|
25.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 281/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1245/2007
ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005, fir-rigward ta’ l-użu tal-likwidu pepsin għall-iskoperta tat-Trichinella fil-laħam
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(9) u (10) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistipula regoli ta’ iġjene speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (2) jipprevedi għal metodi ta’ skoperta tat-Trichinella f'kampjuni ta’ karkassi. Il-metodu ta’ referenza stipulat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament jitlob li għall-iskoperta tal-larva Trichinella f'kampjuni tal-laħam, għandhom jiżdiedu 10 ± 0,2 g ta’ pepsin mal-kampjun. |
|
(2) |
Ġew ippubblikati rapporti (3) li jindikaw li t-trab tal-pepsin jista' joħloq reazzjonijiet allerġiċi f'ċerti individwi suxxettibbli. |
|
(3) |
Investigazzjonijiet imwettqa mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju għall-Parassiti indikaw li s-sensittività tal-metodu ta’ referenza għall-iskoperta għat-Trichinella ma tinbidilx meta l-likwidu pepsin jintuża skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur minflok it-trab tal-pepsin. Alternattiva tali għandha għalhekk tingħata kemm għall-metodu ta’ referenza kif ukoll għall-metodu ekwivalenti ta’ l-iskoperta tat-Trichinella fil-laħam. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri mogħtija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 qed jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Kapitolu I qed jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Kapitolu II jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1665/2006 (ĠU L 320, 18.11.2006, p. 46).
(3) J Investig Allergol Clin Immunol (2006) 16, 136-137.