|
15.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10421 — Primonial/Société Générale/OPG Window)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 370/07)
1.
Fis-7 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Primonial Real Estate Investment Management (“Primonial REIM”, Franza), ikkontrollata mill-grupp Bridgepoint (“Bridgegroup”, ir-Renju Unit) u Latour Group (“Latour”, Franza); |
|
— |
Sogécap (Franza), ikkontrollata mill-grupp Société Générale (“Société Générale”, Franza); kif ukoll, |
|
— |
OPG Window (Franza). |
Primonial REIM u Sogécap jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Assi fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Primonial REIM: investimenti fi proprjetà immobbli inklużi r-riċerka, l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ investiment strutturat, assi, u servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment fil-proprjetà immobbli; |
|
— |
Sogecap: prodotti ta’ tfaddil u protezzjoni tal-assikurazzjoni tal-ħajja offruti lin-networks Bankarji għall-Konsumaturi u dawk Privati ta’ Société Générale; |
|
— |
OPG Window: assi ta’ proprjetà immobbli magħruf bħala l-bini “Window” li jinsab f’19 Parvis de La Défense, Puteaux, Franza (92). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10421 — Primonial/Société Générale/OPG Window
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).