|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2624 |
19.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2624
tal-15 ta’ Diċembru 2025
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2023/746 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha u fir-rigward tal-Anness tagħha
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li ġiet iffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944 (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”), u li tirregola t-trasport internazzjonali bl-ajru, daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ April 1947. Hija stabbiliet l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”, International Civil Aviation Organization). |
|
(2) |
L-Istati Membri huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago u Stati Kontraenti tal-ICAO, filwaqt li l-Unjoni għandha status ta’ osservatur f’ċerti korpi tal-ICAO. Bħalissa sitt Stati Membri huma rrappreżentati fil-Kunsill tal-ICAO (il-“Kunsill tal-ICAO”). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, l-ICAO għandha tadotta u temenda l-istandards u l-prattiki u l-proċeduri rakkomandati internazzjonali li jittrattaw, pereżempju, is-sistemi ta’ komunikazzjoni u l-għajnuniet għan-navigazzjoni bl-ajru, ir-regoli tal-prattiki tal-kontroll tal-ajru u tat-traffiku tal-ajru u kwistjonijiet oħra bħal dawn li jikkonċernaw is-sikurezza, ir-regolarità u l-effiċjenza tan-navigazzjoni bl-ajru kif jista’ jkun xieraq minn żmien għal żmien. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, kwalunkwe Stat Kontraenti tal-ICAO li jara li ma jkunx prattikabbli li jikkonforma fl-aspetti kollha ma’ kwalunkwe standard internazzjonali jew li jġib ir-regolamenti jew il-prattiki tiegħu stess f’konformità sħiħa ma’ kwalunkwe standard internazzjonali wara l-emendar ta’ dan tal-aħħar, jew li jqis li jkun meħtieġ li jadotta regolamenti jew prattiki li jvarjaw fi kwalunkwe aspett partikolari minn dawk stabbiliti minn standard internazzjonali, għandu jagħti notifika immedjata lill-ICAO dwar id-differenzi bejn ir-regolamenti u l-prattiki tiegħu stess u dawk stabbiliti mill-istandard internazzjonali. Fil-każ ta’ emendi għall-istandards internazzjonali, kwalunkwe Stat li ma jagħmilx l-emendi xierqa għar-regolamenti jew il-prattiki tiegħu stess, fi żmien sittin jum mill-adozzjoni tal-emenda għall-istandard internazzjonali, għandu jagħti notifika lill-Kunsill tal-ICAO jew jindika l-azzjoni li jipproponi li jieħu. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 54(l) tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, il-Kunsill tal-ICAO għandu jadotta Standards u Prattiki Rakkomandati (“SARPs”, Standards and Recommended Practices) internazzjonali, u jiddeżinjahom bħala Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (l-“Annessi tal-ICAO”). |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, kwalunkwe Anness tal-ICAO jew kwalunkwe emenda f’Anness tal-ICAO ssir effettiva fi żmien tliet xhur minn meta tiġi ppreżentata lill-Istati Kontraenti tal-ICAO, jew fit-tmiem ta’ kull perjodu itwal ta’ żmien tali li l-Kunsill tal-ICAO jippreskrivi, sakemm sadanittant ma jkunx hemm maġġoranza ta’ Stati Kontraenti tal-ICAO li jirreġistraw id-diżapprovazzjoni tagħhom. Huwa biss ladarba jkunu ġew adottati mill-Kunsill tal-ICAO u jkunu saru effettivi li l-istandards internazzjonali jorbtu lill-Istati Kontraenti tal-ICAO kollha, inkluż l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Chicago u fil-limiti stabbiliti fiha, b’mod partikolari fl-Artikoli 37 u 38 tagħha. |
|
(7) |
Ir-regoli interni tal-ICAO, b’mod partikolari dawk li jikkawżaw l-aħħar verżjonijiet tad-dokumenti għal deċiżjonijiet dwar SARPs ġodda jew emendi lis-SARPs biex ikunu disponibbli għall-Kunsill tal-ICAO tard biss, l-iskadenzi stabbiliti mill-ICAO biex l-Istati Kontraenti tal-ICAO jinnotifikaw id-differenzi fir-rigward tal-istandards internazzjonali, kif ukoll in-numru kbir ta’ differenzi fl-oqsma tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li għandhom jiġu notifikati kull sena, jagħmluha diffiċli li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni f’Deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-waqt biex is-SARPs il-ġodda jew emendi għas-SARPs jiġu adottati, jew biex kull differenza tiġi notifikata. |
|
(8) |
Għaldaqstant jixraq li jiġu stabbiliti l-kriterji u l-proċedura li għandhom jiġu segwiti biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni dwar l-adozzjoni ta’ SARPs jew emendi għas-SARPs, sa fejn dawk is-SARPs ikunu kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, kif ukoll fir-rigward ta’ deċiżjonijiet biex jiġu diżapprovati jew biex ma jiġux diżapprovati SARPs skont l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u fir-rigward tan-notifika ta’ differenzi b’rabta mal-istandards internazzjonali skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. |
|
(9) |
Minħabba l-ispeċifiċità tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, in-navigazzjoni bl-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru meta mqabbla ma’ oqsma oħrajn indirizzati mill-ICAO, b’mod partikolari l-għadd kbir ta’ SARPs adottati f’dawk l-oqsma mill-Kunsill tal-ICAO kull sena u l-għadd ta’ differenzi li jkollhom jiġu nnotifikati kull sena, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni jkollha x’taqsam biss mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, man-navigazzjoni bl-ajru u mal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru sabiex jiġu ssimplifikati l-proċessi biex tiġi stabbilita malajr il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni għall-adozzjoni ta’ SARPs ġodda u emendi għas-SARPs, id-deċiżjonijiet li jiġu diżapprovati, jew ma jiġux diżapprovati, SARPs jew emendi lis-SARPs adottati mill-Kunsill tal-ICAO u li jiġi indirizzat l-għadd kbir ta’ notifiki b’mod effiċjenti. |
|
(10) |
