<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-77/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0077</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:112">EU:C:2021:112</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20210211">11.2.2021</DATE> – Kawża C‑77/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">K. M. (Sanzjonijiet imposti fuq il-kaptan tal-bastiment)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti Tal-ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20210211">11 ta’ Frar 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika komuni tas-sajd</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1224/2009</KEYWORD><KEYWORD>Sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd</KEYWORD><KEYWORD>Użu abbord bastiment tas-sajd ta’ apparat li jippermetti l-klassifikazzjoni awtomatika bid-daqs ta’ ħut</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 89</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri intiżi sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 90</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑77/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200213">13 ta’ Frar 2020</DATE>, fil-proċedura kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">K. M.</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Director of Public Prosecutions,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, C. Toader (Relatriċi) u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal K. M., minn E. Sweetman, BL, kif ukoll minn D. C. Smyth, SC, u D. F. Conway, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għad-Director of Public Prosecutions, minn H. Kiely u A. Collins, bħala aġenti, assistiti minn F. McDonagh, SC, u minn T. Rice, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn A. Joyce, J. Quaney u M. Browne, bħala aġenti, assistiti minn B. Doherty, BL</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Moro, K. Walkerová u A. Dawes, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal‑<DATE ISO="20091120">20 ta’ Novembru 2009</DATE> li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 343, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 149, p. 23</REF.DOC.OJ>; <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="318" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 318, p. 34</REF.DOC.OJ>; <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="355" PAGE.FIRST="93" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 355, p. 93</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija mid-Director of Public Prosecutions (id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi, l-Irlanda) kontra K. M., il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd, għaż-żamma abbord ta’ apparat li jippermetti l-klassifikazzjoni awtomatika bid-daqs tal-aringi, sawrell u kavalli mingħajr ma jiġi installat jew impjantat b’mod li jiżgura ffriżar immedjat u li jipprekludi r-rilaxx fil-baħar ta’ organiżmi marittimi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 850/98</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19a tar-Regolament tal-Kunsill Nru 850/98 tat‑<DATE ISO="19980330">30 ta’ Marzu 1998</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 3, p. 217), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 227/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20130313">13 ta’ Marzu 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament Nru 850/98<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Projbizzjoni ta’ selezzjoni kwalitattiva<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019BIS.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-Reġjuni 1, 2, 3 u 4, għandu jiġi pprojbit ir-rimi ta’ speċi soġġetti għal kwota li tista’ tiġi legalment żbarkata matul operazzjonijiet tas-sajd.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019BIS.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe att legali tal-Unjoni ieħor fil-qasam tas-sajd.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ tagħmir ta’ għażla awtomatiku<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iż-żamma jew l-użu abbord ta’ bastiment tas-sajd ta’ tagħmir li jkun jista jagħżel awtomatikament, aringi jew sawrell jew kavalli, skond id-daqs jew skond is-sess għandu jkun ipprojbit.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Madankollu, il-ġarr u l-użu ta’ tali tagħmir għandu jkun permess kemm-il darba:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-bastiment ma jġorrx jew ma jużax abbord fħin simultanju apparat ta’ ġbid ta’ daqs ta’ toqob inqas minn 70 millimetru jew purse seine waħda jew aktar jew apparat tas-sajd simili;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>il-qabda kollha li tkun tista tinżamm abbord bil-liġi tkun maħżuna fi stat friżat, il-ħut magħżul ikun iffriżat immedjatament wara li jintagħżel u l-ebda ħut magħżul ma jkun mitfugħ lura l-baħar minbarra kif meħtieġ bl-Artikolu 19;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>it-tagħmir ikun installat u miżmum fuq il-bastiment b’tali mod sabiex jassigura friżar immedjat u li ma jħallix it-tfiegħ lura fil-baħar ta’ organiżmi tal-baħar.