|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1856 |
27.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/1856
tal-24 ta’ Lulju 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 (1), li stabbiliet Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) b’mandat sad-19 ta’ Settembru 2018. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Lulju 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1341 (2), li estendiet il-mandat tal-EUTM RCA sad-19 ta’ Settembru 2026. |
|
(3) |
Fis-26 ta’ Ġunju 2026, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-EUTM RCA jiġi estiż bi tliet xhur sal-31 ta’ Diċembru 2026 biex jippermetti t-tlestija tar-rieżami strateġiku olistiku tal-EUTM RCA u tal-Missjoni Konsultattiva tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. |
|
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
L-EUTM RCA ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ xxekkel l-ilħuq tal-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej: “9. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perjodu mill-20 ta’ Settembru 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2026 għandu jkun ta’ EUR 1,54 miljun. Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 51(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 għandu jkun 0 % f’impenji u 0 % għall-pagamenti.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-mandat tal-EUTM RCA għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2026.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BYRNE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/610/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1341 tat-8 ta’ Lulju 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L, 2025/1341, 9.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1341/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1856/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)