Is-SARPs adottati mill-Kunsill tal-ICAO fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jistgħu jikkonċernaw kwistjonijiet ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni u jistgħu jkunu kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant huwa effiċjenti u xieraq, permezz ta’ deċiżjoni, li jiġu stabbiliti l-kriterji u l-proċedura li għandhom jiġu segwiti biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fir-rigward tas-SARPs f’dawk l-oqsma, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri bħala Stati Kontraenti tal-ICAO skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Fil-livell tal-ICAO, is-SARPs għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, in-navigazzjoni bl-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jinsabu prinċipalment fl-Annessi 1, 2, 3, 4, 6, 8, 10, 11, 14, 15, 18 u 19. |
|
(11) |
Fil-livell tal-Unjoni, ir-rekwiżiti li jinsabu fis-SARPs għas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili huma primarjament riflessi u msemmija fir-Regolamenti (UE) 2018/1139 (1) u (KE) Nru 2111/2005 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fl-atti ta’ implimentazzjoni u delegati adottati fuq il-bażi tagħhom, b’mod partikolari r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (3), (UE) Nru 748/2012 (4), (UE) Nru 965/2012 (5), (UE) Nru 139/2014 (6), (UE) Nru 452/2014 (7), (UE) Nru 1321/2014 (8) u (UE) 2015/640 (9), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 (10), ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 (11), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/664 (12). |
|
(12) |
Fil-livell tal-Unjoni, ir-rekwiżiti li jinsabu fis-SARPs għan-navigazzjoni bl-ajru u għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru huma prinċipalment riflessi u msemmija fir-Regolamenti (KE) Nru 549/2004 (13), (KE) Nru 550/2004 (14) u (UE) 2024/2803 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fl-atti ta’ implimentazzjoni u delegati adottati abbażi tagħhom, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 (16), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 (17), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 (18) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 (19). |
|
(13) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tikkonċerna biss il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f’isem l-Unjoni fi ħdan l-ICAO f’oqsma li fihom l-Unjoni għandha kompetenza esklużiva. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kunsill jadotta, fuq proposta tal-Kummissjoni, deċiżjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 218(9) TFUE li jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan l-ICAO b’mod partikolari f’oqsma li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, inkluż fejn il-kompetenza kondiviża tal-Unjoni tkun għadha ma ġietx eżerċitata. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/746 (20) jiġi estiż għal ċiklu triennali ieħor tal-ICAO, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2028. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Kunsill evalwazzjoni bil-miktub tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni biex isservi bħala l-bażi għal kwalunkwe estensjoni jew emenda potenzjali ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(15) |
Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ma tinvolvix ksur tal-obbligi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni jew tal-obbligi internazzjonali tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago. |
|
(16) |
Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’konformità mal-istatus ta’ osservatur tal-Unjoni, jaġixxu f’kooperazzjoni mill-qrib f’konformità mad-dmir ta’ kooperazzjoni leali tagħhom. |
|
(17) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2023/746 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (UE) 2023/746 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2028.” |
|
(2) |
l-Anness huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AAGAARD
(1) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-trasportatur tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2111/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1178/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali jew id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-inġenji tal-ajru u tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ relatati u komponenti ta’ unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ, kif ukoll għar-rekwiżiti tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/748/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/965/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/139/oj).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/452/oj).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1321/oj).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/640/oj).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għat-tħaddim tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/947/oj).
(11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/945/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/664 tat-22 ta’ April 2021 dwar qafas regolatorju għall-U-space (ĠU L 139, 23.4.2021, p. 161, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/664/oj).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/549/oj).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/550/oj).
(15) Ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L, 2024/2803, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2803/oj).
(16) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1332/oj).
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/923/oj).
(18) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/340/oj).
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistipula rekwiżiti dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi dwar navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (ĠU L 189, 26.7.2018, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1048/oj).
(20) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/746 tat-28 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali fir-rigward tal-adozzjoni ta’, jew emendi għal, standards internazzjonali u prattiki rakkomandati, u n-notifika ta’ differenzi fir-rigward tal-istandards internazzjonali adottati (ĠU L 99, 12.4.2023, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/746/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2624/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)