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull bastiment awtorizzat fil-Baltiku, Belts jew Sound jista jġorr tagħmir ta’ għażla awtomatiku fil-Kattegat sakemm ikun maħruġ permess speċjali tas-sajd għal dak l-effett.</ALINEA><ALINEA>Il-permess speċjali tas-sajd għandu jiddefinixxi l-ispeċi, l-iinħawi, il-perjodi ta’ żmien u kull kondizzjoni oħra applikabbli għall-użu u l-ġarr abbord tat-tagħmir ta’ għażla.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad‑<DATE ISO="20080929">29 ta’ Settembru 2008</DATE> li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 286, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 22, p. 8</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Bastimenti tas-sajd involuti f’sajd [illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bastiment tas-sajd għandu jiġi preżunt li hu involut f’sajd [illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat] jekk jintwera li, kuntrarju għall-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni applikabbli fiż-żona kkonċernata, ikun:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>uża tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi, jew</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-attivitajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkunsidrati bħala ksur serju skond l-Artikolu 42 skond il-gravità tal-ksur in kwestjoni li għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, b’kont meħud tal-kriterji bħad-dannu magħmul, il-valur tiegħu, il-gravità tal-ksur jew ir-repetizzjoni tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 1005/2008, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ksur serju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="042.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ksur serju tfisser:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu sajd [illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat] skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="042.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-karattru serju tal-ksur għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru, b’kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2).<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Sanzjonijiet għal ksur serju<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="044.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna fiżika li tkun kkommettiet ksur serju jew li għalih persuna ġuridika tkun inżammet responsabbli tkun punibbli b’sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="044.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jimponu sanzjoni massima ta’ mill-inqas ħames darbiet il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba bit-twettiq tal-ksur serju.</ALINEA><ALINEA>F’każ ta’ ksur serju ripetut, matul perijodu ta’ 5 snin, l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjoni massima ta’ mill-inqas tmien darbiet il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba bit-twettiq tal-ksur serju.</ALINEA><ALINEA>Fl-applikazzjoni ta’ dawn is-sanzjonijiet l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ukoll tal-valur tal-preġudizzju għar-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar ikkonċernati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="044.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu ukoll jew b’mod alternattiv jużaw sanzjonijiet kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punt (3) tal-Artikolu 45 tal-imsemmi regolament, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Sanzjonijiet komplementari<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Is-sanzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu jistgħu jkunu kkomplementati b’sanzjonijiet u miżuri oħrajn, b’mod partikolari:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>il-konfiska tat-tagħmir tas-sajd, il-qabdiet ta’ ħut, il-prodotti tas-sajd pprojbiti;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1224/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 38 u 39 tar-Regolament Nru 1224/2009 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>(2)</NO.P><TXT>Minħabba li s-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd jinvolvi l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll effikaċi, il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ifittxu li jistabbilixxu sistema tal-Komunità għall-kontroll, l-ispezzjoni, u l-infurzar permezz ta’ approċċ globali u integrat f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli kollha tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex isir provvediment għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin billi jiġu koperti l-aspetti kollha ta’ din il-politika.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(38)</NO.P><TXT>Iċ-ċittadini tal-Istati Membri għandhom jiġu skoraġġuti milli jwettqu infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Peress illi l-azzjoni li tittieħed wara l-infrazzjonijiet ta’ dawk ir-regoli tvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor, u b’hekk tikkawża diskriminazzjoni u regoli inġusti ta’ kompetizzjoni għas-sajjieda, u minħabba li l-assenza ta’ sanzjonijiet diswassivi, proporzjonali u effikaċi f’ċerti Stati Membri tnaqqas l-effikaċja tal-kontrolli, huwa xieraq li jiġu introdotti sanzjonijiet amministrattivi flimkien ma’ sistema ta’ punti għal infrazzjonijiet serji biex ikun ipprovdut deterrent veru.