Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU IV - ISTITUZZJONIJIET U KORPI TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - L-ISTITUZZJONIJIET L-OħRA U L-KORPI KONSULTATTIVI TA'L-UNJONI - Artikolu I-31
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0025 - 0026
Artikolu I-31 Il-Qorti ta' l-Awdituri 1. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija istituzzjoni. Għandha tiżgura l-verifika ta' kontijiet ta' l-Unjoni. 2. Għandha teżamina l-kontijiet tad-dħul u l-ħruġ kollu ta' l-Unjoni, u għandha ukoll tiżgura amministrazzjoni finanzjarja tajba. 3. Għandha tkun komposta minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru. Fil-qadi ta' dmirijiethom, il-membri tagħha għandhom ikunu kompletament indipendenti, fl-interess ġenerali ta' l-Unjoni. --------------------------------------------------