Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir‑Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22).
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi d‑Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, ir‑Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l‑Artikolu 63 ta’ din id-direttiva.
2) Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.