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(39)</NO.P><TXT>Il-persistenza ta’ għadd kbir ta’ infrazzjonijiet serji tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-ilmijiet Komunitarji jew minn operaturi Komunitarji hija attribwibbli l-aktar għal multi ta’ sanzjonijiet ta’ livell baxx wisq biex iservu ta’ deterrent għal infrazzjonijiet serji ta’ dawk ir-regoli,<?PAGE NO="5"?> stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Din id-dgħufija hija aggravata mid-diskrepanza kbira fil-livelli tas-sanzjonijiet bejn l-Istati Membri, li tinkuraġġixxi lill-operaturi illegali biex joperaw fl-ilmijiet jew fit-territorju tal-Istati Membri fejn is-sanzjonijiet huma l-aktar baxxi. Għalhekk huwa xieraq li jiġu komplementati l-livelli massimi tas-sanzjonijiet stabbiliti għal infrazzjonijiet serji tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 b’sanzjonijiet dissważivi, b’kont meħud tan-natura tal-ħsara, il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba mill-infrazzjoni serja, tas-sitwazzjoni ekonomika tat-trasgessur u ta’ kwalunwke repetizzjoni tal-infrazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll miżuri ta’ infurzar immedjat u miżuri kumplimentari.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprevedi li dan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar […] biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 89(1) sa (3) tar-Regolament Nru 1224/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Miżuri għall-iżgurar tal-konformità<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="089.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri adatti b’mod sistematiku, inkluż azzjoni amministrattiva jew proċedimenti kriminali f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni fiżika jew ġuridika suspettati li kisru kwalunkwe mir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="089.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-livell ġenerali ta’ sanzjonijiet u sanzjonijiet li jakkumpanjaw għandu jiġi kkalkulat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, b’tali mod li jkun żgurat li dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-infrazzjoni tagħhom jiġu miċħuda b’mod effettiv mingħajr preġudizzju għad-dritt leġittimu tal-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom. Dawk is-sanzjonijiet għandhom wkoll ikunu kapaċi jipproduċu riżultati proporzjonali għas-serjetà ta’ tali infrazzjoni, u b’hekk jkunu skoraġġati b’mod effettiv aktar reati tal-istess xorta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="089.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu japplikaw sistema fejn multa tkun proporzjonali mal-valur tal-bejgħ tal-persuna ġuridika, inkella għall-vantaġġ finanzjarju miksub jew previst mit-twettiq tal-infrazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 90 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Sanzjonijiet għal infrazzjonijiet serji<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="090.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Minbarra l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati wkoll bħala infrazzjonijiet serji […]</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>in-nuqqas ta’ żbarkar ta’ kwalunkwe speċi soġġetta għal kwota maqbuda matul operazzjoni tas-sajd dment li tali żbark ma jkunx kontra l-obbligi previsti fir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, fis-sajd jew iż-żoni tas-sajd fejn japplikaw dawn ir-regoli.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="090.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna fiżika li tkun wettqet infrazzjoni serja jew persuna ġuridika miżmuma responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata permezz ta’ sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonali u dissważivi, skont il-firxa ta’ sanzjonijiet u miżuri previsti fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="090.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjoni li tkun effettivament dissważiva u, skont kif adatt, ikkalkulata fuq il-valur tal-prodotti tas-sajd miksubin bit-twettiq ta’ infrazzjoni serja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="090.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Meta qed jiffissaw l-ammont tas-sanzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-valur tal-preġudizzju għar-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar ikkonċernat.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="090.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu wkoll, jew alternattivament, jużaw sanzjonijiet kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="090.