<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-293/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0293</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:763">EU:C:2022:763</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Arrêt du <DATE ISO="20221006">6. 10. 2022</DATE> – Affaire C-293/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Vittamed technologijos</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20221006">6 ta’ Ottubru 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Oġġetti u servizzi użati mill-persuna taxxabbli għall-ħolqien ta’ beni kapitali</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 184 sa 187</KEYWORD><KEYWORD>Aġġustament tat-tnaqqis</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT fil-każ ta’ tpoġġija fi stralċ ta’ din il-persuna taxxabbli u tat-tħassir ta’ din tal-aħħar mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑293/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20210428">28 ta’ April 2021</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20210507">7 ta’ Mejju 2021</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">UAB <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Vittamed technologijos<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></HT>, fi stralċ,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valstybinė mokesčių inspekcija,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Kauno apskrities valstybinė mokesčių inspekcija,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn I. Jarukaitis, President tal-Awla, D. Gratsias u Z. Csehi (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn K. Dieninis u V. Kazlauskaitė-Švenčionienė, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Jokubauskaitė u L. Lozano Palacios, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn UAB <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Vittamed technologijos<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, fi stralċ (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Vittamed<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), u l-Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (l-Ispezzjoni Fiskali Nazzjonali fi Ħdan il-Ministeru għall-Finanzi tar-Repubblika tal-Litwanja), dwar l-obbligu ta’ aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fir-rigward ta’ oġġetti u ta’ servizzi li fir-rigward tagħhom kien ġie eżerċitat id-dritt għal tnaqqis u li kien ġie miksub għall-finijiet ta’ ħolqien ta’ beni kapitali li finalment ma ġewx użati u ma kinux ser ikunu użati għall-attività ekonomika ntaxxata intiża, minħabba d-deċiżjoni ta’ tpoġġija fi stralċ tal-persuna taxxabbli u tat-tħassir ta’ din tal-aħħar mir-reġistru tal-persuna taxxabbli suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-VAT huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Dritt ta’ tnaqqis iseħħ fil-ħin meta t-taxxa mnaqqsa tiġi imposta.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 168(a) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Sakemm il-merkanzija [oġġetti] u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 5 tat-Titolu X tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Aġġustament tat-tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jinkludi, b’mod partikolari, l-Artikoli 184 sa 187.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 184 ta’ din l-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>It-tnaqqis inizjali għandu jiġi aġġustat fejn dan ikun ogħla jew inqas minn dak li għalih il-persuna taxxabbli kienet intitolata.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 185 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="185.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-aġġustament għandu, b’mod partikolari, isir fejn, wara li ssir id-denunzja tal-VAT, isir xi tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas, per eżempju fejn ix-xirjiet huma kkanċellati jew hu miksub roħs fil-prezzijiet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="185.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala deroga mill-paragrafu 1, m’għandu jsir l-ebda aġġustament fil-każ ta’ transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa jew fil-każ ta’ distruzzjoni, telf jew serq tal–proprjetà li ġie ppruvat jew ikkonfermat kif imiss, jew fil-każ ta’ merkanzija riżervata għall-iskop ta’ għoti ta’ rigali ta’ valur żgħir jew ta’ l-għoti ta’ kampjuni, kif speċifikat fl-Artikolu 16.</ALINEA><ALINEA>Madanakollu, fil-każ ta’ transazzjonijiet li jibqgħu totalment jew parzjalment mhux imħallsa jew fil-każ ta’ serq, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jsir aġġustament.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 186 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 184 u 185.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 187 tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="187.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil–każ ta’ merkanzija [beni] kapitali, l-aġġustment għandu jkun mifrux fuq ħames snin inkluża dik meta l-merkanzija kienet akkwistata jew iffabbrikata.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw l-aġġustament fuq perijodu ta’ ħames snin sħaħ li jibda miż-żmien meta l-merkanzija hija użata għall-ewwel darba.</ALINEA><ALINEA>Fil–każ ta’ proprjetà [beni kapitali] immobbli akkwistata bħala merkanzija kapitali, il-perijodu ta’ aġġustament jista’ jiġi estiż sa 20 sena.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="187.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-aġġustament annwali għandu jsir biss fir-rigward ta’ wieħed minn ħamsa tal-VAT imposta fuq il-merkanzija kapitali, jew, jekk il-perijodu ta’ referenza ġie estiż, fir-rigward tal-frazzjoni korrispondenti tiegħu.</ALINEA><ALINEA>L-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir abbażi tal-varjazzjonijet fid-dritt għal tnaqqis fi snin sussegwenti b’ relazzjoni għal dik fis-sena li fiha l-merkanzija kienet akkwistata, iffabbrikata jew, fejn hu xieraq, użata għall-ewwel darba.