12.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 308/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9426 — 3M Company/Acelity)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 308/06)

1.   

Fit-3 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

3M Company (“3M”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Acelity, Inc. (“Acelity”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

3M takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Acelity kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

3M hija kumpanija tat-teknoloġija diversifikata. Permezz tad-diviżjoni tagħha għall-kura tas-saħħa, 3M toffri firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet mediċi, inklużi faxex avvanzati għall-feriti,

—

Acelity hija primajament attiva fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti avvanzati għall-kura tal-feriti, inkluż permezz tas-sussidjarji tagħha Kinetic Concepts, Inc., Systagenix Wound Management, Limited u Crawford Healthcare Limited.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9426 — 3M Company/Acelity

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).