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sanzjonijiet previsti f’dan il-Kapitolu jistgħu jkunu akkumpanjati minn sanzjonijiet jew miżuri oħra, partikolarment dawk deskritti fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(3) tas-Sea Fisheries and Maritime Jurisdiction Act 2006 (il-Liġi tal‑2006 dwar is-Sajd fil-Baħar u l-Ġurisdizzjoni Marittima, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Liġi tal‑2006<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), fil-każ ta’ ksur tar-regolamenti adottati taħt l-imsemmi artikolu, dwar bastiment tas-sajd marittimu jew makkinarju jew tagħmir tas-sajd li jinsab abbord, il-kaptan jista’ jiġi mfittex. L-Artikolu 14(4) tal-Liġi tal‑2006 jipprevedi li, fil-każ ta’ prosekuzzjoni kriminali, huwa l-akkużat li għandu juri li jista’ jibbenefika minn kull eżenzjoni li huwa jinvoka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-Liġi tal‑2006 jikkonċerna l-multi għal ċertu ksur. Dawn il-multi jiddependu min-natura tal-ksur u mill-kwistjoni dwar jekk il-proċeduri humiex sommarji jew skont att tal-akkuża. Proċedura kriminali sommarja, fis-sistema ġuridika Irlandiża, hija proċedura mingħajr ġurija, li tiżvolġi quddiem qorti waħda. Din il-proċedura hija rriżervata għall-ksur minuri. Ir-reati l-iktar gravi huma meqjusa skont att tal-akkuża u l-proċedura tinvolvi ġurija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ dikjarazzjoni ta’ ħtija wara att tal-akkuża, l-Artikolu 28(1) tal-Liġi tal‑2006 u t-tabella 1 li tinsab fih jiddefinixxu l-multa massima, iżda l-qorti tista’ timponi multa inqas ħarxa. Il-multa massima hija stabbilita skont id-daqs tal-bastiment ikkonċernat. Multa imposta skont dan l-artikolu ma għandhiex tkun akkumpanjata minn multa amministrattiva jew priġunerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(5) tal-Liġi tal‑2006 jipprevedi li, meta persuna tiġi ddikjarata ħatja wara att tal-akkuża għal reat previst minn din il-liġi, il-qabdiet u t-tagħmir tas-sajd ipprojbiti jew mhux konformi li jinsabu abbord il-bastiment ikkonċernat jistgħu jinqabdu bħala konsegwenza ġuridika tal-kundanna. Skont l-Artikolu 28(5)(b) tal-imsemmija liġi, dan il-qbid huwa obbligatorju fil-każ ta’ kundanna għall-parti l-kbira tar-reati stabbiliti mil-Liġi tal‑2006, li minnha jifforma parti r-reat li għalih ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ġie ddikjarat ħati. Madankollu, il-qorti tista’ tiddeċiedi li ma tordnax qbid fil-każ ta’ kundanna għal ksur tal-Artikoli 8 jew 9 ta’ din il-liġi, li jittrattaw il-preżenza illegali ta’ bastiment fiż-żona ekonomika esklużiva tal-Irlanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(6) tal-Liġi tal‑2006 jistabbilixxi r-regoli dwar il-qbid fil-każ ta’ kundanna wara proċeduri sommarji. Il-qbid jaqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-qorti fil-każ tal-ewwel reat jew fil-każ ta’ kundanna għal ksur tal-Artikoli 8 jew 9 ta’ din il-liġi. Min-naħa l-oħra, dan huwa obbligatorju fil-każ ta’ tieni kundanna jew ta’ kundanna sussegwenti, bl-eċċezzjoni ta’ kundanna għal ksur ta’ dawn l-artikoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 28(7) tal-Liġi tal‑2006 jipprevedi li, minbarra l-multa u l-qbid, il-qorti tista’ tirrevoka jew tissospendi l-liċenzja tal-bastiment ikkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20150211">11 ta’ Frar 2015</DATE>, bastiment tas-sajd irreġistrat fir-Renju Unit, li K. M. kien il-kaptan tiegħu, ġie interċettat fil-baħar fiż-żona ekonomika esklużiva tal-Irlanda, permezz ta’ bastiment marittimu Irlandiż li kien qiegħed għassa fil-kuntest tal-attribuzzjonijiet tiegħu ta’ protezzjoni tas-sajd marittimu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara l-ispezzjoni tal-bastiment tas-sajd, ġie kkonstatat li apparat li jippermetti l-klassifikazzjoni skont id-daqs tal-aringi, sawrell u kavalli kien jinsab abbord, mingħajr madankollu ma kien installat jew impjantat b’mod li jiżgura ffriżar immedjat u li jipprekludi r-rilaxx fil-baħar ta’ organiżmi tal-baħar. Il-flotta Irlandiża qieset li l-mod kif dan l-apparat kien armat kien iħalli suspett li l-bastiment inkwistjoni kien involut f’attività ta’ sajd illegali, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>żieda fil-valur tal-qabda<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li tikkonsisti f’li jintgħażel l-aħjar ħut tal-qbid u li l-kumplament jiġi miċħud fil-baħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li ż-żamma abbord u l-użu ta’ dan it-tip ta’ apparat hija pprojbita kemm mill-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 850/98 kif ukoll mil-liġi Irlandiża, jiġifieri s-Sea Fisheries (Technical Measures) Regulations 2013 (ir-Regolament tal-2013 dwar il-Ħut Marittimu (Miżuri Tekniċi)) u l-Artikolu 14 tal-Liġi tal‑2006, fis‑<DATE ISO="20150727">27 ta’ Lulju 2015</DATE>, K. M. ġie kkundannat mill-Cork Circuit Criminal Court (il-Qorti Kriminali Distrettwali ta’ Cork, l-Irlanda), wara li ġie rrikonoxxut li kien ħati għaż-żamma tal-imsemmi apparat permezz ta’ deċiżjoni tal-ġurija tas‑<DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, konformement mal-akkużi fformulati mid-Director of Public Prosecutions (id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi, l-Irlanda). Ġiet imposta fuqu multa ta’ EUR 500, flimkien mal-qbid tal-qabdiet, stmati għal EUR <FT TYPE="NUMBER">344000</FT>, u l-qbid tat-tagħmir tas-sajd mhux konformi, stmat għal EUR <FT TYPE="NUMBER">55000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>K. M. appella minn din il-kundanna quddiem il-qorti tar-rinviju billi kkontesta l-gravità tas-sanzjoni applikata, b’mod partikolari fir-rigward tal-qbid tal-qabdiet u dik tat-tagħmir tas-sajd mhux konformi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà mar-Regolament Nru 1224/2009 u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, stabbilit fl-Artikolu 49(3) tal-Karta, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, bħala sanzjoni fil-każ ta’ ksur gravi tar-regoli dwar il-politika komuni tas-sajd, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qbid obbligatorju tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi li jinsabu abbord.