Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 1 - L-Istituzzjonijiet - Sezzjoni 5 - Qorti ta' l-Awdituri . - Artikolu 247
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0150 - 0151
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0129 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0276 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0064 - Consolidated version
Artikolu 247 1. Il-Qorti ta' l-Awdituri hija komposta minn ċittadin ta' kull Stat Membru. 2. Il- Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom ikunu magħżula minn fost persuni li jagħmlu parti jew kienu jagħmlu parti, fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, minn korpi esterni ta’ verifika jew li huma kkkwalifikati b'mod speċjali għal din il-kariga. Għandhom joffru kull garanzija ta' ndipendenza. 3. Il-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri jinħatru għal perjodu ta’ sitt snin. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, jadotta l-lista tal-Membri magħmula skond il-proposti mressqa minn kull Stat Membru. Il-mandat tal-Membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri jista’ jiġġedded. Huma jaħtru minn fosthom il-Pesident tal-Qorti ta' l-Awdituri għal perjodu ta’ tliet snin. Il-President jista’ jerġa’ jinħatar. 4. Il-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom ikunu, fl-interess ġenerali tal-Komunità, għal kollox indipendenti fil-qadi tad-doveri tagħhom. Fil-qadi ta’ dawn id-doveri, la jistgħu jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor. Għandhom jastjenu minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-doveri tagħhom. 5. Il-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri ma jistgħux, matul iż-żmien tal-kariga tagħhom, jagħmlu xogħol ieħor, sew jekk bi ħlas sew jekk le. Fil-bidu tal-kariga tagħhom għandhom iwegħdu solennement li, kemm matul kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, jirrispettaw l-obbligazzjonijiet li jiġu minn din il-kariga u b’mod speċjali id-dmir tagħhom li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta’ xi ħatriet jew benefiċċji, wara li tintemm il-kariga tagħhom. 6. Id-dmirijiet ta’ membru tal-Qorti ta' l-Awdituri jispiċċaw meta huwa jirriżenja, jew ikun imġiegħel jirtira b'xi sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja skond il-paragrafu 7 kif ukoll bit-tibdil normali jew bil-mewt. Il-post vakanti li jkun inħoloq għandu jimtela għall-bqija taż-żmien tal-kariga ta’ dak il-membru. Ħlief fil-każ ta’ rtirar furzat, il-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti. 7. Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu jew jittneħħielu d-dritt tiegħu għall-pensjoni jew benefiċċji oħra minflokha biss jekk il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq talba tal-Qorti ta' l-Awdituri, ssib li m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa, jew li mhux qieħed jaqdi, l-obbligazzjonijiet tal-kariga tiegħu. 8. Il-Kunsill, b’maġġoranza kkwalifikata, għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg tal-President u tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri u b’mod partikolari s-salarji tagħhom, gratifikazzjonijiet u pensjonijiet. Bl-istess maġġoranza, għandha wkoll tiddetermina kull ħlas li għandu jsir minflok ir-rimunerazzjoni. 9. Il-provvedimenti tal-Protokoll fuq il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunità Ewropea applikabli għall-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għanhom japplikaw ukoll għall-membri tal-Qorti ta' l-Awdituri. --------------------------------------------------