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Litwan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 58(1) tal-Lietuvos Respublikos pridėtinės vertės mokesčio įstatymas (il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud), tal‑<DATE ISO="20020305">5 ta’ Marzu 2002</DATE> (Žin., 2002, Nru 35-1271), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Persuna suġġetta għall-VAT għandha d-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa u/jew fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti u/jew servizzi, bil-kundizzjoni li dawn l-oġġetti u/jew servizzi jkunu maħsuba li jintużaw fil-kuntest tal-attivitajiet li ġejjin tal-persuna taxxabbli għall-VAT:</P><P>[…] provvista ta’ oġġetti u/jew provvista ta’ servizzi li fuqhom il-VAT hija taxxabbli […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 66(2) tal-Liġi dwar il-VAT jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Meta l-oġġetti u/jew is-servizzi li fuqhom il-VAT (u, fil-każ fejn dawn l-oġġetti u/jew servizzi huma maħluqa mill-persuna stess, il-VAT applikata fuq dawk użati għal dan il-ħolqien) tal-input imħallsa u/jew il-VAT fuq l-importazzjoni tkun tnaqqset totalment jew parzjalment, huma użati għal attività oħra għajr dik imsemmija fl-Artikolu 58(1) ta’ din il-liġi jew huma mitlufa, ikun hemm lok li jsir aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT, fid-dikjarazzjoni tal-VAT li tikkorrispondi għall-perijodu taxxabbli li matulu ġew rikonoxxuti ċ-ċirkustanzi msemmija iżjed ’il fuq billi jżid l-ammont tal-VAT pagabbli lill-baġit jew billi jitnaqqas l-ammont tal-VAT rimborsabbli minn dan il-baġit konsegwentement […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 69(1) tal-Liġi dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Meta persuna titħassar mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT jew meta persuna taxxabbli suġġetta għall-VAT tkun suġġetta għal stralċ, it-tnaqqis tal-VAT għandu jiġi aġġustat, konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 66 u 67 ta’ din il-liġi, fid-dikjarazzjoni tal-VAT tal-persuna li titħassar minn dan ir-reġistru jew li hija fi stralċ, u l-VAT tal-input imħallsa u/jew fuq l-importazzjoni titnaqqas fuq l-oġġetti u/jew is-servizzi, inklużi l-oġġetti kapitali, li ma jibqgħux jintużaw fil-kuntest tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 58(1) ta’ din il-liġi, hija reintegrata fil-baġit<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Vittamed hija kumpannija stabbilita fil-Litwanja li għandha bħala attività tagħha t-twettiq ta’ riċerka fix-xjenzi tekniċi u l-applikazzjonijiet prattiċi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Mill‑<DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, din il-kumpannija ma wettqet l-ebda kunsinna ta’ oġġetti jew provvista ta’ servizzi suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Vittamed akkwistat, fl-2012 u fl-2013, b’mod partikolari, oġġetti u servizzi fil-kuntest tat-twettiq ta’ proġett internazzjonali ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, li l-għan tiegħu kien il-ħolqien ta’ prototip ta’ apparat mediku dijanjostiku u ta’ sorveljanza kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tiegħu fis-suq. B’hekk inħarġu tmien fatturi fil-konfront tagħha. Hija naqqset EUR <FT TYPE="NUMBER">87987</FT> bħala VAT tal-input imħallsa relatata mal-kunsinna ta’ dawn l-oġġetti u ma’ dawn il-provvisti ta’ servizzi. Il-proġett ikkonċernat tlesta fil‑<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Vittamed użat l-imsemmija oġġetti u servizzi billi ħolqot beni kapitali intanġibbli (liċenzji) u tanġibbli (prototipi ta’ apparat). Hija xtaqet tuża dawn il-beni kapitali fil-kuntest tal-attività futura tagħha ntaxxata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ladarba dan il-proġett intemm, Vittamed ġarrbet snin finanzjarji ta’ defiċit, fl-2014 u fl-2015, u t-telf preċedenti rreġistrat minn din il-kumpannija żdied kontinwament. Fid-dawl ta’ dawn is-snin finanzjarji ta’ defiċit kif ukoll tan-nuqqas ta’ ordnijiet u ta’ dħul potenzjali, ġie deċiż li ma jibqgħux jiġu segwiti l-attivitajiet ta’ din il-kumpannija. Għal din ir-raġuni, l-uniku azzjonist ta’ Vittamed ħa d-deċiżjoni, fix-xahar ta’ Awwissu 2015, li jqiegħed fi stralċ l-istess kumpannija, wara li kkonstata li l-attivitajiet xjentifiċi innovattivi ta’ din tal-aħħar ma kinux ser ikunu vijabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, Vittamed kisbet l-istatus legali ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>persuna ġuridika fi stralċ<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit‑23 ta’ Settembru ta’ wara, Vittamed ressqet talba għat-tħassir mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT u ppreżentat dikjarazzjoni tal-VAT li kellha tiġi ppreżentata minn persuna mħassra mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT, fir-rigward tal-aħħar<?PAGE NO="5"?