|
27.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 317/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1172/2008
tal-25 ta' Novembru 2008
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hemm bżonn li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifika tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment, fuqha jew li żżidilha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta’ miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skond dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna nru 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru 3 ta’ dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skond dan ir-Regolament jista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu rigward il-prodott nru 1 tat-tabella mehmuża. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament rigward il-prodott nru 2 tat-tabella mehmuża huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna nru 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna nru 2 ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2
Tagħrif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhuwiex skond dan ir-Regolament, jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Il-kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||
|
8528 59 90 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali nri 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 3 sas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM bin-numri 8528 , 8528 59 u 8528 59 90 . Minħabba li l-apparat huwa magna komposta skond in-Nota 3 tas-Sezzjoni XVI, għandu jiġi kklassifikat daqslikieku huwa prodott magħmul biss minn dak il-komponent li jwettaq il-funzjoni ewlenija tiegħu. Skond id-diżinn u l-kunċett tal-apparat, l-għan tiegħu hu li jintwerew il-vidjos. Fid-dawl tad-daqs tal-iskrin, li jiffaċilita l-wiri ta’ sekwenzi tal-vidjo għal tul ta’ żmien, il-funzjoni ewlenija tal-apparat hija li juri l-vidjos. Għaldaqstant, l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 8528 59 90 bħala moniter tal-kulur. |
||||||||||||||
|
8528 72 20 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali nri 1, 3(b), u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM bin-numri 8528 , 8528 72 u 8528 72 20 . Minħabba li fih tjuner tat-televiżjoni, l-karatteristika essenzjali tal-prodott hija li huwa apparat għar-riċeviment tat-televiżjoni bi skrin li jinkludi riċevitur għax-xandir tar-radju u apparat għar-riproduzzjoni tal-vidjos. L-użu possibbli tal-apparat bħala apparat tal-logħob huwa sekondarju u għaldaqstant ma għandux jitqies bħala karatteristika essenzjali tal-apparat. Għaldaqstant, l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM bin-numru 8528 72 20 bħala apparat għar-riċeviment tat-televiżjoni li jinkludi riċevitur għax-xandir tar-radju u apparat għar-riproduzzjoni tal-vidjos. |