02018D0279 — MT — 10.11.2020 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/279 tal-20 ta' Frar 2018 (ĠU L 054 24.2.2018, p. 14) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1662 tat-3 ta’ Novembru 2020 |
L 374 |
6 |
10.11.2020 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/279
tal-20 ta' Frar 2018
li tawtorizza lil Malta biex tapplika miżura speċjali ta' deroga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
Artikolu 1
B'deroga mill-punt 13 tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, Malta hija awtorizzata li teżenta mill-VAT lil persuni taxxabbli li l-attività ekonomika tagħhom tkun tikkonsisti prinċipalment fil-provvista ta' servizzi b'valur miżjud għoli (inputs baxxi) u li l-fatturat annwali tagħhom ma jkunx ogħla minn EUR 20 000 .
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Malta.