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Court of Appeal (il-Qorti tal-Appell, l-Irlanda) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolament […] Nru 850/1998 […], u fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija sabiex jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet tagħhom, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ kundanna bbażata fuq l-akkuża, flimkien ma’ multa, il-konfiska obbligatorja tal-ħut kollu u tal-irkaptu tas-sajd kollu misjub abbord id-dgħajsa li għaliha jirreferi r-reat, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament […] Nru 1224/2009 […], b’mod partikolari mal-Artikoli 89 u 90 tiegħu, u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità taħt it-Trattati […] u l-Artikolu 49(3) tal-[Karta]?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament Nru 1224/2009, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 49(3) tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, sabiex tissanzjona ksur tal-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 850/98, tipprevedi mhux biss l-impożizzjoni ta’ multa, iżda wkoll il-qbid obbligatorju tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd ipprojbiti jew mhux konformi abbord il-bastiment ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 850/98, li hemm riferiment għalih fid-deċiżjoni tar-rinviju, tħassar mill‑<DATE ISO="20190814">14 ta’ Awwissu 2019</DATE> bir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20190620">20 ta’ Ġunju 2019</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE)<?PAGE NO="8"?> Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="198" PAGE.FIRST="105" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 198, p. 105</REF.DOC.OJ>). Madankollu, peress li r-Regolament Nru 850/98 kien fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, huwa, konsegwentement, applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1224/2009, moqri fid-dawl tal-premessa 2 tiegħu, jsegwi li, fid-dawl tal-fatt li s-suċċess tal-politika komuni tas-sajd iseħħ permezz tal-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll effikaċi, dan ir-regolament huwa intiż li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ eżekuzzjoni li għandha approċċ globali u integrat konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, b’mod li tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli kollha tal-politika komuni tas-sajd u għalhekk jiġi permess l-użu sostenibbli tar-riżorsi akwatiċi ħajjin billi jiġu koperti l-aspetti kollha ta’ din il-politika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-premessa 38 tal-imsemmi regolament tippreċiża li l-assenza ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi f’ċerti Stati Membri tnaqqas l-effettività tal-kontrolli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd ikun is-suġġett ta’ sanzjonijiet ta’ natura effettiva, proporzjonata u dissważiva għandu importanza essenzjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Ottubru 2009, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja, C‑249/08, mhux ippubblikata, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:672">EU:C:2009:672</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament Nru 1224/2009 jafdaw lill-Istati Membri d-dmir li jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa sabiex jissanzjonaw il-ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd. Mingħajr ma jimponu sanzjonijiet speċifiċi, dawn l-artikoli jistabbilixxu ċerti kriterji li l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni kif ukoll il-prinċipju li dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 89(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi l-obbligu għall-Istati Membri li jieħdu b’mod sistematiku miżuri xierqa, inklużi, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, il-ftuħ ta’ proċedura amministrattiva jew kriminali, kontra l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi ssuspettati li kisru kwalunkwe mir-regoli tal-politika komuni tas-sajd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Artikolu 89(2) tar-Regolament Nru 1224/2009 jippreċiża li l-livell globali tas-sanzjonijiet u tas-sanzjonijiet anċillari huwa kkalkolat, konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’tali mod li l-persuni li jwettqu l-ksur jiġu effettivament imċaħħda mill-vantaġġi ekonomiċi li jirriżultaw mill-ksur li huma jkunu wettqu, bla ħsara għad-dritt leġittimu li jeżerċitaw