> perijodu taxxabbli, mill‑1 ta’ Settembru sat‑<DATE ISO="20150923">23 ta’ Settembru 2015</DATE>. F’din id-dikjarazzjoni tal-VAT, Vittamed ma aġġustatx it-tnaqqis tal-VAT fir-rigward tal-bilanċ tal-oġġetti jew tas-servizzi kollha li kienu għadhom mhux mibjugħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-istess jum, Vittamed tħassret mir-reġistru tal-persuni taxxabbli għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont ordni ta’ kontroll tat‑<DATE ISO="20171228">28 ta’ Diċembru 2017</DATE>, Vittamed kienet suġġetta għal kontroll fiskali mill-Kauno apskrities valstybinė mokesčių inspekcija (l-Ispettorat Fiskali Nazzjonali tad-Distrett ta’ Kaunas, il-Litwanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190124">24 ta’ Jannar 2019</DATE>, l-Ispettorat Fiskali Nazzjonali tad-Distrett ta’ Kaunas ikkonstata, essenzjalment, li, meta ttieħdet id-deċiżjoni li jitqiegħed fi stralċ Vittamed, hija din tal-aħħar li għandha taġġusta t-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa u li ddaħħal mill-ġdid fil-baġit il-VAT relatata mal-oġġetti jew mas-servizzi akkwistati li ma jintużawx għal attivitajiet suġġetti għall-VAT. Konsegwentement, hija imponiet fuq Vittamed il-ħlas ta’ ammont addizzjonali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">87987</FT> bħala VAT addizzjonali, flimkien ma’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">30427</FT> bħala interessi moratorji, kif ukoll dak ta’ multa fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">8798</FT>, li jikkorrispondi għal 10 % tal-VAT dovuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Vittamed ikkontestat din id-deċiżjoni quddiem l-Ispettorat Fiskali Nazzjonali għall-Ministeru għall-Finanzi tar-Repubblika tal-Litwanja, għar-raġuni li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-ispejjeż jintefqu fil-kuntest tal-preparazzjoni ta’ attività ekonomika, it-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa jista’ jintalab anki meta din l-attività ekonomika ma titkompliex u li finalment it-tranżazzjonijiet taxxabbli previsti ma seħħewx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20190419">19 ta’ April 2019</DATE>, l-Ispettorat Fiskali Nazzjonali fi Ħdan il-Ministeru għall-Finanzi tar-Repubblika tal-Litwanja żamm id-deċiżjoni tal-Ispezzjoni Fiskali Nazzjonali tad-Distrett ta’ Kaunas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Vittamed ressqet ilment quddiem il-Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės (il-Kummissjoni tat-Tilwim Fiskali mal-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja). Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190620">20 ta’ Ġunju 2019</DATE>, din tal-aħħar ċaħdet dan l-ilment bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Vittamed ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Vilnjus, il-Litwanja), liema ġie miċħud permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Vittamed ippreżentat appell minn din is-sentenza quddiem il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), li hija l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi d-dubji tagħha dwar l-eżistenza ta’ obbligu ta’ aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT fit-tilwima fil-kawża prinċipali, minkejja l-fatt li l-azzjonist uniku tal-persuna taxxabbli ddeċieda li jpoġġi lil din tal-aħħar fi stralċ u li din il-persuna taxxabbli kienet, bħala konsegwenza ta’ din id-deċiżjoni, ressqet talba għat-tħassir mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT, li ġiet issodisfatta. F’dan ir-rigward, hija tenfasizza kontradizzjoni apparenti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn naħa, filwaqt li tagħmel riferiment, qabelxejn, għall-punt 20 tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Finanzamt Bad Neuenahr-Ahrweiler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑374/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:546">EU:C:2020:546</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju tfakkar li l-mekkaniżmu ta’ aġġustament previst fl-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva<?PAGE NO="6"?> tal-VAT għandu l-għan li jistabbilixxi relazzjoni mill-qrib u diretta bejn id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa u l-użu tal-oġġetti jew tas-servizzi kkonċernati għal tranżazzjonijiet tal-output taxxabbli. Sussegwentement, billi bbażat ruħha fuq il-punt 38 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180411">11 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>SEB bankas</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑532/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:228">EU:C:2018:228</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), din il-qorti tirrileva li, fil-kuntest tas-sistema komuni tal-VAT, huma biss it-taxxi tal-input imposti fuq l-oġġetti jew is-servizzi użati mill-persuni taxxabbli għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħhom li jistgħu jitnaqqsu. F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tippreċiża li, skont il-punt 56 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kollroß u Wirtl</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑660/16 u C‑661/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:372">EU:C:2018:372</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva tal-VAT jistabbilixxi l-prinċipju li tali aġġustament għandu b’mod partikolari jsir meta tibdil tal-elementi meħuda inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ dan it-tnaqqis isir wara d-dikjarazzjoni tal-VAT. Fl-aħħar nett, l-istess qorti tiċċita l-punti 44 sa 46 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>ITH Comercial Timişoara</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑734/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:919">EU:C:2020:919</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sabiex tosserva li din ir-relazzjoni stretta u diretta li għandha teżisti bejn id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa u t-twettiq ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli previsti tinkiser jekk il-persuna taxxabbli ma jkollhiex iktar l-intenzjoni li tuża l-oġġetti u s-servizzi kkonċernati għal tranżazzjonijiet tal-output taxxabbli jew tużahom sabiex twettaq tranżazzjonijiet eżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinnota f’dan ir-rigward li l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-azzjonist uniku tal-persuna taxxabbli kkonċernata li tqiegħed lil din tal-aħħar fi stralċ u t-talba għat-tħassir mir-reġistru tal-persuni taxxabbli għall-VAT imressqa minn din il-persuna taxxabbli jikkonfermaw b’mod oġġettiv li l-imsemmija persuna taxxabbli ma tkunx tixtieq tuża iktar l-oġġetti jew is-servizzi li fir-rigward tagħhom il-VAT imħallsa tkun tnaqqset fil-kuntest ta’ attivitajiet