1972R0922 — MT — 01.04.1974 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 922/72 TAL-KUNSILL tat-2 ta’ Mejju, 1972 (ĠU L 106, 5.5.1972, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGULATION (EEC) No 884/73 OF THE COUNCIL of 27 March 1973 (*) |
L 86 |
34 |
31.3.1973 |
|
|
IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 668/74 TAL-KUNSILL tat-28 ta’ Marzu 1974 |
L 85 |
61 |
29.3.1974 |
|
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 922/72 TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Mejju, 1972
li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna fir-rigward ta’ dud tal-ħarir għas-sena ta’ tkabbir 1972/73
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea;
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 845/72 ( 1 ) ta’ l-24 ta’ April, 1972 li jistabbilixxi miżuri speċjali biex iheġġeġ tkabbir ta’ dud tal-ħarir, u partikolarment l-Artikolu 2(4) ta’ dan;
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;
Billi l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 845/72 jiddikjara li għajnuna fir-rigward ta’ dud tal-ħarir imkabbrin fil-Komunità u billi r-regoli ġenerali ta’ applikazzjoni li hemm provdut għalihom f’dak l-Artikolu għandhom ikunu adottati;
Billi, biex tkun simplifikata l-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna, f’kull Stat Membru għandha tingħata għajnuna biss fir-rigward ta’ dud tal-ħarir imkabbrin fit-territorju ta’ dak l-Istat;
Billi, biex ikun żgurat it-tħaddim xieraq ta’ dik is-sistema huwa meħtieġ li jkun deċiż min huwa eliġibbli u li jkunu speċifikati ċerti rekwiżiti għall-għoti ta’ għajnuna;
Billi huwa neċessarju li tiġi introdotta sistema ta’ kontroll amministrattiva li tiżgura li għajnuna tingħata biss fir-riward ta’ prodotti eliġibli;
Billi r-regoli dettaljati għall-kalkolu tal-għajnuna għandhom ikunu speċifikati biex tkun applikata applikazzjoni uniformi ta’ dik is-sistema;
Billi dan ir-Regolament għandu jkun fis-seħħ biss għal perjodu li jgħin l-effettività tiegħu tkun eżaminata;
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
►M2 ————— ◄ Ir-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikoli li ġejjin japplikaw għall-għoti, fir-rigward ta’ dud tal-ħarir imkabbrin fil-Komunità, tal-għajnuna li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 845/72.
Artikolu 2
1. Stat Membru, meta jkun mitlub minn persuna li trabbi, jagħti għajnuna fir-rigward ta’ dud tal-ħarir imkabbrin fit-territorju tiegħu.
2. Stati Membri huma awtorizzati li jagħtu għajnuna biss lil min ikabbar li jkunu kisbu l-kaxxi tagħhom ta’ bajd minn għaqda approvata u li, fit-tlestija b’suċċess tat-tkabbir, ikunu kkonsenjaw fosdqiet li ġew prodotti lill-għaqda approvata.
3. Tkabbir ta’ dud tal-ħarir ikun ikkunsidrat bħala li tlesta b’suċċess fejn għadd minimu ta’ fosdqiet huwa prodott mill-kaxxi wżati ta’ bajd; dan l-għadd minimu għad irid ikun speċifikat.
Artikolu 3
L-Istati Membri produtturi jintroduċu kontroll amministrattiv biex jiżguraw li l-prodott li għalih intalbet l-għajnuna jilħaq ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ għajnuna.
Artikolu 4
L-ammont ta’ għajnuna jkun ikkalkolat kull kaxxa ta’ bajd ta’ dud tal-ħarir.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 100, 27.4.1972, p. 1.