professjoni, u li dawn is-sanzjonijiet jippermettu li jinħolqu effetti proporzjonati mal-gravità tal-ksur, b’mod li kull persuna tiġi skoraġġuta b’mod effettiv milli twettaq ksur tal-istess natura. Kif jirriżulta mill-Artikolu 89(3) ta’ dan ir-regolament, sabiex tiġi ddeterminata l-proporzjonalità tal-multa, l-Istati Membri jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni ċerti elementi, fosthom id-dħul mill-bejgħ tal-persuna ġuridika jew il-vantaġġ finanzjarju miksub jew magħmul possibbli minħabba t-twettiq tal-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 1224/2009, min-naħa tiegħu, jirrigwarda l-każijiet ta’ ksur serju. Skont l-Artikolu 90(1) ta’ dan ir-regolament, moqri fid-dawl tal-premessa 39 tiegħu, sabiex tiġi ddeterminata l-gravità tal-ksur, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tieħu inkunsiderazzjoni kriterji bħan-natura tad-dannu, il-valur tiegħu, is-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li wettqet il-ksur u l-importanza jew ir-reċidività tal-ksur. Din id-dispożizzjoni tagħmel riferiment ukoll għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 1005/2008, moqri flimkien mal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, li jistgħu jikkostitwixxu ksur gravi u li fosthom hemm l-użu tat-tagħmir ipprojbit jew mhux konformi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sanzjonijiet, mill-Artikolu 90(3) tar-Regolament Nru 1224/2009 isegwi li l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjoni li tkun effettivament dissważiva u, skont il-każ, ikkalkolata fuq il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba bit-twettiq ta’ ksur serju. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 90(4) ta’ dan ir-regolament jippreċiża li, meta huma jiffissaw is-sanzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu<?PAGE NO="9"?> inkunsiderazzjoni wkoll il-valur tal-preġudizzju kkawżat għar-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar ikkonċernati. Barra minn hekk, konformement mal-Artikolu 90(5) tal-imsemmi regolament, l-Istati Membri jistgħu wkoll, jew minflok, jużaw sanzjonijiet kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fl-osservanza ta’ dawn il-limiti, kif jirriżultaw mill-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament Nru 1224/2009, l-għażla tas-sanzjonijiet tħalliet għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tas-sanzjonijiet applikabbli, l-Istati Membri jibqgħalhom il-kompetenza li jagħżlu s-sanzjonijiet li jidhrilhom li huma xierqa. Madankollu, l-Istati Membri huma marbuta li jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni u tal-prinċipji ġenerali tiegħu, u konsegwentement, b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-miżuri amministrattivi jew repressivi permessi minn leġiżlazzjoni nazzjonali ma għandhomx jeċċedu l-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu għanijiet leġittimament imfittxija minn din il-leġiżlazzjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-ħruxija tas-sanzjonijiet għandha tkun adegwata għall-gravità tal-ksur li huma jissanzjonaw, b’mod partikolari billi jiġi żgurat effett realment dissważiv, filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, f’dan il-każ, fir-rigward tal-ksur imwettaq minn K. M., il-qbid obbligatorju tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi, minbarra l-multa, huwiex proporzjonat għat-twettiq tal-għan leġittimu mfittex mill-projbizzjoni li tirrigwarda l-apparat ta’ klassifikazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 850/98, xorta jibqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni li jistgħu jippermettulha tiddetermina jekk dan huwiex il-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Laezza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑375/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:60">EU:C:2016:60</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi eżaminat jekk il-ħruxija tas-sanzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali teċċedix il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jiġu milħuqa l-għanijiet leġittimament imfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100309">9 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>ERG <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑379/08 u C‑380/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:127">EU:C:2010:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, għandu b’mod partikolari jiġi vverifikat li, għall-persuni li jeżerċitaw attività ta’ sajd jew attività relatata, jeżisti riskju serju li l-ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd jiġi skopert u li jiġu imposti sanzjonijiet adegwati fuq il-persuni li wettqu l-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050712">12 ta’ Lulju 2005</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑304/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:444">EU:C:2005:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan segwit mill-projbizzjoni dwar l-apparati ta’ klassifikazzjoni, prevista fl-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 850/98, għandu jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni, intiża għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar, tipprojbixxi li jinżamm jew jintuża abbord tali apparat, ħlief jekk jippermetti l-iffriżar immedjat tal-qabdiet u jipprekludi r-rilaxx fil-baħar ta’ organiżmi tal-baħar. Il-projbizzjoni prevista fl-imsemmija dispożizzjoni għandha b’mod partikolari l-għan li tipprekludi prattika li tikkonsisti f’li jinżammu l-ispeċi l-iktar profittabbli u li jiġu rrilaxxati speċi oħra fil-baħar li għandha bħala għan iż-żieda fil-valur tal-qabdiet, li huwa pprojbit mill-Artikolu 19a ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’dan il-mod, l-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 850/98 għandu wkoll l-għan intiż, minn naħa, li jipprevjeni r-riskju ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ ċerti kwantitajiet ta’ ħut li huma rrilaxxati u mejta u li, għaldaqstant, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni fir-rata ta’ użu ta’ kwoti, li jirriżulta f’riskju ta’ sajd żejjed, u min-naħa l-oħra, l-eliminazzjoni progressiva tar-rilaxx fil-baħar tal-qabdiet mhux mixtieqa sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-attivitajiet tas-sajd minn perspettiva ambjentali fit-tul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, il-qbid obbligatorju tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi jidher ta’ natura li jiddiswadi lill-persuni kkonċernati milli jiksru l-projbizzjoni tal-apparat ta’ klassifikazzjoni, prevista fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 850/98, billi jċaħħadhom mill-profitti, miksuba illegalment, li minnhom jistgħu jgawdu mod ieħor, u mill-possibbiltà li jkomplu jużaw tali apparat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dak li jirrigwarda l-qbid tal-qabdiet, kif enfasizzat il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet tagħha, dan għandu l-effett li jċaħħad lill-persuni li wettqu l-ksur mill-vantaġġi ekonomiċi indebiti li jirriżultaw mill-ksur imwettaq, fatt li multa biss ma tistax tiżgura. Fir-rigward tal-qbid tat-tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi, li jinsab abbord bastiment tas-sajd sabiex titwettaq attività illegali, bħall-apparat ipprojbit fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament Nru 850/98, għandu jiġi kkonstatat li dan il-qbid obbligatorju jikkostitwixxi sanzjoni effettiva u proporzjonata għall-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni miksura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 90(6) tar-Regolament Nru 1224/2009 jipprovdi li s-sanzjonijiet previsti fih jistgħu jkunu akkumpanjati minn sanzjonijiet jew miżuri oħra, b’mod partikolari dawk li huma deskritti fl-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 1005/2008. Issa, dan l-artikolu tal-aħħar jipprevedi preċiżament, fil-punt (3) tiegħu, sanzjoni addizzjonali bħalma huwa l-qbid tat-tagħmir, tal-qabdiet u tal-prodotti tas-sajd ipprojbiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jsegwi li l-multa li ġiet imposta fuq K. M. hija ta’ EUR 500, filwaqt li l-qabdiet abbord il-bastiment tas-sajd kellhom valur ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">344000</FT> u t-tagħmir tas-sajd mhux konformi ġie stmat għal EUR <FT TYPE="NUMBER">55000</FT>. Mill-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Irlanda jsegwi wkoll li l-ammont massimu tal-multi li l-qrati jistgħu jimponu fil-kuntest ta’ ksur bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa, konformement mad-dritt Irlandiż, ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> jew ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT>, skont id-daqs tal-bastiment ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Issa, li kieku dawn il-multi ġew imposti bħala sanzjoni unika għal dan it-tip ta’ ksur, huma jkunu jistgħu ma jċaħħdux effettivament lil dawk li wettqu l-ksur mill-vantaġġi ekonomiċi li jirriżultaw mill-ksur li huma jkunu wettqu. Għalhekk, tali sanzjoni la tkun effettiva u lanqas dissważiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-proporzjonalità tas-sanzjoni, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll ir-relazzjoni bejn l-ammont tal-multa li tista’ tiġi imposta u l-vantaġġ ekonomiku li jirriżulta mill-ksur imwettaq, sabiex dawk li wettqu l-ksur jiġu skoraġġuti milli jwettqu tali ksur, kif ukoll, konformement mal-Artikolu 90(3) tar-Regolament Nru 1224/2009, il-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba fil-kuntest tat-twettiq ta’ ksur serju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk, bħal fil-kawża prinċipali, tiġi imposta multa fuq il-kaptan tal-bastiment tas-sajd, li ma huwiex il-proprjetarju tiegħu, dan tal-aħħar jista’, minn naħa, ma jirċievi ebda effett dissważiv li jirriżulta minn din is-sanzjoni u, min-naħa l-oħra, ikompli jibbenefika mill-vantaġġi ekonomiċi tal-qabdiet miksuba bi ksur tal-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 850/98 u li jżomm, għall-użu eventwali tiegħu, l-apparat ipprojbit minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Bl-istess mod, bla ħsara għall-verifiki li hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq, konformement mal-Artikolu 28 tal-Liġi tal‑2006, is-sanzjoni hija aġġustata skont il-gravità tal-ksur, kif iddeterminat mill-awtoritajiet Irlandiżi. Fil-fatt, kif tispjega l-Irlanda fl-osservazzjonijiet tagħha, is-sanzjonijiet jiddependu min-natura tal-ksur, inkluża l-kwistjoni dwar jekk il-prosekuzzjoni hijiex sommarja, li hija proċedura mingħajr ġurija, quddiem qorti waħda, għar-reati minuri, jew skont att ta’ akkuża għar-reati iktar serji, b’ġurija. Meta persuna tiġi ddikjarata ħatja, il-qbid tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd<?PAGE NO="11"?