ekonomiċi taxxabbli, li jikkostitwixxi modifika, wara d-dikjarazzjoni tal-VAT, tal-elementi meħuda inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-ammont tat-tnaqqis, fis-sens tal-Artikolu 185(1) tad-Direttiva tal-VAT. Din il-qorti tirrileva li tali evalwazzjoni hija kompatibbli mal-Artikolu 69(1) tal-Liġi dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980115">15 ta’ Jannar 1998</DATE>, <NAME.CASE>Ghent Coal Terminal</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑37/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:1">EU:C:1998:1</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Imofloresmira – Investimentos Imobiliários</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑672/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:134">EU:C:2018:134</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑249/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:834">EU:C:2018:834</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li tipprovdi li d-dritt għal tnaqqis jibqa’, fil-prinċipju, akkwistat anki jekk, sussegwentement, minħabba ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tagħha, il-persuna taxxabbli ma tużax oġġetti u servizzi li taw lok għal tnaqqis fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, filwaqt li tenfasizza li persuna taxxabbli żżomm id-dritt għal tnaqqis, meta dan id-dritt jitnissel, anki jekk din il-persuna taxxabbli ma setgħetx, għal raġunijiet indipendenti, tuża l-oġġetti u s-servizzi fl-oriġini tat-tnaqqis fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli. Hija tqis li huwa possibbli li jitqies, skont din il-ġurisprudenza, li, ħlief fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva tal-VAT, id-dritt għal tnaqqis tal-VAT inizjali huwa miżmum u li ma jeżisti ebda obbligu li jsir aġġustament tal-VAT fil-każ fejn l-oġġetti jew is-servizzi ma jkunux intużaw matul l-attività ekonomika kkonċernata minħabba ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tal-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi f’dan ir-rigward dwar jekk id-deċiżjoni ta’ tqegħid fi stralċ tal-persuna taxxabbli kif ukoll it-talba għat-tħassir mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT, li huma ppreżentati, bħala prinċipju, minn din il-persuna taxxabbli, fuq inizjattiva tagħha stess, jippermettux li tiġi kkaratterizzata l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ċirkustanzi indipendenti mir-rieda<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tal-persuna taxxabbli, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 31 ta’ din is-sentenza. Hija tosserva li, f’dan il-każ, Vittamed indikat li d-deċiżjoni li titpoġġa fi stralċ kienet ittieħdet minħabba telf f’żieda kostanti, in-nuqqas ta’ ordnijiet u dħul potenzjali kif ukoll dubji tal-azzjonist uniku fir-rigward tal-profittabbiltà tal-attività ekonomika prevista. L-amministrazzjoni fiskali u l-istituzzjonijiet<?PAGE NO="7"?> l-oħra aditi bit-tilwima fil-kawża prinċipali kkunsidraw li d-deċiżjoni tal-azzjonist uniku ta’ Vittamed li jpoġġi fi stralċ din, kienet ġiet adottata mingħajr ma pprovda l-iċken prova tal-fatt li l-attivitajiet ta’ Vittamed ma kinux profittabbli u li din id-deċiżjoni kif ukoll it-talba għat-tħassir mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT ma kinux jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ċirkustanzi indipendenti mir-rieda<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ta’ Vittamed, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 31 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, filwaqt li tirreferi għall-punt 35 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>ITH Comercial Timişoara</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑734/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:919">EU:C:2020:919</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju tfakkar li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ma huwiex il-kompitu tal-amministrazzjoni fiskali li tevalwa l-fondatezza tal-motivi li wasslu lil persuna taxxabbli tirrinunzja għall-attività ekonomika inizjalment prevista, sakemm is-sistema komuni tal-VAT tiggarantixxi n-newtralità fir-rigward tal-piż fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għanijiet jew mir-riżultati tagħhom, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet ikunu fil-prinċipju huma stess suġġetti għal VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-qorti tar-rinviju tistaqsi kif għandha tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ċirkustanzi indipendenti mir-rieda ta’ persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, fiċ-ċirkustanzi tat-tilwima fil-kawża prinċipali. B’mod partikolari, hija tixtieq tkun taf jekk sempliċi dikjarazzjoni tal-persuna taxxabbli hijiex suffiċjenti għall-finijiet ta’ tali klassifikazzjoni jew jekk huwiex ġeneralment neċessarju li jiġu evalwati dawn iċ-ċirkustanzi meta l-oġġetti jew is-servizzi ma jkunux intużaw u qatt ma jkunu ser jintużaw minħabba t-tpoġġija fi stralċ ta’ din il-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-Qorti tal-Ġustizzja indikat, fil-punt 25 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE> <NAME.CASE>Ryanair</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑249/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:834">EU:C:2018:834</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li d-dritt għal tnaqqis, ladarba tnissel, jibqa’ kweżit anki jekk, sussegwentement, l-attività ekonomika prevista ma twettqitx u, għaldaqstant, ma tatx lok għal tranżazzjonijiet taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li l-persuna taxxabbli ma setgħetx tuża l-oġġetti jew is-servizzi li taw lok għal tnaqqis fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli minħabba ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tagħha. Skont il-qorti tar-rinviju, l-użu tal-konġunzjoni ta’ koordinazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> f’dan il-punt 25 huwa intiż sabiex issir distinzjoni bejn żewġ sitwazzjonijiet distinti minn naħa, dik fejn l-attivitajiet ekonomiċi ma jkunux twettqu wara li jkun tnissel id-dritt għal tnaqqis u, min-naħa l-oħra, dik fejn l-oġġetti jew is-servizzi li fir-rigward tagħhom ikun ġie eżerċitat id-dritt għal tnaqqis ma jkunux intużaw fil-kuntest ta’ attivitajiet ekonomiċi. Issa, il-fatt li oġġetti jew servizzi ma ntużawx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>minħabba ċirkustanzi indipendenti mir-rieda ta’ persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> huwa msemmi biss fit-tieni każ, li ma jkoprix it-tpoġġija fi stralċ ta’ persuna taxxabbli, skont il-qorti tar-rinviju. Din tal-aħħar tirreferi, f’dan ir-rigward, għas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960229">29 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>INZO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑110/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:67">EU:C:1996:67</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva [tal-VAT] għandhom jiġu interpretati fis-sens li, persuna taxxabbli hija (jew ma hijiex) marbuta li taġġusta t-tnaqqis ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi bil-għan tal-produzzjoni ta’ beni kapitali fil-każ fejn dawn il-beni ma jkunux iktar intiżi biex jintużaw matul attivitajiet ekonomiċi taxxabbli għaliex is-sid (azzjonist) tal-persuna taxxabbli jiddeċiedi li jpoġġiha fi stralċ u din il-persuna taxxabbli tippreżenta talba biex titneħħa mir-reġistru tal-persuni suġġetti għall-VAT?</P><?PAGE NO="8"?><P>Ir-risposta għal din id-domanda tiġi affettwata mir-raġunijiet wara d-deċiżjoni ta’ tpoġġija fi stralċ tal-persuna taxxabbli, jiġifieri l-fatt li d-deċiżjoni li l-persuna titpoġġa fi stralċ ittieħdet minħabba żieda fit-telf, l-assenza ta’ ordnijiet u d-dubji tal-azzjonist fir-rigward tal-profittabbiltà tal-attività ekonomika ppjanata (intiża)?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, minn naħa, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli għandha l-obbligu li taġġusta t-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa u relatata mal-akkwist ta’ oġġetti jew ta’ servizzi intiżi sabiex jipproduċu beni kapitali, fil-każ fejn, minħabba d-deċiżjoni tal-proprjetarju jew tal-azzjonist uniku ta’ din il-persuna taxxabbli li tpoġġi din tal-aħħar fi stralċ, kif ukoll it-talba u l-kisba tat-tneħħija tal-imsemmija persuna taxxabbli mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT, il-beni kapitali maħluqa ma ġewx użati fil-kuntest ta’ attivitajiet ekonomiċi taxxati u ma humiex ser ikunu qatt. Min-naħa l-oħra, hija tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-raġunijiet li jippermettu li tiġi ġġustifikata d-deċiżjoni ta’ tpoġġija fi stralċ tal-istess persuna taxxabbli u, għaldaqstant, l-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli prevista, bħal telf f’żieda kostanti, in-nuqqas ta’ ordnijiet u d-dubji tal-azzjonist tal-persuna taxxabbli fir-rigward tal-profittabbiltà tal-attività ekonomika prevista, għandhomx effett fir-rigward tal-obbligu ta’ din tal-aħħar li taġġusta t-tnaqqis tal-VAT ikkonċernat. Fl-aħħar nett, hija tistaqsi jekk is-sempliċi dikjarazzjoni mill-persuna taxxabbli kkonċernata dwar l-eżistenza ta’ dawn il-motivi hijiex suffiċjenti jew jekk, għall-kuntrarju, l-eżistenza tal-imsemmija motivi għandhiex tiġi stabbilita permezz ta’ provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt tal-persuni taxxabbli li jnaqqsu mill-VAT li huma għandhom iħallsu l-VAT tal-input dovuta jew imħallsa għall-oġġetti akkwistati u għas-servizzi rċevuti minnhom tal-input jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Biosafe - Indústria de Reciclagens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:249">EU:C:2018:249</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Is-sistema tat-tnaqqis hija intiża sabiex tillibera lill-persuna taxxabbli kompletament mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħha kollha. Is-sistema komuni tal-VAT, konsegwentement, tiggarantixxi n-newtralità f’dak li jirrigwarda l-oneru fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għanijiet jew mir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet, bil-kundizzjoni li l-imsemmija attivitajiet ikunu, bħala prinċipju, huma nnifishom suġġetti għall-VAT (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Finanzamt Bad Neuenahr-Ahrweiler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑374/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:546">EU:C:2020:546</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat repetutament, id-dritt għal tnaqqis previst fl-Artikoli 167 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tad-Direttiva dwar il-VAT jagħmel parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u fil-prinċipju ma jistax jiġi limitat. B’mod partikolari, dan id-dritt jiġi eżerċitat immedjatament għat-taxxi kollha imposti fuq it-tranżazzjonijiet tal-input imwettqa (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Biosafe - Indústria de Reciclagens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑8/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:249">EU:C:2018:249</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fis-sistema komuni tal-VAT, jistgħu jitnaqqsu biss it-taxxi tal-input fuq oġġetti jew servizzi użati mill-persuni taxxabbli għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħhom. It-tnaqqis tat-taxxi tal-input huwa marbut mal-ġbir tat-taxxi tal-output (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Finanzamt Bad Neuenahr-Ahrweiler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑374/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:546">EU:C:2020:546</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li huwa x-xiri tal-oġġetti jew tas-servizzi minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali li jiddetermina l-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT u, għaldaqstant, tal-mekkaniżmu ta’ tnaqqis. L-użu li jsir mill-oġġetti jew mis-servizzi, jew li huwa maħsub għalihom, jiddetermina biss il-portata tat-tnaqqis inizjali li din il-persuna taxxabbli għandha dritt għalih skont l-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-VAT u l-portata ta’ eventwali aġġustamenti matul il-perijodi sussegwenti, iżda ma jaffettwax it-tnissil tad-dritt għal tnaqqis (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>ITH Comercial Timișoara</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑734/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:919">EU:C:2020:919</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament ukoll li d-dritt għal tnaqqis, ladarba twieled, jibqa’ kweżit anki jekk, sussegwentement, l-attività ekonomika prevista ma twettqitx u, għaldaqstant, ma tatx lok għal tranżazzjonijiet taxxabbli (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960229">29 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>INZO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:67">EU:C:1996:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:834">EU:C:2018:834</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jew jekk, minħabba ċirkustanzi li ma humiex relatati mal-volontà tagħha, il-persuna taxxabbli ma setgħetx tuża l-oġġetti jew is-servizzi li taw lok għal tnaqqis fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980115">15 ta’ Jannar 1998</DATE>, <NAME.CASE>Ghent Coal Terminal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑37/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:1">EU:C:1998:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:834">EU:C:2018:834</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>ITH Comercial Timişoara</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑734/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:919">EU:C:2020:919</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Interpretazzjoni oħra tkun kuntrarja għall-prinċipju tan-newtralità tal-VAT fir-rigward tal-piż fiskali tal-impriża. Din tkun tista’ toħloq, fit-trattament fiskali tal-istess attivitajiet ta’ investiment, differenzi mhux iġġustifikati bejn impriżi li diġà jwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli u oħrajn li qegħdin ifittxu, permezz ta’ investimenti, li jibdew attivitajiet li jkunu sors ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli. Bl-istess mod, ikunu stabbiliti wkoll differenzi arbitrarji bejn dawn l-impriżi tal-aħħar sa fejn l-aċċettazzjoni definittiva tat-tnaqqis tkun tiddependi mill-kwistjoni ta’ jekk tali investimenti jirriżultawx fi tranżazzjonijiet intaxxati jew le (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960229">29 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>INZO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑110/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:67">EU:C:1996:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:834">EU:C:2018:834</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tal-kwistjoni dwar kif il-prinċipju enfasizzat fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960229">29 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>INZO</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑110/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:67">EU:C:1996:67</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jgħid li d-dritt għal tnaqqis jinkiseb anki jekk tiġi mitmuma attività qabel ma tagħti lok għal tranżazzjonijiet taxxabbli, għandu jiġi kkombinat mar-regoli tad-Direttiva tal-VAT relatati mal-aġġustament tat-tnaqqis, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, iddeċidiet li l-mekkaniżmu ta’ aġġustament previst fl-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva tal-VAT jagħmel parti mis-sistema ta’ tnaqqis tal-VAT stabbilita minn din id-direttiva u għandha l-għan li tistabbilixxi relazzjoni stretta u diretta bejn id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa u l-użu tal-oġġetti u tas-servizzi kkonċernati għal tranżazzjonijiet intaxxati fl-output. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li, meta oġġetti jew servizzi akkwistati minn persuna taxxabbli jintużaw għall-bżonnijiet ta’ tranżazzjonijiet eżentati jew li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, ma jkun hemm la l-ġbir tat-taxxa tal-output u lanqas tnaqqis tat-taxxa tal-input (digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210518">18 ta’ Mejju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Skellefteå Industrihus</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑248/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:394">EU:C:2021:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li l-Artikolu 184 tad-Direttiva tal-VAT jiddefinixxi t-tnissil tal-obbligu ta’ aġġustament tal-VAT bl-iktar mod wiesa’ possibbli u li l-formulazzjoni tiegħu ma teskludi <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> ebda ipoteżi prevedibbli ta’ tnaqqis indebitu, peress li l-portata ġenerali tal-obbligu ta’ aġġustament hija kkonfermata mil-lista espressa tal-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 185(2) ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210518">18 ta’ Mejju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Skellefteå Industrihus</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑248/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:394">EU:C:2021:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li, meta, minħabba ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tagħha, il-persuna taxxabbli ma tużax servizz jew oġġett bħal immobbli, li jkun ta lok għal tnaqqis fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, ma huwiex