Official Journal L 331 , 03/12/1997 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2396/97 tat-2 ta’ Diċembru 1997 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1068/97 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu, Billi, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Istati Membri bagħtu lill-Kummissjoni applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti ismijiet bħala indikazzjonijiet ġeografiċi jew denominazzjoni ta’ l-oriġini; Billi l-applikazzjonijiet instabu, skond l-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, illi jħarsu dan ir-Regolament, b’mod partikulari għaliex fihom il-partikolaritajiet kollha pprovduti fl-Artikolu 4 tiegħu; Billi ma tressqet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni lil-Kummissjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament wara l-pubblikazzjoni ta’ l-isem iddikjarat fl-Anness ma' hawnfil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewopej [3]; Billi dan l-isem għandu kif approprjat jiddaħħal fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u għandu għalhekk ikun protett fil-Komunità kollha bħala indikazzjoni ġeografika, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-isem fl-Anness ma’ hawn huwa hawnhekk miżjud fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2400/96 [4] u mdaħħal fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" bħala indikazzjoni ġeografika protetta (PGI) kif ipprovvdut fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Diċembru 1997. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1. [2] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10. [3] ĠU C 109, tat-8.4.1997, p. 5. [4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11. -------------------------------------------------- L-ANNESS IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS II TAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM Il-Laħam frisk u l-ġewwieni: Il-PORTUGALL: - Borrego do Baixo Alentejo (IGP) --------------------------------------------------