|
20.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 18/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9673 — Columbia Threadneedle Investments/Brittany Ferries/Condor)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 18/07)
1.
Fit-13 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Columbia Threadneedle Investments (“CTI”, ir-Renju Unit), |
|
— |
B.A.I. Bretagne Angleterre Irlande S.A., li tagħmel il-kummerċ bħala Brittany Ferries (“BF”, Franza), u |
|
— |
MEIF II Channel Islands Transport Holdings Limited u s-sussidjarji tagħha (“Condor”, Guernsey). |
CTI u BF jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Condor kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CTI: ġestjoni ta’ assi dinjija, li toffri firxi ta’ strateġiji u soluzzjonijiet li jkopru swieq dinjija, reġjonali u domestiċi u kategoriji ta’ assi. Hija grupp li jiġġestixxi l-assi ta’ Ameriprise Financial, Inc, fornitur ewlieni ta’ servizzi finanzjarji bbażat fl-Istati Uniti tal-Amerka; |
|
— |
BF: kumpaniji tal-vapuri, li tħaddem servizzi bil-baħar għall-passiġġieri u t-trasport bejn Franza u r-Renju Unit, Franza u l-Irlanda, ir-Renju Unit u Spanja, u bejn l-Irlanda u Spanja. Hija toffri wkoll għażla ta’ kruċieri qosra, għażliet ta’ vaganzi u pakketti ta’ btajjel; |
|
— |
Condor: tħaddem servizzi bil-baħar għall-passiġġieri u l-merkanzija bejn iċ-Channel Islands u r-Renju Unit, u ċ-Channel Islands u Franza. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.
Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9673 — Columbia Threadneedle Investments/Brittany Ferries/Condor
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ara r-"Regolament dwar l-Għaqdiet”).