biżżejjed, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>tibdil<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 185 tad-Direttiva tal-VAT, li tali immobbli baqa’ vojt, wara x-xoljiment ta’ kuntratt ta’ kiri li huwa s-suġġett tiegħu, anki jekk dan iseħħ, anki jekk jiġi pprovat li din il-persuna taxxabbli għandha dejjem l-intenzjoni li tuża din l-attività ntaxxata u tieħu l-passi neċessarji għal dan l-effett, għaliex din terġa’ tirrestrinġi d-dritt għal tnaqqis permezz ta’ dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam ta’ aġġustamenti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Imofloresmira - Investimentos Imobiliários</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑672/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:134">EU:C:2018:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210518">18 ta’ Mejju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Skellefteå Industrihus</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑248/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:394">EU:C:2021:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, jekk il-persuna taxxabbli ma jkollhiex iktar l-intenzjoni li tuża l-oġġetti jew is-servizzi kkonċernati sabiex twettaq tranżazzjonijiet taxxabbli tal-output jew tużahom sabiex twettaq tranżazzjonijiet eżentati, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, ir-relazzjoni stretta u diretta li għandha teżisti bejn id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa u t-twettiq ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli previsti hija miksura, u għandha tagħti lok għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ aġġustament previst fl-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva tal-VAT (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210518">18 ta’ Mejju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Skellefteå Industrihus</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑248/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:394">EU:C:2021:394</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li, minħabba li tpoġġiet fi stralċ, minn naħa, u t-tħassir tagħha mir-reġistru tal-persuni taxxabbli mill-VAT, min-naħa l-oħra, il-persuna taxxabbli kkonċernata ma għandhiex iktar l-intenzjoni li tuża l-beni kapitali maħluqa għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, u dan b’mod definittiv. Peress li din is-sitwazzjoni hija kkonfermata, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkonstatat li r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>relazzjoni mill-qrib u diretta<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, li għandha teżisti bejn id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa u t-twettiq ta’ tranżazzjonijiet intaxxati tal-output, hija tterminata, u li l-mekkaniżmu ta’ aġġustament previst fl-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva tal-VAT għandu japplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li jista’ jkun mod ieħor fil-każ fejn it-tpoġġija fi stralċ tal-persuna taxxabbli kkonċernata madankollu wassal għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, pereżempju l-bejgħ ta’ assi għall-finijiet tat-tneħħija tad-dejn tagħha, anki jekk dan ma jaqax taħt l-attività ekonomika inizjalment prevista minn din il-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-attività li għandha tiġi kkunsidrata fiha nnifisha, indipendentement mill-għanijiet jew mir-riżultati tagħha, is-sempliċi fatt li l-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment fir-rigward ta’ persuna taxxabbli jbiddel, skont il-modalitajiet previsti f’dan ir-rigward fid-dritt intern, l-għanijiet tat-tranżazzjonijiet ta’ din il-persuna taxxabbli, fis-sens li dawn l-għanijiet ma jinkludux iktar l-isfruttament sostenibbli tal-impriża tagħha, iżda jirrigwardaw biss l-istralċ tagħha għall-finijiet tal-likwidazzjoni tad-dejn segwit mix-xoljiment tagħha, ma jistax, fih innifsu, jaffettwa n-natura ekonomika tat-tranżazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta’ din l-impriża (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> <NO.CASE>C‑182/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:442">EU:C:2021:442</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ u tiddeċiedi li l-Artikoli 184 sa 186 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprekludu leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li biha l-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment fir-rigward ta’ operatur ekonomiku, li jimplika l-istralċ tal-assi tiegħu favur il-kredituri tiegħu, iwassal awtomatikament għall-obbligu ta’ dan l-operatur li jaġġusta t-tnaqqis tal-VAT li huwa jkun wettaq għal oġġetti u servizzi akkwistati qabel ma jkun tqiegħed taħt falliment, meta l-ftuħ<?PAGE NO="11"?> ta’ din il-proċedura ma tkunx ta’ natura li tostakola l-attività ekonomika tal-imsemmi operatur, fis-sens tal-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, tiġi segwita b’mod partikolari għall-finijiet tal-istralċ tal-impriża kkonċernata (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> <NO.CASE>C‑182/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:442">EU:C:2021:442</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-oġġetti jew is-servizzi tal-persuna taxxabbli baqgħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>mhux mibjugħa<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel parti tad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna taxxabbli għandha l-obbligu li taġġusta t-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa relatata mal-akkwist ta’ oġġetti jew ta’ servizzi intiżi sabiex jipproduċu beni kapitali, fil-każ fejn, minħabba d-deċiżjoni tal-proprjetarju jew tal-azzjonist uniku ta’ din il-persuna taxxabbli li tpoġġi din tal-aħħar fi stralċ, kif ukoll tat-talba u l-ksib ta’ tħassir tal-imsemmija persuna taxxabbli mir-reġistru tal-persuna taxxabbli suġġetti għal