Ir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 247/2003 tal-10 ta' Frar 2003 li jadotta l-ispeċifikazzjoni tal-modula ad hoc għall-2004 dwar l-organizzazzjoni ta' xogħol u l-arranġamenti għall-ħin tax-xogħol kif provduti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98
Official Journal L 034 , 11/02/2003 P. 0005 - 0009
CS.ES Chapter 05 Volume 04 P. 295 - 299
ET.ES Chapter 05 Volume 04 P. 295 - 299
HU.ES Chapter 05 Volume 04 P. 295 - 299
LT.ES Chapter 05 Volume 04 P. 295 - 299
LV.ES Chapter 05 Volume 04 P. 295 - 299
MT.ES Chapter 05 Volume 04 P. 295 - 299
PL.ES Chapter 05 Volume 04 P. 295 - 299
SK.ES Chapter 05 Volume 04 P. 295 - 299
SL.ES Chapter 05 Volume 04 P. 295 - 299
Ir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 247/2003 tal-10 ta' Frar 2003 li jadotta l-ispeċifikazzjoni tal-modula ad hoc għall-2004 dwar l-organizzazzjoni ta' xogħol u l-arranġamenti għall-ħin tax-xogħol kif provduti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' kampju ta' stħarriġ tal-forza tax-xogħol fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 2104/2002 [2], u b'mod partikolari Artikolu 4(2) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 246/2003 [3] li jadotta programm ta' moduli ad hoc, li jkopru s-snin 2004 sa 2006, għall-kampjun ta' l-istħarriġ tal-forza tax-xogħol jinkludi modula ad hoc dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol. (2) Skond Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 577/98 il-lista dettaljata ta' l-informazzjoni li għandha tinġabar fil-modula ad hoc għandha titħejja ta' l-anqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta' referenza għal dik il-modula. (3) Sabiex jiġi evelwat b'mod adegwat il-progress taħt il-kolonni tal-linji gwida tal-politika dwar l-impiegi u b'mod partikolari taħt it-tielet kolonna dwar li tiġi nkoraġġita l-adattabilità tan-negozji u l-impjegati tagħhom, inkluż fir-rigward tal-kwalià tax-xogħol, statistika strutturali komparabbli hija meħtieġa mill-Istati Membri u mill-Kommissjoni [4]. (4) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Programm Statistiku, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-lista dettaljata ta' informazzjoni li għandha tinġabar sa l-2004 mill-modula ad hoc, kif preskritt fl-Anness hija b'dan adottata. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Frar 2003. Għall-Kommissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kommissjoni [1] ĠU L 77, ta' l-14.3.1998, p. 3. [2] ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 14. [3] Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [4] ĠU L 60, 1.3.2002, p. 60. -------------------------------------------------- ANNESS STĦARRIĠ TAL-FORZA TAX-XOGĦOL Speċifikazzjoni għall-modula ad hoc ta’ l-2004 dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-arranġamenti tal-ħin tax-xogħol 1. L-Istati Membri u r-reġjuni konċernati: kollha. 2. It-tagħrif li għandu jinġabar biss għax-xogħol prinċipali. 3. Il-varjabbli għandhom ikunu kodifikati kif ġej: Kolonna | Kodiċi | Deskrizzjoni | Filtru, rimarki | 209 | | Kontroll fuq metodi proprji tax-xogħol u skeda (mhux obbligatorja għall-Ġermanja) | C26 = 1,2 | 1 | Il-persuni jistgħu jistabbilixxu kif jagħmlu x-xogħol | 2 | Il-persuni jistgħu jistabbilixxu meta jagħmlu x-xogħol | 3 | Il-persuni jistgħu jistabbilixxu meta u kif jagħmlu x-xogħol | 0 | Persuni li ma jistgħux jistabbilixxu kif u meta jagħmlu x-xogħol | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 210 | | Xogħol għal klijent wieħed (mhux obbligtorja għall-Ġermanja) | C26 = 2 jew C26 = 1 u C34_35 < 10 | 1 | Jaħdem regolarment għal klijent wieħed biss jew xerrej | 0 | Jaħdem regolarment għal klijent wieħed jew xerrej | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 211_212 | | Sigħa ta’ sahra fil-ġimgħa ta’ referenza | C26 = 3 | … | Numru ta’ sigħat ta’ sahra | 99 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 213_214 | | Sigħat imħallsa ta’ sahra fil-ġimgħa ta’ referenza | C213_214≤ C211_212; | 00 | Ebda sahra bi ħlas jew ebda sahra | C213_214 = 00 jekk C211_212 = 00 | … | Numru ta’ sigħat ta’ sahra bi ħlas | 99 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 215 | | Xejriet ta’ xogħol bix-xift | C204 = 1 | 1 | Xogħol bix-xift kontinwu, normalment bis-sistema ta’ erba’ xiftijiet | 2 | Xogħol bix-xift semi-kontinwu, normalment fuq is-sistema ta’ tlett xiftijiet | 3 | sistema ta’ żewġ xiftijiet: