European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2332

15.10.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2332

tal-15 ta’ Ottubru 2026

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 u tad-19 ta' Ġunju 2026, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid l-appoġġ sod u persistenti tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment. Il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Unjoni ser tkompli tipprovdi, f'koordinazzjoni ma' sħab u alleati tal-istess fehma, appoġġ politiku, finanzjarju, ekonomiku, umanitarju, militari u diplomatiku komprensiv lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha. Il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-eskalazzjoni serja mir-Russja, inkluż attakki bil-missili u bid-droni fuq skala kbira kontra persuni ċivili fl-Ukrajna. Il-Kunsill Ewropew esprima wkoll ir-rieda tal-Unjoni li żżid il-pressjoni fuq ir-Russja, inkluż billi tadotta aktar sanzjonijiet.

(3)

Fid-dawl tal-aggressjoni kontinwa u li qed teskala tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-Kunsill iqis li huwa meħtieġ li jiġu adottati aktar miżuri restrittivi.

(4)

B'mod partikolari, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li tliet persuni u disa’ entitajiet jiżdiedu fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/oj).


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“2942.

Dmitry Mikhailovich CHUDOVSKY

bir-Russu: Дмитрий Михайлович ЧУДОВСКИЙ

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' Movers Group LLC

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 780108433514

Entità assoċjata: Movers Group LLC

Dmitry Chudovsky huwa d-Direttur Ġenerali tal-kumpanija tal-konsenja ta' merkanzija Movers Group LLC, li topera wkoll bl-isem Movers Logistics LLC.

Movers Group LLC hija kumpanija tal-konsenja ta' merkanzija bbażata fil-Federazzjoni Russa involuta fl-importazzjoni parallela fil-Federazzjoni Russa ta' oġġetti soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni. Fil-kapaċità tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali ta’ Movers Group LLC, Dmitry Chudovsky huwa involut b'mod attiv fiċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni billi jiffaċilita t-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-konsenja ta' oġġetti projbiti tal-Unjoni lejn il-Federazzjoni Russa permezz ta' sħubijiet ma' pajjiżi terzi.

Għalhekk, Dmitry Chudovsky qed ifixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

15.10.2026

2943.

Ivanna Aleksandrovna SAVCHUK

bir-Russu: Иванна, Александровна, САВЧУК

Funzjoni: Azzjonista ta' DT Inier LLC

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: (INN): 771533959565

Sit web: https://inier.ru/

Entità assoċjata: DT Inier LLC

Ivanna Savchuk hija azzjonista maġġoritarja ta' DT Inier LLC. Dik il-kumpanija hija aġent doganali Russu liċenzjat u operatur loġistiku b'ċiklu sħiħ. DT Inier LLC tirreklama soluzzjonijiet ta' ‘akkwist lest għall-użu’ imfassla biex jevitaw miżuri restrittivi tal-kummerċ internazzjonali għan-negozji Russi li jfittxu oġġetti barranin speċifiċi. DT Inier LLC hija involuta b'mod attiv fi skema deċentralizzata mmirata lejn iċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Permezz tan-network tagħha ta' kumpaniji fittizji internazzjonali, DT Inier LLC hija involuta fil-konsenja ta' oġġetti projbiti tal-Unjoni lejn il-Federazzjoni Russa. DT Inier LLC tassisti wkoll fil-koordinament tat-termini tat-tranżazzjoni u tiffaċilita l-ħlas fir-rigward tal-oġġetti nnegozjati.

Għalhekk, Ivanna Savchuk qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

15.10.2026

2944.