VAT, il-beni kapitali maħluqa ma ġewx użati fil-kuntest ta’ attivitajiet ekonomiċi ntaxxati u li mhux ser ikunu qatt, li huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikoli 167, 168, 184 u 185 tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input fuq oġġetti jew servizzi akkwistati sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli jinżamm meta l-proġetti kapitali inizjalment previsti jkunu ġew abbandunati minħabba ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tal-persuna taxxabbli u meta ma jkunx hemm lok li ssir aġġustament ta’ din il-VAT jekk il-persuna taxxabbli jkollha dejjem l-intenzjoni li tuża dawn l-oġġetti għall-finijiet ta’ attività ntaxxata (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>ITH Comercial Timişoara</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑734/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:919">EU:C:2020:919</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>L-applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza tippreżumi li l-persuna taxxabbli dejjem ikollha l-intenzjoni li tuża l-imsemmija oġġetti jew servizzi għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, kundizzjoni li ma tidhirx issodisfatta f’każ bħal dak tat-tilwima fil-kawża prinċipali, fejn, kif jirriżulta mit-talba għal deċiżjoni preliminari, il-persuna taxxabbli tpoġġiet fi stralċ u tħassret mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li t-tpoġġija fi stralċ tal-persuna taxxabbli u, għaldaqstant, l-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli prevista jistgħu eventwalment jiġu ġġustifikati minn motivi li jistgħu jiġu kklassifikati bħala ċirkustanzi li ma jaqgħux taħt ir-rieda tagħha ma jaffettwax l-obbligu ta’ din tal-aħħar li taġġusta t-tnaqqis tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma huwiex il-kompitu tal-amministrazzjoni fiskali li tevalwa l-fondatezza tal-motivi li wasslu lill-persuna taxxabbli tirrinunzja għall-attività ekonomika inizjalment prevista, peress li s-sistema komuni tal-VAT tiggarantixxi n-newtralità fir-rigward tal-piż fiskali tal-attivitajiet ekonomiċi kollha, irrispettivament mill-għanijiet jew mir-riżultati tagħhom, bil-kundizzjoni li dawn l-attivitajiet ikunu, bħala prinċipju, huma stess suġġetti għall-VAT (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>ITH Comercial Timişoara</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑734/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:919">EU:C:2020:919</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, ma huwiex neċessarju li tiġi eżaminata t-tieni parti tad-domanda għall-kumplament, jew il-kwistjoni dwar jekk is-sempliċi dikjarazzjoni tar-raġunijiet li ġġustifikaw id-deċiżjoni li l-persuna taxxabbli titpoġġa fi stralċ, hijiex suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda magħmula għandha tkun li r-raġunijiet li jippermettu li tiġi ġġustifikata d-deċiżjoni ta’ tpoġġija fi stralċ tal-istess persuna taxxabbli, u, għaldaqstant, l-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli prevista, bħal telf f’żieda kostanti, in-nuqqas ta’ ordnijiet u d-dubji tal-azzjonist tal-persuna taxxabbli fir-rigward tal-profittabbiltà tal-attività ekonomika prevista, huma irrilevanti fir-rigward tal-obbligu ta’ din tal-aħħar li taġġusta t-tnaqqis tal-VAT ikkonċernat, peress li din il-persuna taxxabbli ma għandhiex iktar l-effett li tuża l-imsemmija beni kapitali għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva tal-VAT tal-input imħallsa u relatata mal-akkwist ta’ oġġetti jew ta’ servizzi intiżi sabiex jipproduċu beni kapitali, fil-każ fejn, minħabba d-deċiżjoni tal-proprjetarju jew tal-azzjonist uniku ta’ din il-persuna taxxabbli li tpoġġi din tal-aħħar fi stralċ, kif ukoll tat-talba u l-ksib tat-tħassir tal-imsemmi persuna taxxabbli mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT, il-beni kapitali maħluqa ma ġewx użati fil-kuntest ta’ attivitajiet ekonomiċi ntaxxati u mhux ser ikunu qatt. Ir-raġunijiet li jippermettu li tiġi ġġustifikata d-deċiżjoni ta’ tpoġġija fi stralċ tal-istess persuna taxxabbli, u, għaldaqstant, l-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli prevista, bħal telf f’żieda kostanti, in-nuqqas ta’ ordnijiet u d-dubji tal-azzjonist tal-persuna taxxabbli fir-rigward tal-profittabbiltà tal-attività ekonomika prevista, huma irrilevanti fir-rigward tal-obbligu ta’ din tal-aħħar li taġġusta t-tnaqqis tal-VAT ikkonċernat, peress li din il-persuna taxxabbli ma għandhiex iktar l-intenzjoni, u dan b’mod definittiv, li tuża’ l-imsemmija beni kapitali għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">persuna taxxabbli għandha l-obbligu li taġġusta t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa relatata mal-akkwist ta’ oġġetti jew ta’ servizzi intiżi sabiex jipproduċu beni kapitali, fil-każ fejn, minħabba d-deċiżjoni tal-proprjetarju jew tal-azzjonist uniku ta’ din il-persuna taxxabbli li tpoġġi din tal-aħħar fi stralċ, kif ukoll tat-talba u l-ksib tat-tħassir tal-imsemmi persuna taxxabbli mir-reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT, il-beni kapitali maħluqa ma ġewx użati fil-kuntest ta’ attivitajiet ekonomiċi ntaxxati u mhux ser ikunu qatt.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-raġunijiet li jippermettu li tiġi ġġustifikata d-deċiżjoni ta’ tpoġġija fi stralċ tal-istess persuna taxxabbli, u, għaldaqstant, l-abbandun tal-attività ekonomika taxxabbli prevista, bħal telf f’żieda kostanti, in-nuqqas ta’ ordnijiet u d-dubji tal-azzjonist tal-persuna taxxabbli fir-rigward tal-profittabbiltà tal-attività ekonomika prevista, huma irrilevanti fir-rigward<?PAGE NO="13"?> tal-obbligu ta’ din tal-aħħar li taġġusta t-tnaqqis tal-VAT ikkonċernat, peress li din il-persuna taxxabbli ma għandhiex iktar l-intenzjoni, u dan b’mod definittiv, li tuża’ l-imsemmija beni kapitali għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>