xift doppju ta’ bi nhar | 4 | Kultant xift ta’ bil-lejl, kultant xift ta’ bi nhar | 6 | Tip ieħor ta’ xift | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 216 | | Sigħat varjabbli tax-xogħol | C26 = 3 | 1 | Bidu u tmiem iffissati tal-jum tax-xogħol | 2 | Sigħat tax-xogħol imqassma, bidu/tmiem stabbiliti | 3 | Sigħat tax-xogħol stabbiiti bil-possibiltà biss li jittieħdu sigħat mix-xogħol | 4 | Sigħat tax-xogħol marbuta bil-possibiltà li jittieħdu jiem sħaħ bla xogħol | 5 | Il-bidu u t-tmiem tal-jum tax-xogħol ivarja skond ftehim individwali | 6 | Jistabbilixxi l-iskeda tiegħu tax-xogħol (ebda konfini formali) | 7 | Oħrajn | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 217 | | Sigħat ta’ xogħol fis-sena (mhux obblgatorja għall-Ġermanja) | C26 = 3 u C216 ≠ 6 | 1 | Il-persuni għandha kuntratt tax-xogħol ta’ sigħat fis-sena | 0 | Il-persuna m’għandhiex kuntratt ta’ sigħat ta’ xogħol fis-sena | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 218 | | Xogħol skond il-ħtieġa (mhux obbligatorja għall-Ġermanja u l-Portugall) | C26 = 3 u C204 ≠ 1 | 1 | Persuna tirrapporta għax-xogħol biss meta tintalab | 0 | Oħrajn | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 219 | | Xejra ta’ sigħat tax-xogħol ta’ persuna li taħdem f’parti mqabbla ma persuni li taħdem il-jum kollu | C46 = 2-8 | 1 | Anqas sigħat kull jum | 2 | Nofs jum anqas fil-ġimgħa | 3 | Anqas jiem fil-ġimgħa | 4 | Anqas sigħat kull jum u anqas jiem fil-ġimgħa | 5 | Ġimgħa waħda minn tnejn | 6 | Oħrajn | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 220 | | Possibiltà li persuna taħdem sigħat varjabbli fil-ġimgħa ta’ referenza (mhux obbligatorja għall-Ġermanja, l-Italja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit) | C24 = 1 u C26 = 3 u C58 ≠ 1 u C216 = 1-4 | 1 | {C216 = 3, 4} persuna naqset is-sigħat tagħha ta’ kreditu | 2 | {C216 ≠ 3,4} persuna li ma ħadmitx għal ftit sigħat (mingħajr il-ħtieġa li tieħu vakanza) | 3 | {C216 ≠ 4} persuna tkun ma ħadmitx nofs jum, jum wieħed jew aktar jiem | 4 | Persuna tkun naqset il-bilanċ tas-sigħat tagħha ta’ kreditu jew tkun ma ħadmitx għal ftit sigħat jew għal nofs jum, għal jum jew għal aktar jiem (f’jiem differenti tal-ġimgħa) | 5 | {C216 = 3, 4} persuna xtaqet tieħu sigħat ta’ kreditu iżda ma setgħatx (u ma tkunx ħadet vaganzi) | 6 | {C216 ≠ 3, 4} persuna xtaqet ma taħdimx għal ftit sigħat, nofs jum jew jum wieħed jew aktar iżda ma setgħatx tagħmel dan | 7 | Oħrajn (sigħat attwalment maħduma skond il-kuntratt, sensji, eċċ.) | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 221 | | Konvenza ta’ arranġamenti għall-ħin tax-xogħol minħabba s-sitwazzjoni tal-ħajja persoanli (mhux obbligatorja għall-Ġermanja) | C204 = 1 jew C218 = 1 | 1 | Xogħol bix-xift huwa konvenjenti minħabba s-sitwazzjoni fil-ħajja personali | 2 | Xogħol meta tissejjaħ huwa konvenjenti minħabb s-sitwazzjoni tal-ħajja personali | 0 | Xogħol bix-xift jew xogħol meta tissejjaħ mhux konvenjenti minħabba s-sitwazzjoni tal-ħajja personali | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | 222 | | Konvenza ta’ arranġamenti għall-ħin tax-xogħol minħabba s-sitwazzjoni tal-ħajja persoanli (mhux obbligatorja għall-Ġermanja) | C205, C206, C207, C208 = 1,2 u C204 = 3,9 u C218 = 0,9 | 1 | Xogħol filgħaxija, xogħol bil-lejl jew matul tmiem il-ġimgħa huwa konvenjenti minħabba s-sitwazzjoni tal-ħajja personali | 3 | Xogħol filgħaxija, bil-lejl jew matul tmiem il-ġimgħa mhux konvenjenti minħabba s-sitwazzjoni tal-ħajja personali | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | | | | Il-kodifika tirreferi għar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 1575/2000 ( ĠU L 181, ta’ l-20.7.2000, p. 16) | 4. Il-varjabbli dwar xogħol bix-xift, xogħol ta’ filgħaxija, u xogħol fis-Sibtijiet u l-Ħdud li jidhru bħala kolonni 204 sa 208 fl-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 1575/2000 jikkonċerna l-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trasmissjoni ta’ data mill-2001 ’l quddiem għandu jiġi mistħarreġ fl-2004 għall-istess perjodu ta’ referenza bħal tal-modula ad hoc imsemmija f’Artikolu 1 tar-Regolament presenti. 5. Il-varjabbli dwar xogħol bix-xift għandu jiġi kodifikat kif ġej: 204 | | Xogħol bix-xift | C26 = 3 | 1 | Persuni li jaħdmu bix-xift | 3 | Persuni li ma jaħdmux bix-xift | 9 | Ma japplikax | Vojt | Ebda tweġiba | --------------------------------------------------