02015D1763 — MT — 31.10.2020 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1763 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257 2.10.2015, p. 37) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1745 tad-29 ta' Settembru 2016 |
L 264 |
29 |
30.9.2016 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1933 tat-23 ta' Ottubru 2017 |
L 273 |
9 |
24.10.2017 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1612 tal-25 ta' Ottubru 2018 |
L 268 |
49 |
26.10.2018 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1788 tal-24 ta’ Ottubru 2019 |
L 272 |
147 |
25.10.2019 |
|
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/1585 tad-29 ta’ Ottubru 2020 |
L 362 |
27 |
30.10.2020 |
|
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1763
tal-1 ta' Ottubru 2015
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew transitu minn, it-territorji tagħhom ta':
persuni fiżiċi li jimminaw id-demokrazija jew ifixklu l-isforz għal soluzzjoni politika fil-Burundi, inkluż b'atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza;
persuni fiżiċi involuti fl-ippjanar, fid-direzzjoni u fit-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi serji kontra id-drittijiet tal-bniedem, fil-Burundi; u
persuni fiżiċi assoċjati ma' dawk imsemmija fil-punti (a) u (b),
kif elenkati fl-Anness.
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:
bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;
bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa' minn, jew taħt il-patroċinju ta', in-Nazzjonijiet Uniti; jew
taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew
skont it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (il-Patt Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.
Artikolu 2
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma proprjetà ta', miżmuma jew kontrollati minn:
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jimminaw id-demokrazija jew qed ifixflu l-isforz għal soluzzjoni politika fil-Burundi, inkluż b'atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza;
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi involuti fl-ippjanar, fid-direzzjoni u fit-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Burundi; u
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati mal-persuni, entitajiet jew korpi msemmijin fil-punti (a) u (b),
kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt il-kundizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti ta' tali persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kundizzjoni li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fil-paragrafu 1 jkunu ġew elenkati fl-Anness, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun eżegwibbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew
pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,
dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Artikolu 4
Artikolu 4a
Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari:
fir-rigward tal-Kunsill, il-preparazzjoni u l-emendar tal-Anness;
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, il-preparazzjoni ta' emendi għall-Anness.
Artikolu 5
Sabiex ikun massimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2021.
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kontinwa. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha ma ntlaħqux.
ANNESS
Lista tal-persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2
|
Nru |
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għad-deżinjazzjoni |
|
1. |
Godefroid BIZIMANA |
Ġeneru: Raġel Data tat-twelid: 23.4.1968 Post tat-twelid: Nyagaseke, Mabayi, Cibitoke Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0001520 |
“Chargé de missions de la Présidence” u eks Viċi Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali. Fil-31 ta’ Diċembru 2019, is-Sur Bizimana ġie promoss għall-grad ta’ Kap Kummissarju tal-Pulizija. Responsabbli li dgħajjef id‐demokrazija billi ħa deċiżjonijiet operazzjonali li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza u atti ta’ repressjoni vjolenti lejn dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fis-26 ta’ April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza. |
|
2. |
Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA |
Ġeneru: Raġel Data tat-Twelid: 1.8.1970 Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000761 |
Ministru għall-Intern, l-Iżvilupp tal-Komunità u s-Sigurtà Pubblika minn Ġunju 2020. Eks kap tal-Kabinett tal-Amministrazzjoni Presidenzjali (Présidence) responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-Pulizija Nazzjonali bejn Mejju 2013 u Novembru 2019 u eks Direttur Ġenerali tas-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence bejn Novembru 2019 u Ġunju 2020. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ta struzzjonijiet li wasslu għal użu sproporzjonat ta’ forza, atti ta’ vjolenza, atti ta’ repressjoni u ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-konfront ta’ persuni li ħadu sehem fi protesti mis-26 ta’ April 2015 ’ il quddiem, wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza, inkluż fis-26, 27 u t-28 ta’ April 2015 fid-distretti ta’ Nyakabiga u Musaga f’Bujumbura. |
|
3. |
►C1 Mathias-Joseph NIYONZIMA ◄ magħruf ukoll bħala KAZUNGU |
Data tat-twelid: 6.3.1956; 2.1.1967 Post tat-twelid: Komun ta' Kanyosha, Mubimbi, Provinċja ta' Bujumbura Rurali, Burundi Numru ta' reġistrazzjoni (SNR): O/00064 Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: OP0053090 |
Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi inċita l-vjolenza u atti ta' repressjoni waqt il-protesti li bdew fis-26 ta' April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza. Responsabbli li għen iħarreġ, jikkoordina u jarma lill-milizzji paramilitari Imbonerakure, inkluż barra l-Burundi, li huma responsabbli għal atti ta' vjolenza, repressjoni u abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem fil-Burundi. |
|
4. |
Léonard NGENDAKUMANA |
Data tat-Twelid: 24.11.1968 Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000885 |
Ex-“Chargé de Missions de la Présidence” u ex ġeneral tal-armata. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ħa sehem fit-tentattiv ta' kolp ta' stat fit-13 ta' Mejju 2015 biex iwaqqa' l-Gvern Burundjan. Responsabbli għal atti ta' vjolenza — attakki bil-granati — imwettqa fil-Burundi, kif ukoll għal inċitament għall-vjolenza. Il-Ġeneral Léonard Ngendakumana pubblikament appoġġa l-vjolenza bħala mezz biex jintlaħqu għanijiet politiċi. |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).