Svetlana Ivanovna GUMENYUK

bir-Russu: Светлана Ивановна ГУМЕНЮК

Funzjoni: Direttur u Fundatur ta' PV Bridge LLC u United Stream LLC

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

INN: 504792251110

Entitajiet assoċjati: United Stream LLC; PV Bridge LLC

Svetlana Gumenyuk hija d-Direttur u l-Fundatur ta' PV Bridge LLC u United Stream LLC. Dawk il-kumpaniji jipprovdu network ta' kumpaniji fittizji f'pajjiżi terzi, li jiffaċilitaw l-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet u l-importazzjoni bil-moħbi ta' oġġetti mill-Unjoni lejn il-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, Svetlana Gumenyuk qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

15.10.2026”;

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1836.

Movers Group LLC

magħrufa wkoll bħala Movers Logistics LLC

bir-Russu: ООО ‘МУВЕРС ГРУПП’

magħrufa wkoll bħala ООО ‘Муверс Логистикс’

Indirizz: 199226, St. Petersburg, Galerny passage, 5, building a, premises 21-n room. Nru 5

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data ta' reġistrazzjoni: 28.7.2017

Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7805711641

OGRN: 1177847256608

KPP: 780101001

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Indirizz elettroniku: client@movers-group.com

Telefown: (+7 981) 011-32-73

Sit web: https://www.movers-group.com/

Individwu assoċjat: Dmitry Chudovsky

Movers Group LLC hija kumpanija tal-konsenja ta' merkanzija bbażata fil-Federazzjoni Russa. Permezz li torganizza t-trasport ta’ oġġetti soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni lejn il-Federazzjoni Russa u tranżazzjonijiet finanzjarji relatati, Movers Group LLC hija involuta fl-importazzjoni parallela ta' oġġetti soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni fil-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, Movers Group LLC qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

15.10.2026

1837.

DT Inier LLC

bir-Russu: ООО ‘ДТ ИНЦЕТ’

Indirizz: Moscow, Altufyevsk highway, 44, Russian Federation; 180005, Pskov region, city Pskov, Zonal Highway, 46, office 11 special exhibition hall, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data ta' reġistrazzjoni: 22.10.2002

Numri tar-reġistrazzjoni:

OGRN: 1027739430465

INN: 7713279799

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Indirizz elettroniku: inier@tdi.ru

Telefown: +7 (495) 278-33-33; +7 (495) 278-77-77; (+7 499) 159-30-30

Sit web: https://inier.ru/

DT Inier LLC hija aġent doganali Russu liċenzjat u operatur loġistiku ta' ċiklu sħiħ. DT Inier LLC tirreklama soluzzjonijiet ta' ‘akkwist lest għall-użu’ imfassla biex jevitaw miżuri restrittivi tal-kummerċ internazzjonali għan-negozji Russi li jfittxu oġġetti barranin speċifiċi. DT Inier LLC hija involuta b'mod attiv fi skema deċentralizzata mmirata lejn iċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Permezz tan-network tagħha ta' kumpaniji fittizji internazzjonali, DT Inier LLC tiffaċilita l-importazzjoni ta' oġġetti soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni lejn il-Federazzjoni Russa billi torganizza u tiġġestixxi rotot ta' trasport indiretti permezz ta' pajjiżi terzi, akkumpanjati minn arranġamenti addizzjonali loġistiċi u ta' dokumentazzjoni. DT Inier LLC hija s-sid ta' mħażen fl-Ewropa, li minnhom joriġinaw ir-rotot tat-trasport. DT Inier LLC ‘tassisti fil-koordinament tat-termini tat-tranżazzjoni u tiffaċilita l-pagament fir-rigward tal-oġġetti nnegozjati.’

Għalhekk, DT Inier LLC qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

15.10.2026

1838.

