32004R0910



Official Journal L 163 , 30/04/2004 P. 0063 - 0064


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2004

tad-29 ta'April 2004

li jadatta r-Regolament (KEE) Nru 120/89 li jippreskrivi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni ta' imposti ta' esportazzjoni u tariffi fuq prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkonsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja,l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu.

Wara li kkonsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja,l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja, u b'mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1) Minħabba l-adeżjoni għall-Komunità tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja,l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa "l-Istati Membri l-ġodda"), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 120/89 [1] għandu jiġi adattat u għandha ssir dispożizzjoni għal ċerti indikazzjonijiet fil-lingwi ta' l-Istati membri l-ġodda.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 120/89 għandu għalhekk jiġi hekk emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"Id-dokument mibgħut lill-uffiċċju doganali fejn kienu twettqu l-formalitajiet ta' esportazzjoni jimtela mill-uffiċċju doganali ta' ħruġ biex jinkludi waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

- Aplicación del artículo 4 bis del Reglamento (CEE) no 120/89

- Použitelnost článku 4a nařízení (EHS) č. 120/89

- Anvendelse af artikel 4a i forordning (EØF) nr. 120/89

- Anwendung von Artikel 4a der Verordnung (EWG) Nr. 120/89

- Määruse (EMÜ) nr 120/89 artikli 4a kohaldamine

- Εφαρμoγή τoυ άρθρoυ 4α τoυ καvovισμoύ (ΕΟΚ) αριθ. 120/89

- Application of Article 4a of Regulation (EEC) No 120/89

- Application de l'article 4 bis du règlement (CEE) no 120/89

- Applicazione dell'articolo 4 bis del regolamento (CEE) n. 120/89

- Regulas (EEK) Nr. 120/89 4.a panta piemērošana

- Reglamento (EEB) Nr. 120/89 4 bis straipsnio taikymas

- A 120/89/EGK rendelet 4 bis. cikkének alkalmazása

- Applikazzjoni ta' l-Artikolu 4 bis tar-regolament (KEE) nru 120/89

- Toepassing van artikel 4 bis van Verordening (EEG) nr. 120/89

- Stosowanie art. 4a rozporządzenia (EWG) nr 120/89

- Aplicação do artigo 4.oA do Regulamento (CEE) no 120/89

- Uplatňovanie článku 4a nariadenia (EHS) č. 120/89

- Uporaba člena 4 bis Uredbe (EGS) št 120/89

- Asetuksen (ETY) N:o 120/89 4 a artiklan soveltaminen

- I enlighet med artikel 4a i förordning (EEG) nr 120/89."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jkollu effett suġġett għal u fid-data tal-bidu fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja,l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 16, ta’ l-20.1.1989, p. 19. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2194/96 (ĠU L 293, tas-16.11.1996, p. 3).

--------------------------------------------------