
—
|
Artikolu 2, punti (5), (6), (7), (8), (9), (10) u (11)
|
|
Artikolu 2, punt (3)
|
Artikolu 2, punt (12)
|
|
Artikolu 2, punt (4)
|
Artikolu 2, punt (13)
|
|
—
|
Artikolu 2, punt (14)
|
|
Artikolu 2, punt (5)
|
Artikolu 2, punt (15)
|
|
Artikolu 2, punt (6)
|
Artikolu 2, punt (16)
|
|
Artikolu 2, punt (7)
|
Artikolu 2, punt (17)
|
|
Artikolu 2, punt (8)
|
Artikolu 2, punt (18)
|
|
—
|
Artikolu 2, punt (19)
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 3 u Anness I
|
|
Artikolu 4(1)
|
Artikolu 4(1)
|
|
Artikolu 4(2)
|
—
|
|
Artikolu 4(3)
|
Artikolu 4(2)
|
|
—
|
Artikolu 5
|
|
Artikolu 5
|
Artikolu 6(1)
|
|
—
|
Artikolu 6(2) u (3)
|
|
Artikolu 6
|
Artikolu 7
|
|
—
|
Artikoli 8, 9 u 10
|
|
Artikolu 7(1) l-ewwel subparagrafu
|
Artikolu 11(8) u l-Artikolu 12(2)
|
|
Artikolu 7(1) it-tieni subparagrafu
|
Artikolu 11(6)
|
|
Artikolu 7(1) it-tielet subparagrafu
|
Artikolu 12(6)
|
|
Artikolu 7(2)
|
Artikolu 11(1) u (2)
|
|
—
|
Artikolu 11(3), (4), (5), (7) u (9)
|
|
—
|
Artikolu 12(1), (3), (4), (5) u (7)
|
|
Artikolu 7(3)
|
Artikolu 13(1) u (3)
|
|
—
|
Artikolu 13(2)
|
|
Artikolu 8, punt (a)
|
Artikolu 14(1) u (3)
|
|
—
|
Artikolu 14(2)
|
|
Artikolu 8, punt (b)
|
Artikolu 14(4)
|
|
—
|
Artikolu 14(5)
|
|
Artikolu 9
|
Artikolu 15(1)
|
|
—
|
Artikolu 15(2), (3), (4) u (5)
|
|
—
|
Artikolu 16
|
|
Artikolu 10
|
Artikolu 17
|
|
—
|
Artikolu 18
|
|
l-Artikolu 11, kliem introduttiv
|
Artikolu 19
|
|
Artikolu 11, punti (a) u (b)
|
—
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 20(1) u l-Artikolu 20(2) it-tieni subparagrafu
|
|
—
|
Artikolu 20(2) l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 20(3) u (4)
|
|
—
|
Artikolu 21
|
|
Artikolu 13
|
Artikolu 22
|
|
—
|
Artikoli 23, 24 u 25
|
|
Artikolu 14(1)
|
Artikolu 26(1)
|
|
Artikolu 14(2) u (3)
|
—
|
|
—
|
Artikolu 26(2)
|
|
—
|
Artikolu 27
|
|
Artikolu 15(1)
|
Artikolu 28
|
|
Artikolu 15(2)
|
—
|
|
—
|
Artikolu 29
|
|
Artikolu 16
|
Artikolu 30
|
|
Artikolu 17
|
Artikolu 31
|
|
Anness
|
Anness I
|
|
—
|
Annessi II sa V
|