|
13.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/64 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/991
tat-12 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward tal-volum tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal frawli frisk li joriġina mill-Eġittu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti tal-Komunità u ta' kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehim ma' ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni (UE) 2017/768 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”). |
|
(2) |
It-test tal-Protokoll, li huwa mehmuż mad-Deċiżjoni (UE) 2017/768, huwa previst għal żieda fil-volum tal-kwota tariffarja tal-Unjoni applikabbli għal frawli frisk li joriġina mill-Eġittu għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni. |
|
(3) |
Jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 sabiex tiġi implimentata ż-żieda fil-kwota tariffarja stipulata fil-Protokoll. |
|
(4) |
Jenħtieġ li ż-żieda fil-kwota tariffarja tapplika mill-1 ta' Lulju 2013 meta l-Protokoll jibda japplika provviżorjament skont l-Artikolu 8(3) tiegħu u sakemm jidħol fis-seħħ. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 747/2001, ir-ringiela għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.1799 tinbidel b'dan li ġej:
|
“09.1799 |
0810 10 00 |
|
Frawli, frisk |
Mill-1.10.2010 sat-30.4.2011 |
10 000 |
Eżenzjoni”. |
|
Mill-1.10.2011 sat-30.4.2012 |
10 300 |
|||||
|
Mill-1.10.2012 sat-30.4.2013 |
10 609 |
|||||
|
Mill-1.10.2013 sat-30.4.2014 |
11 021 |
|||||
|
Mill-1.10.2014 sat-30.4.2015 |
11 349 |
|||||
|
Mill-1.10.2015 sat-30.4.2016 u għal kull perjodu sussegwenti mill-1.10. sat-30.4.. |
11 687 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER