2011D0335 — MT — 01.01.2015 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2011 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 150, 9.6.2011, p.6) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL tas-7 ta' Novembru 2014 |
L 330 |
44 |
15.11.2014 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Mejju 2011
li tawtorizza lir-Repubblika tal-Litwanja sabiex tapplika miżura ta’ deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(2011/335/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( 1 ) (“id-Direttiva dwar il-VAT”), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:|
(1) |
B’ittra rreġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fid-19 ta’ Novembru 2010, il-Litwanja talbet awtorizzazzjoni għal miżura ta’ deroga mill-Artikolu 287(11) tad-Direttiva dwar il-VAT sabiex teżenta persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx EUR 45 000 (“il-miżura”). Il-miżura teħles lil dawk il-persuni taxxabbli minn ċerti obbligazzjonijiet, jew mill-obbligazzjonijiet kollha, relatati mat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imsemmija fil-Kapitoli 2 sa 6 tat-Titolu XI tad-Direttiva dwar il-VAT. |
|
(2) |
B’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva dwar il-VAT, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri l-oħra b’ittra datata l-21 ta’ Jannar 2011 bit-talba li saret mil-Litwanja. Permezz ta’ ittra datata l-25 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni nnotifikat lil-Litwanja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tikkunsidra t-talba. |
|
(3) |
Diġà hemm skema speċjali għall-impriżi ż-żgħar bħala għażla disponibbli għall-Istati Membri taħt it-Titolu XII tad-Direttiva dwar il-VAT. Il-miżura tidderoga mit-Titolu XII tad-Direttiva dwar il-VAT sa fejn biss il-limitu għall-iskema speċjali tal-fatturat annwali tal-persuna taxxabbli jkun ogħla minn dak preżentement permess għal-Litwanja taħt l-Artikolu 287(11) tad-Direttiva dwar il-VAT, li huwa EUR 29 000 . |
|
(4) |
Limitu ogħla għall-iskema speċjali hu miżura ta’ simplifikazzjoni peress li dan jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-obbligi tal-VAT tal-iżgħar negozji, filwaqt li dik l-iskema speċjali mhijiex obbligatorja għall-persuni taxxabbli u tippermetti lin-negozji li jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT. |
|
(5) |
Fil-proposta tagħha għal-Direttiva biex tissimplifika l-obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud tad-29 ta’ Ottubru 2004 ( 2 ), il-Kummissjoni inkludiet dispożizzjonijiet maħsuba biex jippermettu lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-limitu tal-fatturat annwali għall-iskema ta’ eżenzjoni mill-VAT sa ammont massimu ta’ EUR 100 000 jew l-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali, bil-possibbiltà li dan l-ammont ikun aġġornat kull sena. It-talba ppreżentata mil-Litwanja hi konformi ma’ din il-proposta. |
|
(6) |
Id-deroga mhijiex se tolqot ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jakkumulaw mill-VAT u mhijiex se taffetwa, ħlief f’miżura insinifikanti, l-ammont globali tad-dħul tal-VAT tal-Litwanja miġbur fl-istadju tal-konsum finali, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’deroga mill-Artikolu 287(11) tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika tal-Litwanja hija awtorizzata li teżenta mill-VAT lil persuni taxxabbli li l-fatturat annwali tagħhom m’huwiex ogħla mill-ekwivalenti fil-valuta nazzjonali ta’ EUR 45 000 bir-rata ta’ konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Hi għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012 sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ Direttiva li temenda l-ammonti tal-limiti massimi ta’ fatturat annwali li taħthom il-persuni taxxabbli jistgħu jikkwalifikaw għal eżenzjoni mill-VAT jew sal- ►M1 31 ta' Diċembru 2017 ◄ , skont liema data sseħħ l-ewwel.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.
( 1 ) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
( 2 ) ĠU C 24, 29.1.2005, p. 8.