> ipprojbiti jew mhux konformi huwa obbligatorju għal ċertu ksur stabbilit mill-imsemmija liġi, u l-qorti tista’ tiddeċiedi, madankollu, li ma tordnax il-qbid għal uħud minn dan il-ksur jew fil-każ tal-ewwel ksur. Il-qorti tista’ wkoll tapplika sanzjoni iktar severa u tirrevoka jew tissospendi l-liċenzja tal-bastiment ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-gravità tal-ksur u tal-għan imfittex mill-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 850/98, u bla ħsara għall-verifiki li jikkonċernaw il-livell globali tas-sanzjonijiet u tas-sanzjonijiet anċillari skont id-dritt Irlandiż, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq, il-qbid obbligatorju tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi huwa neċessarju sabiex il-persuni li jwettqu l-ksur jiġu mċaħħda mill-vantaġġi ekonomiċi li jirriżultaw mill-ksur. Dan jidher ukoll li għandu effett dissważiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali sanzjoni hija konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 89(2) tar-Regolament Nru 1224/2009, li jipprovdu li l-persuni li jwettqu l-ksur għandhom jiġu effettivament imċaħħda mill-vantaġġi ekonomiċi li jirriżultaw mill-ksur li huma wettqu u s-sanzjonijiet għandhom jippermettu li jinħolqu effetti proporzjonati mal-gravità tal-ksur, b’mod li kull persuna tiġi skoraġġuta b’mod effettiv milli twettaq ksur tal-istess natura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti nazzjonali għandha tevalwa l-eventwali riperkussjonijiet tas-sanzjoni fuq il-persuna li wettqet il-ksur fir-rigward tad-dritt leġittimu tagħha li teżerċita professjoni, konformement mal-Artikolu 89(2) tar-Regolament Nru 1224/2009. F’dan ir-rigward, K. M. jargumenta, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-qbid tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi għandu konsegwenzi serji ħafna għar-reputazzjoni u għall-futur professjonali tiegħu, li huwa ma kellux l-intenzjoni deliberata li jikser ir-regoli inkwistjoni sabiex jikseb profitt minnhom u li huwa ma kienx wettaq ksur ieħor preċedentement. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dawn il-punti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, għalkemm l-Artikolu 90(1) tar-Regolament Nru 1224/2009 jsemmi ċerti kriterji li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-gravità ta’ ksur, din id-dispożizzjoni għandha tinqara flimkien mal-premessa 39 ta’ dan ir-regolament, li tippreċiża li dawn il-kriterji huma intiżi li jiffissaw sanzjonijiet ta’ natura dissważiva. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tat-tip ta’ sanzjonijiet inkwistjoni u fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet għal dan l-għan fit-test tal-imsemmi regolament, għandu jitfakkar li l-kundizzjoni ta’ proporzjonalità li għandhom jissodisfaw is-sanzjonijiet introdotti mill-Istati Membri ma timponix li, fl-implimentazzjoni tal-imsemmi Artikolu 90(1), dawn l-awtoritajiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi konkreti u partikolari ta’ kull każ u lanqas li huma jkollhom neċessarjament jieħdu inkunsiderazzjoni l-intenzjonalità jew ir-reċidività (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Chmielewski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:475">EU:C:2015:475</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament Nru 1224/2009, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 49(3) tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bla ħsara għall-verifiki li hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq, huma ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali li, sabiex tissanzjona ksur tal-Artikolu 32 tar-Regolament Nru 850/98, tipprevedi mhux biss l-impożizzjoni ta’ multa, iżda wkoll il-qbid obbligatorju tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi li jinsab abbord il-bastiment ikkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal‑<DATE ISO="20091120">20 ta’ Novembru 2009</DATE> li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bla ħsara għall-verifiki li hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq, huma ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali li, sabiex tissanzjona ksur tal-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat‑<DATE ISO="19980330">30 ta’ Marzu 1998</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 227/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20130313">13 ta’ Marzu 2013</DATE>, tipprevedi mhux biss l-impożizzjoni ta’ multa, iżda wkoll il-qbid obbligatorju tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi li jinsab abbord il-bastiment ikkonċernat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>