|
31.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 138/2010
tal-10 ta’ Diċembru 2010
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT taż-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2009 (3) tad-29 ta’ Mejju 2009, b’adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010 tat-23 ta’ April 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2003 (6), (KE) Nru 1486/2003 (7), (KE) Nru 1138/2004 (8) u (KE) Nru 820/2008 (9), li huma inkorporati fil-Ftehim, iżda li għandhom jibqgħu japplikaw sakemm, u għalhekk imħassra biss taħt il-Ftehim b’effett mill-jum tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jdaħħlu fil-Ftehim il-miżuri (10) neċessarji għall-applikabilità tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 66hd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal fil-punti 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008), 66j (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2003) u 66 m (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2004): “Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: Dan ir-Regolament għandu japplika sad-data li jidħlu fis-seħħ l-aħħar tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinkorporaw fil-Ftehim il-miżuri neċessarji għall-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 300/2008”. |
|
3. |
It-test tal-punt 66k (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1486/2003) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
4. |
It-test tal-punti 66i (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008), 66j (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2003), 66k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2003) u 66 m (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2004) għandhom jitħassru b’effett mid-data li fiha l-aħħar Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinkorporaw fil-Ftehim il-miżuri neċessarji għall-applikabilità tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jidħlu fis-seħħ. |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 185/2010 u (UE) Nru 358/2010 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(3) ĠU L 232, 3.9.2009, p. 25.
(5) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 12.
(6) ĠU L 169, 8.7.2003, p. 44.
(7) ĠU L 213, 23.8.2003, p. 3.
(8) ĠU L 221, 22.6.2004, p. 6.
(9) ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010 tad-9 ta’ April 2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010 tat-23 ta’ April 2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010 tat-23 ta’ April 2010, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)774 finali tat-13 ta’ April 2010 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)2604 finali tat-23 ta’ April 2010.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.