Begler Tekstil Insaat Elektronik ve Dis Ticaret Ltd. Sti

Begler Tekstil İnşaat Elektronik ve Dış Ticaret Limited Şirketi (Ltd Şti)

Indirizz: Kemalpasa Mah. Aga Yokusu Sok. Nru: 19, Ic Kapi No: 105, Fatih, 34134 Istanbul, Türkiye

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Türkiye

Numru tar-reġistrazzjoni: 341459-5

NIT: 9909652962

KPP: 770287001

Post Prinċipali tan-Negozju: Türkiye

Sit web: https://beglercompany.com

Begler Tekstil Insaat Elektronik ve Dis Ticaret Ltd. Sti. hija kumpanija tal-kummerċ u tal-loġistika li topera permezz ta’ network globali. Dik il-kumpanija hija involuta fil-kummerċ barrani u l-akkwist ta' prodotti lejn ir-Federazzjoni Russa.soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Għalhekk, Begler Tekstil Insaat Elektronik ve Dis Ticaret Ltd. Sti. qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

15.10.2026

1839.

United Stream LLC

bir-Russu: ООО ‘Юнайтед Стрим’

Indirizz: Rubtsovaskaya embankment, 3 p. 1, room 7/1/5, 105082 Moscow City, Russian Federation; Chapaeva Street 15, Corp 2, lit V, 197046 Saint Petersburg, Russian Federation

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data ta' reġistrazzjoni: 11.3.2026

NIT: 9701326060

OKPO: 58393990

OGRN: 1267700083529

KPP: 770101001

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Indirizz elettroniku: pay2@unitedstream.ru

Telefown: 8 800 550-65-93

Sit web: https://unitedstream.ru/

United Stream LLC hija kumpanija tas-servizzi finanzjarji rreġistrata fil-Federazzjoni Russa. Dik il-kumpanija taġixxi bħala aġent ta' pagament u intermedjarja għaċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji tal-Unjoni. United Stream LLC hija parti min-network tal-entità elenkata ‘PV Bridge LLC’, u ż-żewġ entitajiet jikkondividu l-istess ġestjoni u fundatur. Permezz tan-network tagħha ta' kumpaniji fittizji f'pajjiżi terzi, United Stream LLC tiffaċilita l-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet u l-importazzjoni bil-moħbi ta' oġġetti soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni mill-Unjoni lejn ir-Russja.

Għalhekk, United Stream LLC qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

15.10.2026

1840.

HURUS TRADE FZE

Indirizz: Dubai, United Arab Emirates

Post tar-reġistrazzjoni: United Arab Emirates

Post prinċipali tan-negozju: United Arab Emirates

Individwi assoċjati: Tahir Garayev; Etibar Eyyub; Igor Sechin

HURUS TRADE FZE huwa intermedjarju kummerċjali fis-settur taż-żejt mhux maħdum, li jforni żejt mhux maħdum ta' oriġini Russa lill-Indja, b’mod partikolari lil Nayara Energy Limited, entità elenkata taħt il-miżuri restrittivi tal-Unjoni. HURUS TRADE FZE huwa marbut ma' network konness man-negozjanti Ażerbajġani Etibar Eyyub u Tahir Garayev, it-tnejn elenkati taħt miżuri restrittivi tal-Unjoni. HURUS TRADE FZE jopera fis-settur tal-enerġija, li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, HURUS TRADE huwa entità involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li hija responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

15.10.2026

1841.

Medse Group LLC

Bit-Tork: Medse Group Saglik Insaat Ithalat Ihracat Ve Ticaret Limited Şirketi (Ltd Sti)

bir-Russu: ООО ‘Мэдсе Груп’

Indirizz: Ostim OSB Mah. 100. Year Boulevard No: 55 B Blok 21 Numara Yenimahalle, 06374 Ankara, Türkiye

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Türkiye

Data ta' reġistrazzjoni: 2020

Numru tar-reġistrazzjoni: 469300

Identifikazzjoni tat-Taxxa: 61415256212

Post prinċipali tan-negozju: Türkiye

Indirizz elettroniku: info@medsegroup.com

Telefown: (+90 501) 349-61-14

Sit web: https://medsegroup.com; https://xn--c1abd0asfet8f.xn--p1ai/; https://мэдсегруп.рф

