|
9.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 365/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9117 — Saudi Aramco/Arlanxeo)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 365/06)
1.
Fit-2 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Aramco Overseas Holdings Coöperatief U.A. (in-Netherlands) (“AOHC”), sussidjarja li hija propjetà kollha kemm hi ta’ Saudi Arabian Oil Company (ir-Renju tal-Arabja Sawdija) (“Saudi Aramco”), u |
|
— |
ARLANXEO Holding B.V. (in-Netherlands) (“Arlanxeo”). |
Saudi Aramco, permezz tas-sussidjarja AOHC li hija proprjetà kollha kemm hi tagħha, takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Arlanxeo kollha kemm hi. Arlanxeo bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Saudi Aramco u Lanxess Deutschland GmbH.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Saudi Aramco hija impenjata fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-prodott u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti raffinati. |
|
— |
Arlanxeo hija kumpanija tal-kimiċi ta’ speċjalità li tipproduċi u toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-lastiku sintetiku. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9117 — Saudi Aramco/Arlanxeo
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).