|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2945 |
27.5.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.12410 – TOTALENERGIES / MASDAR / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/2945)
1.
Fl-20 ta’ Mejju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TotalEnergies SE (“TotalEnergies”, Franza), |
|
— |
Abu Dhabi Future Energy Company — Masdar P.J.S.C (“Masdar”, UAE), ikkontrollata minn Abu Dhabi Developmental Holding Company P.J.S.C (“ADQ”, L-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Impriża konġunta maħluqa ġdida (“JV HoldCo”, L-Emirati Għarab Magħquda). |
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
TotalEnergies hija kumpanija integrata internazzjonali b’diversi tipi ta’ enerġija, b’operazzjonijiet f’aktar minn 130 pajjiż, li hija involuta f’kull settur tal-industrija taż-żejt u tal-gass, inklużi kemm is-swieq upstream (l-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-idrokarburi) kif ukoll is-swieq downstream (ir-raffinar, il-petrokimiċi, is-sustanzi kimiċi ta’ speċjalità, il-kummerċ u t-trasport fuq l-ilma taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti petroliferi u l-kummerċjalizzazzjoni). TotalEnergies hija involuta wkoll fl-enerġija rinnovabbli, fis-setturi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u fin-negozji tan-newtralità karbonika (l-effiċjenza enerġetika, il-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju, l-idroġenu, u s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura), |
|
— |
Masdar hija kumpanija tal-enerġija rinnovabbli u tas-sostenibbiltà li tippromwovi soluzzjonijiet fis-setturi tal-enerġija, tal-ilma, tal-iżvilupp urban u tat-teknoloġiji nodfa fl-Emirati Għarab Magħquda u madwar id-dinja. Masdar hija żviluppatur u operatur ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala ta’ utilità, proġetti tal-grilja komunitarja, u konsulenza dwar is-servizzi tal-enerġija. Hija attiva b’mod partikolari fil-ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka, l-enerġija solari kkonċentrata, l-enerġija mir-riħ u l-enerġija mill-iskart għall-enerġija. Barra minn hekk, Masdar tipprovdi soluzzjonijiet għall-ħżin tal-enerġija u hija involuta fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ dimostrazzjoni fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ JV HoldCo se jkunu dawn li ġejjin: impenn esklużiv fl-iżvilupp, il-finanzjament, il-kostruzzjoni, l-operat, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ proġetti fotovoltajċi solari fuq skala utilitarja (għajr kwalunkwe solari fotovoltajka kummerċjali u industrijali fuq il-bjut), eoliċi fuq l-art, u ta’ ħżin tal-batteriji fl-Ażerbajġan, l-Indoneżja, il-Ġappun, il-Każakistan, il-Malażja, il-Filippini, Singapore, il-Korea t’Isfel, u l-Użbekistan.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12410 — TOTALENERGIES / MASDAR / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2945/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)