Medse Group LLC hija kumpanija tal-importazzjoni li topera permezz ta’ network korporattiv globali f'diversi pajjiżi. Dik il-kumpanija hija involuta fl-akkwist u l-kummerċ barrani ta' prodotti soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Medse Group LLC hija involuta b'mod attiv fiċ-ċirkomvenzjoni ta' miżuri restrittivi tal-Unjoni billi tiffaċilita tranżazzjonijiet finanzjarji internazzjonali permezz ta' sħubijiet ma' istituzzjonijiet finanzjarji Russi ewlenin u tiffaċilita l-konsenja ta' oġġetti lejn il-Federazzjoni Russa li huma soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Għalhekk, Medse Group LLC qed tfixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 833/2014.

15.10.2026

1842.

DIS Logistics DMCC

Indirizz: Unit 1302-D3, Tiffany Towers, Plot JLT-PH2-W2A, Jumeirah Lakes Towers, Dubai, United Arab Emirates

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: United Arab Emirates

Data ta' reġistrazzjoni: 22.7.2020

Post prinċipali tan-negozju: United Arab Emirates

DIS Logistics DMCC hija kumpanija bbażata f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Dik il-kumpanija tiġġestixxi bastimenti li huma parti mill-flotta mistura Russa involuti fit-trasport ta' żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa filwaqt li jwettqu prattiki ta' tbaħħir irregolari u ta' riskju għoli, bħan-navigazzjoni mingħajr sinjal tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS).

Għalhekk, DIS Logistics DMCC tiġġestixxi bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw fir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja u li jwettqu prattiki ta' tbaħħir irregolari u ta' riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

15.10.2026

1843.

Vigor Marine Services LLP

Indirizz: Shop 113, Plot 9, Bhoomi Mall, Sector 15, CBD Belapur, Mumbai, 400614, India

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: India

Data ta' reġistrazzjoni: 2024

Post prinċipali tan-negozju: India

Vigor Marine Services LLP hija kumpanija tat-tbaħħir ibbażata f'Mumbai, l-Indja. Dik il-kumpanija hija l-maniġer ta' żewġ bastimenti involuti fit-trasport ta' żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa u li jwettqu prattiki ta' tbaħħir irregolari u ta' riskju għoli, bħan-nuqqas ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà adegwata, jinvolvu ruħhom fi trasferimenti minn vapur għal vapur u jimmanipulaw is-Sistemi ta' Identifikazzjoni Awtomatika tal-bastimenti.

Għalhekk, Vigor Marine Services LLP tiġġestixxi u topera bastimenti li jittrasportaw żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw fir-Russja jew jiġu esportati mir-Russja u li jwettqu prattiki ta' tbaħħir irregolari u ta' riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192(33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

15.10.2026

1844.

Shiva Shipping Ltd

Indirizz: Aarti Chambers, 102, La Ciotat, Mont Fleuri, Mahe Island, Seychelles

Tip ta' entità: Kumpanija b'Responsabbiltà Limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Seychelles

Numru tar-reġistrazzjoni: 0137837

Shiva Shipping Ltd hija kumpanija stabbilita fil-Gżira ta' Mahe, is-Seychelles. Dik il-kumpanija hija s-sid u l-maniġer irreġistrat ta' bastiment involut fit-trasport ta' żejt mhux maħdum jew prodotti tal-petroleum li joriġinaw fil-Federazzjoni Russa u li jwettaq prattiki ta' tbaħħir irregolari u ta' riskju għoli, bħan-nuqqas ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà adegwata u n-nuqqas ta' operazzjoni taħt politika trasparenti ta' governanza korporattiva.

Għalhekk, Shiva Shipping Ltd hija s-sid ta' u tiġġestixxi bastiment li jittrasporta żejt mhux maħdum li joriġina fir-Russja u li jwettaq prattiki ta' tbaħħir irregolari u ta' riskju għoli kif stipulat fir-Riżoluzzjoni A.1192 (33) tal-Assemblea Ġenerali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

15.10.2026”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2332/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)